Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1360

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1360/2003 tal-31 ta’ Lulju 2003 li jidderoga, għas-sena tas-suq 2001/2004, mir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 rigward l-użu ta’ l-art imserrħa f’ċerti reġjuni tal-Komunità

ĠU L 194, 1.8.2003, p. 35–37 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1360/oj

32003R1360



Official Journal L 194 , 01/08/2003 P. 0035 - 0037


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1360/2003

tal-31 ta’ Lulju 2003

li jidderoga, għas-sena tas-suq 2001/2004, mir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 rigward l-użu ta’ l-art imserrħa f’ċerti reġjuni tal-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti wċuh tar-raba maħrut [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1038/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/1999 tat-22 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti wċuh tar-raba maħrut [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1035/2003 [4], jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet għall-konċessjoni tal-ħlasijiet skond iż-żona għal ċerti prodotti tar-raba maħrut. Skond l-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolamenmt (KE) Nru 2316/1999, iż-żoni mserrħa jridu jibqgħu hekk għal perjodu taż-żmien li jibda l-iktar tard fil-15 ta’ Jannar u jispiċċa l-iktar bikri fil-31 ta’ Awissu u, għajr fejn ipprovvdut xorta oħra, ma jistgħu jintużaw għall-produzzjoni agrikola għall-ebda għan ta’ qligħ.

(2) Fl-aħħar xhur ċerti reġjuni fil-Komunità esperjenzaw nifxa kbira, li affettwat b’mod gravi l-provvista tal-għalf u esponiet lil dawk li jkabbru l-bhejjem għal telf qawwi ta’ dħul minħabba li kienu mġiegħla jbigħu il-merħla tagħhom jekk ma jkunx żgurat il-għalf normali.

(3) Huwa għalhekk mixtieq li jiġu lokati provvisti żejda ta’ għalf lokali għat-tgħam tal-bhejjem għall-ħarifa.

(4) Għandha għalhekk tiġi konċessa deroga mir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 sabiex tawtorizza l-użu, fir-reġjuni interessati, ta’ l-art imserrħa għat-tkabbir ta’ l-uċuh tal-għalf għall-bhejjem qabel ma jiskadi l-perjodu taż-żmien tal-mistrieħ, filwaqt li tipprovdi għal miżuri sabiex tiġi żgurata l-konformità man-natua mhux ta’ qligħ dwar l-użu ta’ din l-art.

(5) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Bħala deroga mill-Artikolu 19(2) u (3) ta-Regolament (KE) Nru 2316/1999, l-art iddikjarata mserrħa fl-Anness ma’ dan ir-Regolament tista’ tintuża għall-għalf tal-bhejjem matul is-sena 2003/2004.

2. L-Istati Membri interessati għandhom jieħdu l-passi kollha sabiex jiżguraw il-konformità man-natura mhux ta’ qligħ rigward l-użu ta’ l-art imserrħa riferita fil-pragrafu 1, b’mod partikolari l-esklużjoni tal-prodotti maħsuda minn din l-art mill-arranġamenti għall-għajnuna għall-għalf aħdar niexef ipprovvduta fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 603/95 [5].

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-4 ta’ Lulju 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Lulju 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 16.

[3] ĠU L 280, tat-30.10.1999, p. 43.

[4] ĠU L 150, tat-18.6.2003, p. 24.

[5] ĠU L 63, tal-21.3.1995, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Il-Ġermanja (il-Länder kollha li ġejjin): | Il-Bavarja Baden-Württemberg Berlin Brandenbug Bremen Hessen Mecklenburg-il-Pomeranja tal-Punent Is-Sassonja ta' Isfel Ir-Rhineland-Palatinat Is-Saarland Is-Sassonja Is-Sassonja - it-Turinġja |

L-Awstrija | Il-Burgenland (il-Bundesland kollha) Carinthia (id-distretti politiċi: Völkermarkt, Wolfsberg) l-Awsatrija ta' Isfel (il-Bundesland kollha) L-Awstrija ta' Fuq (il-Bundesland kollu) Styria (id-distretti politiċi): Deutschlandsberg, Fürstenfeld, Feldbach, Graz Umgebung, Hartberg, Judenburg, Knittel-feld, Leoben, Leibnitz, Bad Radkersburg, Voitsberg, Weiz) Salzburg: Salzburg Umgebung (Flachgau) |

L-Italja | Il-pajjiż kollu għajr it-Trentino |

Franza (id-Dipartimenti li ġejjin): | Ain Allier Ardèche Ardennes Aveyron Cantal Charente Charente Maritime Cher Côte d'Or Doubs Drôme Eure et Loir Garonne Haute Gers Île-et-Vilaine Indre Indre-et-Loire Isère Jura Landes Loir-et-Loire Loire Loire Haute Loire-Atlantique Loiret Lot Lot et Garonne Lozère Maine et Loire Marne Haute Mayenne Meurthe et Moselle Meuse Morbihan Moselle Nièvre Puy de Dôme Rhin Bas Rhin Haut Rhône Saône et Loire Saône Haute Sarthe Savoie Savoie Haute Sèvres Deux Tarn Tarn et Garonne Territoire de Belfort Vendée Vienne Vosges Yonne |

--------------------------------------------------

Top