This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0571
Commission Regulation (EC) No 571/2003 of 28 March 2003 amending Regulation (EC) No 1227/2000 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1493/1999 on the common organisation of the market in wine, as regards production potential
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 571/2003 tat-28 ta' Marzu 2003 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid fir-rigward ta' produzzjoni potenzjali
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 571/2003 tat-28 ta' Marzu 2003 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid fir-rigward ta' produzzjoni potenzjali
ĠU L 82, 29.3.2003, p. 19–19
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 07/07/2003; Impliċitament imħassar minn 32003R1203
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32000R1227 | Sostituzzjoni | artikolu 2.1 BI | 01/04/2003 | |
Implicit repeal | 32002R2191 | 01/04/2003 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32003R1203 | 08/07/2003 |
Official Journal L 082 , 29/03/2003 P. 0019 - 0019
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 571/2003 tat-28 ta' Marzu 2003 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid fir-rigward ta' produzzjoni potenzjali IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2585/2001 [2], u speċjalment l-Artikolu 80 tiegħu, Billi: (1) Sabiex tirriżolva problema partikolari u prattika, għandu jkun emendat il-limitu taż-żmien preskritt fl-Artikolu 2 [3] tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 li jidderoga mill-Artikolu 2(2). L-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet varji fir-rigward ta' l-għoti tad-derogi serjament u komplessivament timponi piż amministrattiv, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli u l-penalitajiet. Fl-interess ta' amministrazzjoni soda, d-data msemmija għandha tkun postposta sal-31 ta' Lulju 2003. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000(3), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 315/2003 [4], għandu għalhekk ikun emendat skond dan. (3) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija ta' l-Inbid. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej: "1(a) Id-data ta' meta jingħalaq iż-żmien tal-31 ta' Lulju 2002 preskritta fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandha tkun posposta għall-31 ta' Lulju 2003." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Marzu 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 179, ta’ l-14.07.99, pġ. 1. [2] ĠU L 345, tad-29.12.01, pġ. 10. [3] ĠU L 143, tas-16.06.00, pġ. 1. [4] ĠU L 46, ta’ l-20.02.03, pġ. 9. --------------------------------------------------