Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0527

    Ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 527/2003 tas-17 ta’ Marzu 2003 li jawtorizza l-offerta u l-konsenja għal konsum dirett uman ta’ ċerti nbejjed importati mill-Arġentina li setgħu li kienu għaddew minn proċess oenoloġiku li ma hemmx provvediment dwaru fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999

    ĠU L 78, 25.3.2003, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
    ĠU L 296M, 26.10.2006, p. 3–4 (GA)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2011; Imħassar b' 32011R1229

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/527/oj

    32003R0527



    Official Journal L 078 , 25/03/2003 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 527/2003

    tas-17 ta’ Marzu 2003

    li jawtorizza l-offerta u l-konsenja għal konsum dirett uman ta’ ċerti nbejjed importati mill-Arġentina li setgħu li kienu għaddew minn proċess oenoloġiku li ma hemmx provvediment dwaru fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1493/1999 tas-17 Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1] u partikolarment l-Artikolu 45(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 joffri l-possibbiltà ta’ l-adozzjoni ta’ derogi għal prodotti mportati li jkunu għaddew minn prattiċi oenoloġiċi li ma humhiex awtorizzati bir-regoli tal-Komunità.

    (2) Inbejjed prodotti fit-territorju ta’ l-Arġentina jistgħu jkunu suġġetti għal aċidifikazzjoni bl-aċidu maliku, prattika oenoloġika li ma hix awtorizzata bir-regoli tal-Komunità.

    (3) Bħal issa għaddejin negozjati bejn il-Komunità, irrapreżentata mill-Kummissjoni, u l-Arġentina, dwar ftehim fuq il-kummerċ fl-inbid. Dawn jinvolvu partikolarment il-proċessi eonoloġiċi rispettivi taż-żewġ Partijiet u l-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

    (4) Bil-għan li jkun assigurat il-progress bla xkiel ta’ dan in-negozjati, deroga li tippermetti ż-żieda ta’ l-aċidu maliku ma nbejjed prodotti fit-territorju ta’ l-Arġentina w importati fil-Komunità għandhom ikunu awtorizzati fuq bażi transizzjonali sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jirriżulta min-negozjati msemmija hawn fuq, imma mhux aktar mit-30 ta’ Settembru 2003.

    (5) La darba l-inbid ta’ l-Arġentina li fih l-aċidu maliku diġa jinsab fit-territorju tal-Komunità, l-applikazzjoni ta’ deroga għal dawn l-inbejjed għandha tkun estiża,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Bħala deroga mill-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, prodotti li jidħlu taħt il-kodiċi NM 220410, 220421, 220429 u 22043010 u derivati minn għeneb maħsud u vvinifikat fit-territorju ta’ l-Arġentina li miegħu l-aċidu maliku jkun ġie miżjud matul l-operazzjonijiet tal-manifattura b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Arġentina jistgħu jkunu offruti jew ikkonsenjati għal konsum dirett uman fil-Komunità.

    B’dana kolu, din l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida biss sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jirriżulta min-negozjati ma l-Arġentina ta’ ftehim fuq il-kummerċ fl-inbid li jinvolvi prattiċi oenoloġiċi partikolari u l-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi, mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2003.

    Din l-awtorizzazzjoni għandha wkoll tkopri l-inbejjed ta’ l-Arġenta referuti f’dan il-paragrafu li huma mportati fil-Komunità sa mill-1 ta’ Jannar 2001.

    2. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu li joffru jew li jikkonsenjaw għal konsum dirett uman l-inbid derivat mill-għeneb maħsud u vvinifikat fit-territorju ta’ l-Arġentina b’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ f’dak il-pajjiż fuq il-bażi li l-aċidu maliku jista jkun ġie miżjud miegħu.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Marzu 2003.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Drys

    [1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2585/2001 (ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 10).

    --------------------------------------------------

    Top