Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1021

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1021/2003 tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti bin-nomenklatura magħquda

ĠU L 147, 14.6.2003, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1021/oj

32003R1021



Official Journal L 147 , 14/06/2003 P. 0012 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1021/2003

tat-13 ta' Ġunju 2003

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti bin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 23176/2002 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti imsemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi bbażata kollha kemm hi jew parzjalment fuqha jew li żżid magħha suddiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, maħsuba għall-applikazzjoni ta' tariffi jew miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-merkanzija.

(3) Skond l-imsemmija regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta f'kolonna 1 tat-table imniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi CN indikat f'kolonna 2, minħabba r-raġunijiet elenkati f'kolonna 3.

(4) Huwa xieraq illi l-informazzjoni tariffali vinkolanti maħruġa mill-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' merkanzija bin-nomenklatura magħquda u li m'hijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi invokata mid-detentur, taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [3], hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4], għal perjodu ta' tlett xhur.

(5) Il-miżuri disposti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta f'kolonna 1 tat-table imniżżla fl-Anness għandha tiġi kklassifikata fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi CN indikat f'kolonna 2 ta' dik it-table.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li m'hijiex skond dan ir-Regolament, tista' tibqa' tiġi invokata taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tlett xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 331, tas-7.12.2002, p. 3.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Prodotti f'forma tonda (approssimament 4,5 ċm dijametru u approssimament 1 ċm ħxuna), magħmula minn ross minfuh (puffed rice), b'naħa minnhom miksija b'saff irqiq ta' ġelu kannella skur, ta' mhux aktar minn 0,5 mm ħxuna u li fih anqas minn 0,4 % ta' kawkaw. Il-prodott fih ukoll zokkor, xaħam veġetali, ħalib tat-trab xkumat u nofs xkumat, trab tax-xorrox, trab tal-miżwed tal-ħarrub, leċitina taż-żerriegħa tas-soja, aġent koloranti, u ħwawar. Jista' jiġi mibjugħh. (Ara r-ritratt) | 19041030 | Il-klassifikazzjoni hija determinata skond id-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, Nota 1 tal-Kapitolu 18, Nota 3 tal-Kapitolu 19 u bil-kliem tal-kodiċi CN 1904, 190410 u 19041030. Il-prodott fih, bl-applikazzjoni tan-Nota 3 tal-Kapitolu19, anqas minn 6 % f'użin tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi fejn ix-xaħam ikun imneħħi kompletament (ara in-noti ta' tagħrif tas-Sistema Armonizzata fin-nota tal-Kapitolu 19). Skond it-tifsira tan-nota 3 tal-Kapitolu 19, ma jistax tiġi kkonsidrat bħala preparazzjoni miksija biċ-ċikkulata taħt l-intestat 1806 (ara wkoll in-noti ta' tagħrif tas-Sistema Armonizzata fin-nota tal-Kapitolu 18, eskluż (d)). Minħabba li l-prodott jiġi magħmul bl-infiħ ta' ċereċli inkaljati, u minħabba li ma jaqax taħt xi intestatura oħra tan-nomenklatura, dan jissodisfa ir-rekwiżiti ta' l-intestatura 1904 (ara wkoll in-noti ta' tagħrif tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 1904, Parti (A)). |

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top