Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0995

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 995/2003 tal-11 ta’ Ġunju 2003 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 43/2003 u li jemendah rigward il-perjodu taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żieda fil-għomor ta’ l-inbid likur tal-Madeira u l-inbid ta’ l-Azores

    ĠU L 144, 12.6.2003, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/06/2006; Imħassar b' 32006R0793

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/995/oj

    32003R0995



    Official Journal L 144 , 12/06/2003 P. 0003 - 0003


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 995/2003

    tal-11 ta’ Ġunju 2003

    li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 43/2003 u li jemendah rigward il-perjodu taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żieda fil-għomor ta’ l-inbid likur tal-Madeira u l-inbid ta’ l-Azores

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsirat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2002 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Azores u l-Madeira u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1600/92 (Poseima) [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 38(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 43/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistbbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġu applikati r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001 rigward il-għajnuna għall-produzzjoni lokali tal-prodotti mill-uċuh tar-raba fir-reġjuni l-iktar ‘il barra ta’ l-Unjoni Ewropea [2] jipprovdi illi l-applikazzjonijiet għaż-żieda fil-għomor iridu jiġu ssottomessi lill-awtorit kompeteni matul l-ewwel xahrejn ta’ kull sena.

    (2) Għas-sena 2003, il-perjodu taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna dwar iż-żieda fil-għomor ta’ l-inbejjed ta’ l-Azores għandu jiġi mtawwal sabiex jgħin lill-awtoritajiet kompetenti li jieħdu l-miżuri amministrattivi kollha rigward il-ġestjoni u l-kontroll, b’mod partikolari għall-iskema tal-għajnuna għaż-żieda fil-għomor ta’ l-inbid "verdelho" ipprovvduta fl-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001

    (3) Għal ġestjoni soda u sabiex jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet dwar is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet, f’linja mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 43/2003 dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna skond iż-żona, l-awtroritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru għandhom jistabbilixxu wkoll il-perjodi taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna rigward iż-żieda fil-għomor ta’ l-inbid.

    (4) Ir-Regolament (KE) Nru 43/2001 għandu jiġi emendat kif jixraq.

    (5) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni ta’ l-Inbid,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-sena 2003, l-applikazjonijiet għall-għajnuna għaż-żieda fil-għomor ta’ l-inbid ta’ l-Azores għandhom jiġu ssottomessi sal-31 ta’ Lulju 2003.

    Artikolu 2

    L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 43/2003 huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej:

    "2. Il-għajnuna għaż-żieda fil-għomor ta’ l-inbid likur tal-Madeira għandha tiġi konċessa lill-produtturi f’dawn ir-reġjuni li jissottomettu applikazzjoni lill-korp kompetenti matul il-perjodu taż-żmien stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru. Dan il-perjodu taż-żmien għandu jiġi stabbilit hekk li jippermeti li jsiru l-kontrolli meħtieġa fuq il-post."

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Ġunju 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 26.

    [2] ĠU L 7, tal-11.1.2002, p. 25.

    --------------------------------------------------

    Top