Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0740

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 740/2003 tat-28 ta’ April 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1520/2000 li jipprovdi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ l-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti bl-Anness I li jinsab mat-Trattat, u l-kriterji ta’ l-iffissar ta’ l-ammonti ta’ dawk ir-rifużjonijiet

    ĠU L 106, 29.4.2003, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/07/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R1043

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/740/oj

    32003R0740



    Official Journal L 106 , 29/04/2003 P. 0012 - 0013


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 740/2003

    tat-28 ta’ April 2003

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1520/2000 li jipprovdi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ l-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti bl-Anness I li jinsab mat-Trattat, u l-kriterji ta’ l-iffissar ta’ l-ammonti ta’ dawk ir-rifużjonijiet

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jippreskrivi l-arranġamenti tal-kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 [2], u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3) miġjub fih,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 jippreskrivi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq prodotti agrikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2003 [4], jillimita l-perjodu li matulu prodotti bażiċi agrikoli jew oġġetti jistgħu jibqgħu taħt arranġamenti ta’ finanzjar minn qabel ta’ rifużjoni għat-terminu li jkun għadu ma skadiex tal-liċenzja ta’ esportazzjoni.

    (2) Il-parti l-kbira taċ-ċertifikati tar-rifużjoni huma validi għal xahar kalendarju li matulu kienet saret l-applikazzjoni għalihom miżjuda bil-ħames xhur kalendarji li jiġu wara. Iżda, ċertifikati tar-rifużjoni maħruġa lejn l-aħħar tal-perjodu ta’l-estimi għandhom perjodu iqsar ta’ validità, li ma jistgħax, minħabba obbligi internazzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, jestendi ’l hinn mit-30 ta’ Settembru.

    (3) Sabiex tiġi assigurata flesibilità suffiċjenti biex l-operaturi jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ ta’ dawk iċ-ċertifikati ta’ rifużjoni b’tul ta’ żmien qasir huwa xieraq li jittieħdu miżuri speċifiċi li jikkonċernaw dawk iċ-ċertifikati.

    (4) Ir-Regolament (KE) Nru 1520/2000 tat-13 ta’ Lulju 2000 jippreskrivi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti bl-Anness I li jinsab mat-Trattat, u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammonti ta’ dawk ir-rifużjonijiet [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1052/2002 [6], għandu għalhekk jiġi hekk emendat.

    (5) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni dwar kwistjoni oriżontali li tikkonċerna l-kummerċ fi prodotti pproċessati agrikoli mhux elenkati fl-Anness I li jinsab mat-Trattat ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien iffissat mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-paragrafu 9 li ġej huwa miżjud ma’ l-artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1520/2000:

    "9. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 28(6) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, għal ċertifikati ta’ rifużjoni maħruġa għall-użu sa mill-1 ta’ Ġunju għal oġġetti li għandhom jiġu esportati qabel l-1 ta’ Ottubru il-prodotti bażiċi kif elenkati fl-Anness A li jinsab ma’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu taħt il-kontroll doganali bil-ħsieb ta’ pproċessar għal tlett xhur mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-ħlas.

    Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 29(5) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għal ċertifikati ta’ rifużjoni maħruġa għall-użu qabel l-1 ta’ Ġunju għal oġġetti li għandhom jiġu esportati qabel l-1 ta’ Ottubru l-oġġetti kif elenkati fl-Annessi B u Ċ li jinsabu ma’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu taħt proċedura ta’ magazzinaġġ doganali jew żona ħielsa għal tlett xhur mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-ħlas."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jkun jgħodd għal dikjarazzjonijiet ta’ ħlas aċċettati mill-1 ta’ Ottubru 2003.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ April 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, p. 18.

    [2] ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5.

    [3] ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 11.

    [4] ĠU L 67, tat-12.3.2003, p. 3.

    [5] ĠU L 177, tal-15.7.2000, p. 1.

    [6] ĠU L 160, tat-18.6.2002, p. 16.

    --------------------------------------------------

    Top