Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1234

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2003 ta' l-10 ta' Lulju 2003 li jemenda l-Annessi I, IV u XI għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1326/2001 dwar it-trasmissjoni tal-enċifalopatija sponġiformi u l-għalf ta' l-annimaliTest b'relevanza għall-EEA

ĠU L 173, 11.7.2003, p. 6–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1234/oj

32003R1234



Official Journal L 173 , 11/07/2003 P. 0006 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2003

ta' l-10 ta' Lulju 2003

li jemenda l-Annessi I, IV u XI għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1326/2001 dwar it-trasmissjoni tal-enċifalopatija sponġiformi u l-għalf ta' l-annimali

(Test b'relevanza għall-EEA)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament(KE) No 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 22 ta' Mejju 2001 li għamlet regolamenti għall-prevenzjoni, kontroll, u l-qerda ta' ċerti enċifalopatija sponġiformi li huma trasmissibbli (TSEs) [1], li kienu dan l-aħħar emendati mill-Kummissjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1139/2003 [2], u b'mod partikolari L-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1) l-Artikolu 7 ta' Regolament (KE) Nru 999/2001 jelenka ċerti projbizzjonijiet li jikkonċernaw l-għalf ta' l-Annimali. B'mizuri transitorji, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1326/2001 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) No 270/2002 [4], jipprovdi l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 ma japplikax għal xi Stat Membru sakemm tiġi fis-seħħ id-deċiżjoni li tiddetermina l-istat tal-enċifalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE) ta' dak l-Istat Membru, u sakemm id-dispożizzjonijiet tal-Komunità fuq l-għalf ta' l-annimali relevanti għal TSEs jiġu inforzati effettivament fl-Istat Membru.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/766/KE ta' l-4 ta' Diċembru 2000 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi li jirrigwardjaw l-enċifalopatija sponġiformi li huma trassmissibbli u l-għalf ta' proteini [5] ta' l-annimali, kif emendati dan l-aħħar b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/248/KE [6], jipprovdi għall-projbizzjoni ta' għalf ta' proteini proċessati lill-annimali li jinsabu fl-irziezet, u li jinżammu biex jissemmnu u jitkabbru biex jinqatlu għall-produzzjoni tal-ikel. Madankollu, taħt ċertu kondizzjonijiet, dik il-projbizzjoni ma tapplikax għal numru ta' animmali proċessati li għandhom proteini bħal ħut imqadded mitħun, proteini idrolizzati u fosfat ta' dikalċju, li l-użu tagħhom ma tikostitwix riskju ta' TSEs u l-anqas timpedixxi kontrolli ta' proteini li jistgħu jġibu riskju qawwi ta' TSEs.

(3) Għalhekk, id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2001/9/KE ta' 29 ta' Diċembru 2000 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni li jirrigwardjaw l-enċifalopatija sponġiformili huma trasmissibbli u l-għalf tal-annimali li għandhom il-proteini [7], kif ġie emendat dan l-aħħar b'Deċiżjoni 2002/248/KE, stabbilixxit il-kondizzjonijiet għall-użu ta' annimali proċessati li għandhom il-proteini għall-għalf li mhux koperta bil-projbizzjoni li tinsab fid-Deciżjoni 2000/766/KE.

(4) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1774/2002 ta' 3 ta' Ottubru 2002 stipula regoli ta' saħħa li jikkonċernaw prodotti li jsiru mill-annimali li ma jittieklux mill-bniedem [8], kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/2003 [9], tagħmel regoli ta' l-annimali u saħħa pubblika għall-ġbir, trasport, ħażna, tqandil, proċessar u l-użu jew rimi ta' prodotti magħmula mill-annimali, u li jinkludu kondizzjonijiet għall-użu tagħhom fl-użu fl-għalf ta' l-annimali. Dak ir-Regolament ġie fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2003.

(5) Wara li tikkunsidra l-fatt li hu possibbli, għalkemm diffiċli, li tagħmel distinzjoni bejn ħut imqadded mitħun u annimali oħra proċessati li għandhom proteini li potenzalment jisponihom għal riskju ta' TSEs, u anki għal dak ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 introduċa dispożizzjonijiet ġodda fuq il-kontrolli tal-annimali proċessati li għandhom il-proteini, il-kondizzjonijiet fl-użu ta' ħut imqadded mitħun kif stipulat issa fid-Deċiżjoni 2001/9/KE, għandu jiġi ssimplifikat.

(6) Il-Kumitat tat-Tmexxija Xjentifika (KTX) indikat fl-opinjoni tagħha ta' 17 ta' Settembru 1999 dwar riċiklaċċ ta' intra-speċi, u anki fl-opinjoni tagħha ta' 27 u 28 ta' Novembru 2000 fuq il-bażi xjentifiku li jipprojbixxa il-proteini ta' l-annimali mill-għalf għall-annimali fl-irziezet, li ma hemmx prova ta' ħjiel naturali ta' TSE f'annimali li ma jixtarrux u li qegħdin f'irziezet jipproduċu l-ikel, bħall-majjali u t-tjur.

(7) Proteini ta' annimali minn annimali li ma jixtarrux u li qegħdin f'irziezet issa huma projbiti jew ristretti b'Deċizjonijiet 2000/766/KE u 2001/9/KE għax ma jistgħux jintgħarfu minn proteini ta' annimali li jixtarru u li huma projbiti minn testijiet li qed isiru bħalissa. Madankollu, ċerti proteini ma jipperikolawx il-kontroll ta' proteini pproċessati infettivi ħafna ta' l-annimali fl-għalf u l-użu tagħhom fl-għalf ta' l-annimali għandu jiġi awtorizzat.

(8) Fis-6 u 7 ta' Marzu 2003, is-SSC adotta opinjoni u r-rapport dwar is-sigurtà ta' fosfat ta' dikalċju u trikalċju mill-għadam tal-bovini, użat bħala għalf għall-annimali jew fertilizzant. Billi il-fosfat ta' trikalċju mhux ikkunsidrat bħala riskju għat-TSE sakemm ċeri kondizzjonijiet ta' proċessar jiġu mħarsa, u billi ma jagħmilx ħsara lill-kontroll ta' proteini, li huma potenzalment inefettivi, ta' l-annimali, l-użu tal-fosfat ta' trikalċju għandu jiġi awtorizzat.

(9) Billi l-ebda deċiżjoni għada ma ittieħdet li tikkonċerna d-determinazzjoni ta' l-istatus tal-BSE ta' l-Istati Membri, u biex inkunu ċari, id-dispożizzjonijiet magħmula fid-Deċiżjoni 2000/766/KE għandhom japplikaw għall-Istati Membri kollha mingħajr ma jingħata każ tal-istatus tal-BSE fil-futur. Anki, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu aġġornati biex jittieħed f'konsiderazzjoni ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(10) Biex jiżgura li l-BSE ma' tixxerridx f'pajjiżi terżi permezz ta' proteini proċessati ta' l-annimali, li huma potenzalment kontaminati, u biex jipprevjenu r-riskju li jerġgħu jiġu ntrodotti b'mod qarrieqi fil-Komunità, l-esportazzjoni ta' proteini prroċessat ta' oriġini ta' l-annimali li jixtarru, minbarra meta jkun użat f'ikel ta' l-annimali domestiċi, għandu jiġi pprojbit.

(11) Billi u meta l-kontroll tekniku u l-provi raġonevoli li l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet kurrenti hija sodisfaċenti fl-Istati Membri kollha jkunu disponibbli, il-projbizzjoni ta' l-użu ta' ħut imqadded mitħun għall-annimali li jixtarru, l-użu ta' proteini relatat ma' l-għasafar għall-annimali li qegħdin fl-irziezet barra minn annimali li jixtarru u l-użu ta' proteini tal-ħnieżer għall-annimali li qegħdin fl-irziezet barra minn annimali li jixtarru għandhom jiġu kkunsidrati.

(12) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi hekk emendat. Anki, Deċiżjonijiet Nru 2000/766/KE u 2001/9/KE għandhom jiġu mħassra.

(13) Il-miżuri li jinsabu f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta' Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, IV u XI tar-Regolament(KE) No 999/2001 huma emendati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1326/2001, it-tieni punt tneħħa.

Artikolu 3

Id-Deċiżjonijiet Nru 2000/766/KE u 2001/9/KE huma mħassra. Riferimenti għad-Deċiżjonijiet mħassra se jiġu interpretati bħala riferenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament se jiġi fis-seħħ mill-1 ta' Settembru 2003.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament se jiġi kkunsidrat fid-dawl ta' provi xjentifiċi li qed jitfaċċaw u metodi ġodda ta' kontroll.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 10 ta' Lulju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 147, 31.5.1, p. 1.

[2] ĠU L 160, 28.6.3, p. 22.

[3] ĠU L 177, 30.6.1, p. 60.

[4] ĠU L 45, 15.2.2, p. 4.

[5] ĠU L 306, 7.12.00, p. 32.

[6] ĠU L 84, 28.3.2, p. 71.

[7] ĠU L 2, 5.1.1, p. 32.

[8] ĠU L 273, 10.10.2, p. 1.

[9] ĠU L 117, 13.5.3, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Annessi I, IV u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati kif ġejjin:

1. L-Anness I huwa mibdul b'dan li ġej:

"

“ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

1. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin magħmula fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [1], Regolament (KE) Nru178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2] u d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE [3] għandhom jgħoddu:

(a) Regolament (KE) Nru 1774/2002:

(i) "Annimali fl-irziezet" fl-Artikolu 2(1)(f);

(ii) "ikel ta' l-annimali domestiċi" fil-punt 41 ta' l-Anness I;

(iii) "proteini ta' annimali proċessati" fil-punt 42 ta' l-Anness I;

(iv) "ġelatina" fil-punt 26 ta' l-Anness I;

(v) "prodotti ta' demm" fil-punt 4 ta' l-Anness I;

(vi) "ikel tad- demm" fil-punt 6 ta' l-Anness I; u

(vii) "ikel tal-ħut" fil-punt 24 ta' l-Anness I.

(b) id-definizzjoni ta' "għalf" fl-Artikolu 3(4) ta' Regolament (KE) Nru 178/2002;

(ċ) id-definizzjoni ta' "għalf komplet" fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 79/373/KEE.

2. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu wkoll id-definizzjoniet li ġejjin:

(a) tfisser każ ta' bovini ta' l-enċifalopatija sponġiformi li ma ġiex spjegat ċar li kien soġġett għal infezzjoni qabel ma ġie importat bħala annimal ħaj;

(b) "tessut xaħmi diskret": tfisser xaħam tal-ġisem, kemm intern u estern, mneħħi matul il-qtil u l-proċess tal-qtugħ, partikolarment xaħam frisk mill-qalb, mindil u kliewi ta' l-annimali bovini, u xaħam mill-kmamar fejn isir il-qtugħ;

(ċ) tfisser grupp ta' annimali bovini li kienu,

(i) twieldu fl-istess merħla bħal dawn l-annimali bovini milquta, u fi żmien 12 il-xahar qabel jew wara t-twelid ta' l-animali affettwati; jew

(ii) mkabbra flimkien ma' l-annimali bovini affettwati matul l-ewwel sena tagħhom u li jkunu kkunsmaw l-istess għalf bħal dik ta' l-annimal bovin affettwat matul l-ewwel sena tiegħu.”

"

2. l-Anness IV hu mibdul b'dan li ġej:

"

“ANNESS IV

L-GĦALF TA' L-ANNIMALI

L-estensjoni tal-projbizzjoni provduta fl-Artikolu 7(1)

1. Il-projbizzjoni provduta fl-Artikolu 7(1) se tiġi estiża għall-għalf:

(a) għall-annimali fl-irziezet, b'eċċezzjoni għall-għalf ta' annimali karnivori li jipproduċu is-suf, ta':

(a) proteini proċessati ta' l-annimali:

(b) ġelatina li toriġina mill-annimali li jixtarru:

(ċ) prodotti tad-demm;

(d) proteini idrolizzati;

(e) fosfat ta' dikalċju u fosfat ta' trikalċju li ġej mill-annimali;

(f) għalf li fih il-proteini mniżżla f'punti (a) sa (e);

(b) għall-annimali li jixtarru tal-proteini tal-annimali u għalf li fih proteini bħal dawn.

2. Id-Derogi mill-projbizzjonijiet provduti fl-Artikolu 7(1) u (2), u kondizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni ta' derogi bħal dawn.

A. Il-projbizzjonijiet provduti fl-Artikoli 7(1) u (2) ma japplikawx għall-:

(a) l-għalf għall-annimali li ma jixtarrux tal-proteini msemmija f'(i), (ii) u (iii), u għalf miġjub minn dawn il-proteini, basta li dawk il-proteini jkunu ġew ipproċessati fejn japplika skond l-Artikolu 19 tar-Regolalament (KE) Nru 1774/2002:

(i) ħut imqadded mitħun, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'punt B;

(ii) proteini idrolizzati li ġejjin minn ġlud ħoxna u ġlud oħra kemm ta' annimali li jixtarru u annimali li ma jixtarrux, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'punt C;

(iii) fosfat ta' dikalċjum u fosfat ta' trialċjum, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'punt D;

(b) l-għalf ta' annimali li jixtarru tal-proteini msemmija f'(i), (ii) u (iii), u l-prodotti mnissla minn dawn il-proteini, basta li l-proteini jkunu pproċessati skond id-disposizzjonijiet fl-Artikolu 19 ta' Regolament (KE) Nru 1774/2002:

(i) ħalib, prodotti magħmula mill-ħalib u kolostru;

(ii) bajd u prodotti tal-bajd;

(iii) ġelatina mnissla minn annimmali li ma jixtarrux;

(ċ) l-għalf lill-ħut bi prodotti tad-demm u ikel tad-demm mnissel ninn annimali li ma jixtarrux, basta ġew ipproċessati fejn applikabbli skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u l-għalf mnissel minn dawn il-proteini, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'punt E.

B. Il-kondizzjonijiet għall-użu ta' ħut imqadded mitħun u għalf li jkun fihom ħut imqadded mitħun biex jitimgħu annimali li ma jixtarrux fl-irziezet b'eċċezzjoni ta' annimali karnivori li jipproduċu s-suf.

(a) Il-ħut imqadded mitħun jiġi pproduċut f'impjanti ta' l-ipproċessar iddedikati esklussivament għall-produzzjoni ta' prodotti magħmulin mill-ħut, li jiġu approvati għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(b) Qabel ma titħalla ċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, kull kunsinna ta' ħut imqadded mitħun importat se jiġi analizzat skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/88/KE [*] GU L 318, tas-27.11.1998, pg.45..

(ċ) Għalf li fih ħut imqadded mitħun se jiġi pproduċut fi stabilimenti li ma jipproduċux għalf għall-annimali li jixtarru u li huma awtorizzati għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti.

Madankollu, skond id-deroga minn dik il-kondizzjoni:

(i) awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta' għalf komplet minn għalf li fih il-ħut imqadded mitħun mhux neċessarju għal dawk li jħalltu d-dar:

- reġistrat mill-awtorità kompetenti,

- jinżammu biss annimali li ma jixtarrux,

- jipproduċu għalf komplet għall-użu biss fl-istess azjenda, u

- basta li l-għalf li fih il-ħut imqadded mitħun użat fil-produzzjoni jkollu inqas minn 50 % ta' proteini krudi.

(ii) il-produzzjoni ta' għalf għal annimali li jixtarru fi stabbilimenti li jipproduċu ukoll għalf li fih il-ħut imqadded mitħun għal annimali oħra jistgħu jiġi awtorizzati mill-awtorità kompetenti soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjien:

- il-biċċa l-kbira ta' għalf ippakkjat li huwa għall-annimali li jixtarru huma maħdumin f'postijiet separati minn postijiet fejn għalf li li fih il-ħut imqadded mitħun huwa maħdum,

- il-biċċa l-kbira ta' għalf għall-annimali li jixtarru huma miżmuma f'postijiet fiżikament separati minn postijiet fejn jitpoġġew ħażniet ta' għalf li fih il-ħut imqadded mitħun u għalf ieħor li fih il-ħut imqadded mitħun huma miżmuma waqt il-ħażna, trasport u ppakkjar,

- rekords bid-dettalji tax-xiri u l-użu tal-ħut imqadded mitħun u l-bejgħ ta' għalf li fih il-ħut imqadded mitħun jkunu għad-disposizzjoni ta' l-awtorità kompetenti almenu għal ħames snin, u

- testijiet ta' rutina huma magħmula fuq għalf li huma għal annimali li jixtarru biex jaċċertaw li ma jkunx hemm preżenti proteini projbiti inkluż għalf li fih il-ħut imqadded mitħun.

(d) It-tiketta u d-dokument mehmuż dwar l-għalf li fih il-ħut imqadded mitħun għandu juri biċ-ċar il-kliem "fih il-ħut imqadded mitħun – mhux tajjeb biex jingħata bħala għalf lil annimali li jixtarru".

(e) Volum ta' għalf li fih il-ħut imqadded mitħun jkun trasportat permezz ta' vetturi li ma jġorrux fl-istess ħin għalf għal annimali li jixtarru. Jekk il-vettura tkun imbagħad użata għat-trasport ta' għalf li hu intenzjonat għal annimali li jixtarru, trid tiġi mnaddfa sewwa skond il-proċedura approvata mill-awtorità kompetenti biex tevita l-kontaminazzjoni.

(f) L-użu u l-ħażna ta' għalf li fih il-ħut imqadded mitħun jkun projbit fl-irziezet fejn jinżammu annimali li jixtarru.

B'deroga minn dik il-kondizzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tipermetti l-użu u l-ħażna ta' għalf li jkollu ħut imqadded mitħun f'irziezet fejn l-annimali li jixtarru huma miżmuma, jekk huma sodisfatti li miżuri fl-irziezet jiġu implimentati biex jiprevjenu li għalf li jkollu l-ħut imqadded mitħun ma jingħatax lill-annimali li jixtarru.

C. Il-kondizzjonijiet għall-użu ta' proteini idrolizzati li huma magħmulin minn annimali li ma jixtarrux jew minn ġlud ħoxna u ġlud oħra, u għalf li jkollu dawn il-proteini, biex jitimgħu annimali li ma jixtarrux fl-irziezet, bl-eċċezzjoni għall-għalf ta' annimali karnivori li jipproduċu s-suf.

(a) Il-proteini idrolizzati għandhom jiġu pproduċuti f'makkinarju ta' l-ipproċessar u approvat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 17 ta' Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(b) Għalf li jkollu proteini idrolizzati għandhom jiġu pproduċuti fi stabbilimenti li ma jippreparawx għalf għal annimali li jixtarru u li jkun awtorizzati għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti.

Madankollu, b'deroga minn dik il-kondizzjoni:

(i) awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta' għalf komplet minn għalf li jkollu proteini idrolizzati mhix neċessarja għal dawk li jaħdmuh id-dar.

- reġistrat mill-awtorità kompetenti,

- iżżomm biss lil dawk l-annimali li ma jixtarrux,

- tipproduċi għalf komplet għall-użu biss fl-istess post, u

- basta li l-għalf li jkollu proteini idrolizzati li jiġi użat għall-produzzjoni jkollu inqas minn 50 % ta' proteini krudi;

(ii) il-produzzjoni ta' għalf għal annimali li jixtarru fi stabbilimenti li wkoll jipproduċu proteini idrolizzati għal speċi ta' annimali oħra jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjien:

- il-biċċa l-kbira ta' għalf ppakkjat li huwa għal annimali li jixtarru huma magħmulin f'postijiet fiżikament separati fejn għalf li jkollu proteini idrolizzati huma magħmulin,

- il-biċċa l-kbira ta' għalf għal annimali li jixtarru huwa miżmum f'postijiet fiżikament separat minn postijiet fejn ħażniet ta' proteini idrolizzati u volum ta' għalf li jkollhom proteini idrolizzati huma miżmuma matul il-ħażna, trasport u ppakkjar,

- rekords bid-dettalji tax-xiri u l-użu ta' proteini idrolizzati, u l-bejgħ ta' għalf li jkollu proteini idrolizzati jkunu għad-disposizzjoni ta' l-awtorità kompetenti almenu għal ħames snin.

(ċ) It-tiketta u d-dokument mehmuż dwar l-għalf li fih proteini idrolizzati għandu juri biċ-ċar il-kliem "li jkollu proteini idrolizzati - mhux tajjeb biex jingħata bħala għalf lil annimali li jixtarru".

(d) Il-biċċa l-kbira ta' għalf li jkollu proteini idrolizzati għandhom jiġu trasportati b'vetturi li ma jittrasportawx fl-istess ħin għalf għal annimali li jixtarru. Jekk il-vettura tkun imbagħad użata għat-trasport ta' għalf li hu intenzjonat għal annimali li jixtarru, trid tiġi mnaddfa sewwa skond il-proċedura approvata mill-awtorità kompetenti biex tevita l-kontaminazzjoni.

(e) L-użu u l-ħażna ta' għalf li jkollu proteini idrolizzati għandu jiġi pprojbit fl-irziezet fejn l-annimali li jixtarru huma miżmuma..

B'deroga minn dik il-kondizzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tipermetti l-użu u l-ħażna ta' għalf li jkollu proteini idrolizzati f'irziezet fejn l-annimali li jixtarru huma miżmuma, jekk huma sodisfatti li miżuri fl-irziezet jiġu implimentati biex jipprevjenu li għalf li jkollu l-proteini idrolizzati lill-annimali li jixtarru.

D. Il-kondizzjonijiet għall-użu ta' fosfat ta' dikalċju, fosfat ta' trikalċju u għalf li jkollu proteini biex jitimgħu annimali li ma jixtarrux fl-irziezet, bl-eċċezzjoni għall-għalf ta' annimali karnivori li jipproduċu s-suf.

(a) Fosfat ta' dikalċju u fosfat ta' trikalċju għandhom jiġu pproduċuti f'makkinarju ta' l-ipproċessar u approvat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 17 ta' Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(b) Għalf li jkollu fosfat ta' dikalċju jew fosfat ta' trikalċju għandhom jiġu pproduċuti fi stabilimenti li ma jippreparawx għalf għal annimali li jixtarru u li jkun awtorizzati għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti.

Madankollu, b'deroga minn dik il-kondizzjoni:

(i) awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta' għalf komplet minn għalf li jkollu fosfat ta' dikalċju jew fosfat ta' trikalċju mhux neċessarju għal dawk li jaħdmuh id-dar:

- reġistrat mill-awtorità kompetenti,

- iżomm biss lil dawl l-annimali li ma jixtarrux,

- tipproduċi għalf komplet għall-użu biss fl-istess post, u

- basta li l-għalf li jkollu fosfat ta' dikalċju jew fosfat ta' trikalċju li jiġi użat għall-produzzjoni jkollu inqas minn 10 % ta' total tal-fosfru;

(ii) il-produzzjoni ta' għalf għal annimali li jixtarru fi stabilimenti li ukoll jipproduċu għalf li jkollu fosfat ta' dikalċju jew fosfat ta' trikalċju għal speċi ta' annimali oħra jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjien:

- il-biċċa l-kbira ta' għalf għal annimali li jixtarru huwa pproduċut f'postijiet fiżikament separat minn postijiet fejn għalf li jkollhom fosfat ta' dikalċju jew fosfat ta' trikalċju huma pproduċuti,

- il-biċċa l-kbira ta' għalf għal annimali li jixtarru huwa miżmum f'postijiet fiżikament separat minn postijiet fejn ħażniet ta' dikalċju u ħażniet ta' trikalċju u volum ta' għalf li jkollhom fosfat ta' dikalċju u fosfat ta' trikalċju huma miżmuma matul il-ħażna, trasport u ppakkjar,

- reġistri bid-dettalji tax-xiri u l-użu ta' fosfat ta' dikalċju jew fosfat ta' trikalċju, u l-bejgħ ta' għalf li jkollu fosfat ta' dikalċju jew fosfat ta' trikalċju jkunu għad-disposizzjoni ta' l-awtorità kompetenti almenu għal ħames snin.

(ċ) It-tiketta u d-dokument mehmuż dwar l-għalf li fih fosfat ta' dikalċju jew fosfat ta' trikalċju għandu juri biċ-ċar il-kliem“ li jkollu fosfat ta' dikalċju jew trikalċju ta' oriġini ta' annimali - mhux tajjeb biex jingħata bħala għalf lil annimali li jixtarru”.

(d) Il-biċċa l-kbira ta' għalf li jkollu fosfat ta' dikalċju jew fosfat ta' trikalċju għandhom jiġu ttrasportati b'vetturi li ma jittrasportawx fl-istess ħin għalf għal annimali li jixtarru. Jekk il-vettura tkun imbagħad użata għat-trasport ta' għalf li hu intenzjonat għal annimali li jixtarru, trid tiġi mnaddfa sewwa skond il-proċedura approvata mill-awtorità kompetenti biex tevita l-kontaminazzjoni.

(e) L-użu u l-ħażna ta' għalf li jkollu fosfat ta' dikalċju jew fosfat ta' trikalċju għandu jiġi pprojbit fl-irziezet fejn l-annimali li jixtarru huma miżmuma.

B'deroga minn dik il-kondizzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tipermetti l-użu u l-ħażna ta' għalf li jkollu fosfat ta' dikalċju jew fosfat ta' trikalċju f'irziezet fejn l-annimali li jixtarru huma miżmuma, jekk huma sodisfatti li miżuri fl-irziezet jiġu implimentati biex jiprevenju li għalf li jkollu fosfat ta' dikalċju jew fosfat ta' trikalċju lill-annimali li jixtarru.

E. Il-kondizzjonijiet għall-użu ta' prodotti tad-demm, ikel tad-demm u għalf li jkollu proteini biex jitimgħu annimali li ma jixtarrux fl-irziezet, biex jitimgħu ħut tal-farm:

(a) id-demm għandu jiġi meħud minn biċċeriji approvati mill-KE, li ma joqtlux annimali li jixtarru u li huma reġistrati li ma joqtlux annimali li jixtarru u li jiġu trasportati direttament għall-impjant ta' l-ipproċessar f'vetturi dedikati esklussivament ghat-trasport ta' demm ta' annimali li ma jhixtarrux. Jekk il-vettura kienet użata għat-trasport ta' demm tal-annimali li jixtarru, wara t-tindif, għandha tiġi spezzjonata mill-awtorità kompetenti qabel ma' jiġi trasportat id-demm ta' annimali li ma jixtarrux.

B'deroga minn dik il-kondizzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti l-qtil ta' annimali li jixtarru f'biċċeriji li jiġbru demm ta' annimali li ma jixtarrux li huma intenzjonati għall-produzzjoni ta' ikel tad-demm u prodotti tad-demm għall-użu ta' għalf għall-ħut jekk dawn il-biċċeriji għandhom sistema ta' kontroll rikonoxxuta. Għall-inqas is-sistema ta' kontroll għandha tinkludi:

- il-qtil ta' annimali li ma' jixtarrux għandu jkun separat fiżikament mill-qtil ta' annimali li jixtarru,

- ġbir, ħażna, trasport u ppakjar ta' demm minn oriġini ta' annimali li ma jixtarrux ġo faċilitajiet fiżikament separati minn faċlitajiet fejn demm minn oriġini ta' annimali li jixtarru huma miġbura, maħżuna, trasportati u ppakjati, u

- għandu jittieħed kampjun regolari u jiġi eżaminat d-demm minn oriġini ta' annimali li ma jixtarrux biex jiġi determinat il-preżenza ta' proteini ta' annimali li jixtarru;

(b) il-prodotti tad-demm u l-ikel tad-demm għandhom jiġu pproduċuti fi stabiliment esklussivament li jipproċessa demm minn annimali li ma jixtarrux u approvat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 17 ta' Regolament (KE) Nru 1774/2002.

B'deroga minn dik il-kondizzjoni, the l-awtorità kompetenti tista' tippermetti il-produzzjoni ta' prodotti tad-demm għall-użu ta' għalf għall-ħut fi stabilimenti li jipproċessaw demm minn annimali li jixtarru, li għandhom sistema taħdem u rikonoxxuta ta' kontroll li tipprevjeni kontaminazzjoni mħallta. Għall-inqas is-sistema ta' kontroll għandha tinkludi:

- l-ipproċessar ta' demm minn annimali li ma jixtarrux f'sistema magħluqa fiżikament separata mill-ipproċessar ta' demm minn annimali li jixtarru,

- Trasport, ħażna u ppakjar ta' ħażniet ta' materja prima u ħażniet ta' prodotti kompluti ta' demm minn oriġini ta' annimali li ma jixtarrux ġo facilitajiet fiżikament separati minn faċilitajiet fejn ħażniet ta' materja prima u ħażniet ta' prodotti kompluti ta' demm minn oriġini ta' annimali li jixtarru huma miżmuma matul il-perjodu ta' ħażna, trasport u ppakjar, u

- għandu jittieħed kampjun regolari u jiġi eżaminat d-demm minn oriġini ta' annimali li ma jixtarrux biex jiġi determinat il-preżenza ta' proteini ta' annimali li jixtarru;

(ċ) għalf li jkollu prodotti tad-demm u ikel tad-demm għandu jiġi pproduċut fi stabilimenti fejn jiġi manifatturat għalf għall-ħut li ma jippreparawx għalf għall-annimali oħra fl-irziezet, bl-eċċezzjoni ta' annimali karnivori li jipproduċu s-suf, u li huma awtorizzati għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti;

(d) it-tiketta, id-dokument kummerċjali jew iċ-ċertifikat tas-saħħa mehmuż, kif suppost, ta' l-għalf li fih prodotti tad-demm jew ikel tad-demm għandu juri ċar il-kliem“ fih il-prodotti tad-demm – għandu jiċi mitmugħ biss lill-ħut”, kif xieraq;

(e) vetturi tat-trasport li jintużaw biex iġorru l-ħażniet ta' l-għalf tal-ħut li fih il-prodotti tad-demm jew ikel tad-demm ma jintużawx għat-trasport ta' l-għalf għal annimali oħra fl-irziezet, bl-eċċezzjoni ta' annimali karnivori li jipproduċu s-suf, sakemm il-vetturi tat-trasport, wara li jkunu mnaddfa, ikunu ġew spezzjonati mill-awtorità kompetenti;

(f) l-użu u l-ħażna ta' għalf tal-ħut li fihom prodotti tad-demm jew ikel tad-demm jkunu projbiti f'irziezet fejn annimali oħra ta' l-irziezet b'eċċezzjoni ta' annimali karnivori li jipproduċu s-suf, qed jinżammu.

3. L-implimentazzjoni ġenerali ta' kondizzjonijiet

A. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-disposizzjoni ta' l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista aġġornata ta' biċċeriji approvati ta' l-KE reġistrati bħala li ma joqtlux annimali li jixtarru u stabilimenti ta' l-ipproċessar li jipproduċu proteini idrolizzati, fosfat ta' dikalċju, fosfat ta' trikalċju, ħut imqadded mitħun, prodotti tad-demm jew ikel tad-demm u stabilimenti, b'eċċezzjoni ta' dawk li joperaw mid-dar u li huma awtorizzati li jimmanifatturaw għalf li fih dawn il-proteini, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament f'60 jum mid-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Emendi għall-lista għandhom jitqiegħdu għad-disposizzjoni ta' l-Istati Membri u tal-Kummissjoni.

B. (a) (a) Il-ħażna ta' proteini pproċessati ta' l-annimali, b'eċċezzjoni ta' ħut imqadded mitħun, u l-għalf li fih dawn il-proteini, għandu jiġi maħżun u trasportat f'postijiet apposta għal dawn il-faċilitajiet. Il-maħżen jew vettura tista' biss tintuża għal skopijiet oħra, wara li tkun imnaddfa u spezzjonata mill-awtorità kompetenti.

(b) Il-ħażna ta' ħut imqadded mitħun u proteini idrolizzati msemmija f' A(a)(ii) ta' parti I, ħażna ta' fosfat ta' dikalċju u fosfat ta' trikalċju msemmijia f'A(a)(iii) ta' parti I, u ikel tad-demm u prodotti tad-demm msemmija f'A(c) ta' parti I għandhom jiġu maħżuna u trasportati fi mħażen u vetturi apposta għal dan il-għan.

(ċ) B'deroga minn punt (b):

(i) mħażen jew vetturi jistgħu jintużaw għall-ħażna u trasport ta' għalf li fih l-istess proteini;

(ii) mħażen jew vetturi, wara li jkunu mnaddfa, jistgħu jiġu użati għal skopijiet oħra wara li jkunu ġew spezzjonati mill-awtorità kompetenti; u

(iii) vetturi li jġorru ħut imqadded mitħun jistgħu jiġu użati għal skopijiet oħra jekk l-azjenda għandha sistema taħdem u rikonoxxuta ta' kontroll mill-awtorità kompetenti, li tipprevjeni kontaminazzjoni mħallta. Is-sistemà ta' kontroll għandha almenu tinkludi:

- rekords dwar materjal trasportat u tindif tal-vettura, u

- għandu jittieħed kampjun regolari u jiġi eżaminat l-għalf li jġi trasportat biex jiġi determinat jekk hemmx ħut imqadded mitħun.

L-awtorità kompetenti għandhom jiċċekjaw frekwentament u għalgħarriieda is-sistemà biex jivverifikaw l-applikazzjoni koretta tal-pjan ta' kontroll..

C. Għalf, inkluż l-ikel ta' l-annimali domestiċi, li fihom proteini proċessati ta' l-annimali, barra l-ħut imqadded mitħun jew ikel tad-demm ta' oriġini ta' annimali li ma jixtarrux, jew prodotti tad-demm ta' oriġini ta' annimali li jixtarru ma jkunux manifatturati fi stabilimenti li jipproduċu għalf għall-annimali fl-irziezet, b'eċċezzjoni ta' annimali karnivori li jipproduċu s-suf.

L-ikel ta' l-annimali domestiċi u għalf għal annimali karnivori li jipproduċu s-suf li fihom ħut imqadded mitħun, proteini idrolizzati msemmija f'(a)(ii) ta' parti I, fosfat ta' dikalċju u fosfat ta' trikalċju msemmija f'A(a)(iii) ta' parti I, u ikel tad-demm u prodotti tad-demm msemmija f'A(c) ta' parti I għandhom ikunu manifatturati u trasportati skond id-disposizzjonijiet msemmija f'punti B(c) u (e), C(b) u (d), D(b) u (d) u E(c) u (e), rispettivament ta' parti I.

D. L-esportazzjoni lill-pajjiżi terzi ta' proteini proċessati li jkunu ġejjien minn annimali li jixtarru u minn prodotti li fihom dawn il-proteini proċessati tal-annimali, għandha tkun projbita.

L-esportazzjoni ta' proteini oħra pproċessati ta' annimali u prodotti tad-demm u prodotti li fihom dawn il-proteini għandhom jitħallew soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjien:

- huma ddestinati għall-użu li mhux projbit fl-Artikolu 7,

- ftehim bil-miktub ma' pajjiżi terzi jkun magħmul qabel ma ssir l-esportazzjoni, li jinkudi impenn minn pajjiżi terzi biex jiġi rispettat l-użu finali u li ma jiġix esportat mill-ġdid il-proteini pproċessati ta' l-annimali, prodotti tad-demm u prodotti li fihom dawn il-proteini għall-użu kif projbiti bl-Artikolu 7.

L-Istati Membri li jippermettu din l-esportazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bit-termini u kondizzjonijiet kif miftiehem mal-pajjiż terz ikkorċernat, għall-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, fil-kuntest tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali.

Il-miżuri f'dan il-punt ma japplikawx għall-ħut imqadded mitħun, basta jaderixxi mall-kondizzjonijiet kif elenkati f'punt B, prodotti li fihom ħut imqadded mitħun u ikel ta' l-annimali domestiċi.

E. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċekkjaw fiżikament u b'mod dokumentat li jinkludi testijiet fuq għalf matul iċ-ċiklu ta' l-produzzjoni u d-distribuzzjoni skond d-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE [**] GU L 265, tal-5.11.1995, pg. 17., biex tikkontrolla l-konformità mad-disposizzjonijiet u d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Fejn il-preżenza ta' proteini projbiti ta' annimali huwa osservat, Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE għandha tgħodd.

F. Id-disposizzjonijiet dwar il-produzzjoni u l-użu ta' proteini pproċessati ta' l-annimali ta' r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jgħoddu għall-għalf kif kopert b'dan l-Anness.”

"

3. Fl-Anness XI, Parti Ċ hija mħassra.

[1] GU L 273, ta' l-10.10.2, pg. 1.

[2] GU L 31, ta' l-1.2.2, pg. 1.

[3] GU L 86, tas-6.4.1979, pg. 30.

--------------------------------------------------

Top