EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0497

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 497/2003 tat-18 ta’ Marzu 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 94/2000 li jistabbilxxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 dwar l-informazzjoni u l-promuzzjoni ta’ prodotti agrikoli fis-suq intern

ĠU L 74, 20.3.2003, p. 4–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/07/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/497/oj

32003R0497



Official Journal L 074 , 20/03/2003 P. 0004 - 0014


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 497/2003

tat-18 ta' Marzu 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 94/2000 li jistabbilxxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 dwar l-informazzjoni u l-promuzzjoni ta' prodotti agrikoli fis-suq intern

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 tad-19 ta' Diċembru 2000 dwar l-azzjonijiet ta' l-informazzjoni u l-promuzzjoni ta' prodotti agrikoli fis-suq intern(1), u partikolarment l- l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1) Bil-għan li tkun ipprovduta informazzjoni korretta lejn, u li tipprotieġi lill-konsumaturi, l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 94/2002(2), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2097/2002(3), għandu jipprovdi għal messaġġi nutrizjonali li huma bbażati fuq informazzjoni xjentifika rikonoxxuta, li s-sorsi tagħha huma disponibbli.

(2) Fl-interessi taċ-ċertezza legali, għandu jkun speċifikat li l-programmi pproponuti għandhom ikunu konformi, partikolarment, mal-leġislazzjoni kollha tal-Komunità li tkopri l-prodotti kkonċernati u l-marketing tagħhom.

(3) Fid-dawl kemm ta' l-esperjenza akwistata mill-iskrutinju tal-programmi ppreżentati u l-iżviluppi fit-tgħarif xjentifiku, il-linji ta' gwida għandhom ikunu adottati għal uħud mis-setturi.

(4) Iż-żejt taż-żebbuġa, żebbuġ tal-mejda u ċ-ċanga u l-vitella huma settur kjavi ta' fejn il-bilanċ tas-suq jista jkun imtejjeb permezz ta' l-informazzjoni u/jew ta' miżuri ta' promuzzjoni ġenerika, partikolarment bill-provvediment ta' l-informazzjoni adekwata lejn il-konsumaturi.

(5) Fis-settur tal-fibra tal-kittien, prodotti ta' kwalità għolja għandhom jiffaċċjaw kompetizjoni iebsa mill-kittien li joriġina il-barra mill-Komunità u minn tipi oħrajn ta' fibra. Ir-riżultati tas-settur mill-aħħar sena tas-suq juru li miżuri ta' l-informazzjoni dwar il-fibra tal-kittien tal-Komunità għandhom impatt pożittiv.

(6) Iż-żejt taż-żebbuġa, ż-żebbuġ tal-mejda, il-fibra tal-kittien u ċ-ċanga u l-vitella għandhom għalhekk ikunu nklużi fil-lista ta' prodotti li għandhom ikunu promossi, u l-linli ta' gwida ġenerali dwar kampanji għandhom għalhekk ikunu diġa stabbiliti f'dan l-istadju għal-iskop ta' l-amministrazzjoni tal-programmi li għandhom ikunu mplementati f'dawn is-setturi.

(7) Il-linji ta' gwida fl-Anness t'hawnhekk jieħdu akkont tas-sitwazzjoni tas-suq u r-riżultati disponibbli mil-evalwazzjoni tal-kampanja ta' promuzzjoni l-aktar riċenti.

(8) In vista ta' l-informazzjoni li permezz tagħha dawn il-linji ta' gwida kienu adottati, limiti ta' żmien speċifiċi għandhom ikunu stabbiliti għat-trasmissjoni u l-approvazzjoni ta' programmi ppreżentati fl-2003 għaż-żejt taż-żebbuġa, ż-żebbuġ tal-mejda u l-fibra tal-kittien.

(9) L-Anness II, li jelenka l-korpi kompetenti tal-Istati Membri, jeħtieġ li jkun aġġornat.

(10) Ir-Regolament (KE) Nru 94/2002 għandu jkun emendat kif xieraq.

(11) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni mogħtija mil-Laqgħa Konġunta tal-Kumitati ta' Ġestjoni dwar il-Promuzzjoni ta' Prodotti Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 94/2002 huwa b'hekk emendat kif ġej:

- Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud:

"3. Xi referenza fil-messaġġi tal-promuzzjoni u tal-informazzjoni dwar l-effetti fuq is-saħħa bil-konsum tal-prodotti kkonċernati għandha tkun ibbażata fuq data xjentifika ġeneralment aċċettata. Messaġġi bħal dawn għandhom ikunu aċċettati mill-awtorità nazzjonali responsabbli għas-saħħa pubblika. Il-federazzjoni tal-kummerċ jew l-organiżazzjoni interbranch li tagħmel il-proposta għandha żżomm lista disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat u tal-Kummissjoni ta' l-istudji xjentifiċi u ta' l-opinjonijiet ta' l-istituzzjonijiet xjentifiċi li fuqhom messaġġi bħal dawn huma bbażati."

- L-Artikolu 5(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Għall-iskopijiet tal-miżuri ta' l-implementazzjoni permezz tal-programm referut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirċievi, b'reazzjoni ta' sejħa għal proposti u mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar u l-31 ta' Lulju ta' kull sena, programmi mħejjija mill-assoċċjazzjonijiet tal-kummerċ u l-interbranch fil-Komunità li huma rapreżentattivi tas-settur jew is-setturi kkonċernati.

B'dana kollu, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jirċievu programmi li għandhom ikunu ppreżentati fl-2003 li jirrigwardjaw iż-żejt taż-żebbuġa, ż-żebbuġ tal-mejda u l-fibra tal-kittien b'reazzjoni għal sejħa għal proposti mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2003.

Programmi bħal dawn għandhom ikunu konformi mar-regoli tal-Komunità li jirregolaw il-prodotti kkonċernati u l-marketing tagħhom, u l-linji ta' gwida referuti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000 u l-ispeċifikazzjonijiet li jistipulaw il-kriterja ta' l-esklużjoni, l-għażla u l-għoti kif distribwiti għal dak il-għan mill-Istati Membri kkonċernati.

Il-linji ta' gwida huma stabbiliti għall-ewwel darba fl-Anness III ta' dan ir-Regolament."

- L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 1:

"B'dana kollu, l-programmi ippreżentati fil-2003 li jirrigwardjaw iż-żejt taż-żebbuġa, ż-żebbuġ tal-mejda u l-fibra tal-kittien b'reazzjoni ta' sejħa għal proposti għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2003.";

(b) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 3:

"B'dana kollu, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar programmi ppreżentati fl-2003 li jirrigwardjaw iż-żejt taż-żebbuġa, ż-żebbuġ tal-mejda u l-fibra tal-kittien b'reazzjoni għal sejħa għal proposti mhux aktar tard mill-15 ta' Settembru 2003."

- L-Anness I huwa mibdul bl-Anness I miġjub hawnhekk.

- L-Anness II huwa mibdul bl-Anness II miġjub hawnhekk.

- L-Anness III huwa emendat bi qbil ma' l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

fit-18 ta' Marzu 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

(1) ĠU L 328, tal-21.12.2000, p. 2.

(2) ĠU L 17, tad-19.1.2002, p. 20.

(3) ĠU L 323, tat-28.11.2002, p. 41.

L-ANNESS I

(a) Lista ta' temi li dwarhom miżuri ta' l-informazzjoni u/jew ta' promuzzjoni jistgħu jitwettqu:

- informazzjoni rigward id-designazzjonijiet protetti ta' l-oriġini (PDO), indikazzjonijiet protetti ġeografiċi (PGI), speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti (GTS) u s-simboli grafiċi stabbiliti fil-leġislazzjoni agrikola,

- informazzjoni dwar il-biedja organika,

- informazzjoni dwar is-sistemi tal-produzzjoni agrikola li jiggarantixxu t-traċċabbiltà ta' prodott jew l-ittikkettjar ta' prodotti bħal dawk,

- informazzjoni dwar il-kwalità u s-sigurtà ta' l-ikel u l-aspetti nutrizzjonali u tas-saħħa.

(b) Lista ta' prodotti li tista tkun koperta bil-kampanji:

- frott u ħxejjex friski,

- frott u ħxejjex ipproċessati,

- prodotti tal-ħalib,

- inbejjed ta' kwalità psr, inbid tal-mejda li jkollhom l-indikazzjoni ġeografika,

- żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda,

- fjuri u pjanti ħajjin,

- fibra tal-kittien,

- ċanga u vitella friski, imkessħa jew iffriżati.

L-ANNESS II

LISTA TA' KORPI KOMPETENTI FL-ISTATI MEMBRI

(għall-amministrazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 2701/1999 u (KE) Nru 2826/2000)

L-Istat Membru L-isem u l-indirizz aġġornata fit-28 ta' Frar 2003

Il-Ġermanja Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (BLE) Referat 411 D-60631 Frankfurt/Main Telefon 49 69 1564 862/753-756/757

Fax 49 69 1564-791

e-mail patricia.grunwald@ble.de dieter.pruchnewski@ble.de ralf.keller@ble.de

Internet www.ble.de

l-Awstria Agrarmarkt Austria Dresdner Straße 70 A-1201 Wien Telefon Milcherzeugnisse: 43 1 33 151-284 Rindfleisch: 43 1 33 151-218 Sonst. Erzeugnisse: 43 1 33 151-241

Fax Milcherzeugnisse: 43 1 33 151-396 Rindfleisch: 43 1 33 151-297 Sonst. Erzeugnisse: 43 1 33 151-303

e-mail Milcherzeugnisse: lothar.goedl@ama.gv.at Rindfleisch: alois.luger@ama.gv.at Sonst. Erzeugnisse: michaela.pichler@ama.gv.at

Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft Stubenring 12 A-1010 Wien Telefon Wein: 43 1 71100-2840 Horizontale Angelegenheiten: 43 1 71100-2738

Fax 43 1 71100-2901 Horizontale Angelegenheiten: 43 1 71100-2891

e-mail Wein: Rudolf.Schmid@bmlfuw.gv.at Horizontale Angelegenheiten: Michaela.Zoch@bmlfuw.gv.at

Il-Belġju Vlaamse Gemeenschap: Administratie Land- en Tuinbouw (ALT) Directeur-Generaal (dhr. J. Van Liefferinge) Leuvenseplein 4 B-1000 Brussel Telefon 32 2 553 63 40

Fax 32 2 553 63 50

e-mail Jules.vanliefferinge@ewbl.vlaanderen.be

Région wallonne: Agence wallone à l'exportation (AWEX) Directeur général (M. Ph. Suinen) Place Sainctelette 2 B-1080 Bruxelles Telefon 32 2 421 82 11

Fax 32 2 421 87 87

e-mail mail@awex.wallonie.be

Id-Danimarka Ministeriet for Fdevarer, Landbrug og Fiskeri Direktoratet for FdevareErhverv Kampmannsgade 3 DK-1780 Kbenhavn V Telefon 45 33 95 80 00

Fax 45 33 95 80 80

e-mail dffe@dffe.dk

Ministeriet for Fdevarer, Landbrug og Fiskeri Direktoratet for FdevareErhverv Animalsk kontor (M. Carsten Andersen) Kampmannsgade 3 DK-1780 Kbenhavn V Telefon 45 33 95 88 02

Fax 45 33 95 80 34

e-mail caea@dffe.dk

Spanja Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentacion (MAPA) Subsecretaría Dirección General de (SG Promoción Fax 34 Agroalimentaria) 913 47 51 68 Paseo Infanta Isabel 1 E-28014 Madrid Telefon 34 913 47 53 91

e-mail ssgpromo@mapya.es

L-Istat Membru L-isem u l-indirizz aġġornata fit-28 ta' Frar 2003

il-Finlandja Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u l-Foresterija Telefon 358-9-160 53370

Unità ta' l-Intervenzjoni

Kaxxa Postali 30 Fax 358-9-160 52707

FIN-00023 Helsinki

Il-Gvern e-mail hanna.mattila@mmm.fi

tiina.saatsi@mmm.fi

intervention.unit@mmm.fi

Franza Office national interprofessionnel des viandes de l'élevage et Telefon 33 1 44 68 50 00

de l'aviculture (OFIVAL) (M. Yves Berger)

80, avenue des Terroirs-de-France Fax 33 1 44 68 50 06

F-75607 Paris cedex 12

e-mail Yves.berger@ofival.fr

Office national interprofessionnel du lait et des produits Telefon 33 1 73 00 50 00

laitiers (ONILAIT) (Mme Boulengier)

2, rue Saint-Charles Fax 33 1 73 00 50 50

F-75740 Paris cedex 15

e-mail

Office national interprofessionnel des fruits, des légumes et Telefon 33 1 44 25 36 36

de l'horticulture (ONIFLHOR) (M. Balay) 33 1 44 25 36 66

164, rue de Javel

F-75739 Paris cedex 15 Fax 33 1 45 54 31 69

33 1 44 25 36 90

e-mail oniflhor@easynet.fr

Office national interprofessionnel des vins (ONIVINS) Telefon 33 1 42 86 32 00

(M. Dairien)

232, rue de Rivoli Fax 33 1 40 15 06 96

F-75001 Paris

e-mail

Office national interprofessionnel des céréales (ONIC) Telefon 33 1 44 18 20 00

Office national interprofessionnel des oléagineux, protéagi-

neux et cultures textiles (ONIOL) (M. Drege) Fax 33 1 45 51 90 99

21, avenue Bosquet

F-75015 Paris e-mail

Institut national des appellations d'origines (INAO) Telefon 33 1 53 89 80 00

(M. Benard)

138, Champs-Élysées Fax 33 1 42 25 57 97

F-75008 Paris

e-mail jd.benard@inao.gouv.fr

Office de développement de l'économie agricole des départe- Telefon 33 1 53 95 41 70

ments d'outre-mer (ODEADOM) (M. Danel)

31, quai de Grenelle, Tour Mercure 1 Fax 33 1 53 95 41 95

F-75738 Paris cedex 15

e-mail

Office national interprofessionnel des plantes à parfum, aromatiques et médicinales (ONIPPAM) (M. De Laurens) Telefon 33 4 92 79 34 46

25, rue du Maréchal Foch Fax 33 4 92 79 33 22

F-04130 Voix

e-mail

Il-Greċja Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura Telefon (30-210) 212 82 23

Id-Direzzjoni ta' l-Ispejjeż Agrikoli (30-210) 212 82 24

Triq Patission 207

Triq Skalistiri 19 Fax (30-210) 867 53 59

GR-11253 Ateni

e-mail pasku022@minagric.gr

L-Istat Membru L-isem u l-indirizz aġġornata fit-28 ta' Frar 2003

L-Irlanda Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-Ikel Telefon 353 1 607200/6072390

Agriculture House

Fax 353 1 6072038

Triq Kildare

Dublin 2 e-mail marian.byrne@ agriculture.gov.ie

Irlanda mel.mcdonagh@agriculture.gov.ie

L-Italja AGEA Telefon 39 (06) 4949 93 08

Dr. Renzo Lolli

Organismo Pagatore Via Palestro, 81 I-00185 Roma Fax 39 (06) 4941 647

e-mail Renzololli@hotmail.com

Il-Lussemburgu Administration des services techniques de l'agriculture 16, route d'Esch boîte postale 1904 L-1019 Lussemburgu Telefon 352 45 71 72 215

Fax 352 45 71 72 341

e-mail www.asta.etat.lu

asta.asta@asta.etat.lu

L-Olanda Ministerie van LNV Directie I.Z.; desk PDA Postbus 20401 2500 EK Den Haag Nederland Telefon 31 70 3786868

Fax 31 70 3786105

e-mail infotiek@dv.agro.nl

Ministerie van LNV Agentschap LASER Regio Zuid-West Postbus 1191 3300 BD Dordrecht Nederland Telefon 31 78 6395484

Fax 31 78 6395394

e-mail promotie@laser.agro.nl

Il-Portugall INGA Rua Fernando Curado Ribeiro, n.o 4 G P-1649-034 Lisboa Telefon 351 21 7518709

Fax 351 21 7518623

e-mail Artur.rodrigues@inga.min-agricultura.pt

Edalberto.santana@inga.min-agricultura.pt

Ir-Renju Unit Department of Environment, Food ... Rural Affairs (DEFRA) Agrifood Exports and Regional Food Promotion Division (Jill Russell) Nobel House 17 Smith Square London SW 1P 3JR United Kingdom Telefon 44 207 238 65 90

Fax 44 207 238 56 71

e-mail jill.russell@defra.gsi.gov.uk

Rural Payment Agency (RPA) (Rosemary Welch) PO Box 69 Reading RG1 3YD United Kingdom Telefon 44 118 968 7662

Fax 44 118 968 7734

e-mail rosemary.welch@rpa.gsi.gov.uk

l-Isvezja Il-Board Svediż ta' l-Agrikoltura S-55182 Jönköping Telefon 46 36 15 50 00

Fax 46 36 19 05 46

e-mail jordbruksverket@sjv.se

ANNEX III

Ħalib u prodotti tal-ħalib

1. ANALIŻI GLOBALI TAS-SITWAZZJONI

Kien hemm nuqqas qawwi fil-konsum ta' ħalib likwidu, partikolarment fil-pajjiżi ewlenija tal-konsumatur, l-aktar minħabba l-kompetizzjoni minn soft-drinks fost iż-żgħażagħ. B'kuntrast, kien hemm żieda globali fil-konsum ta' prodotti tal-ħalib espressi f'ekwivalenti tal-ħalib.

2. MIRI

- Li jiżdied il-konsum ta' ħalib likwidu

- Li jkun ikkonsolidat il-konsum tal-prodotti tal-ħalib

- Li jkun jkun inkorraġut il-konsum fost iż-żgħażagħ.

3. GRUPPI MMIRATI

- It-tfal u l-adolixxenti, speċjalment il-bniet ta' l-età ta' bejn it-8 u l-14 il-sena

- Nisa żgħażagħ u ommijiet ta' bejn il-15 u l-40 sena

- Persuni ta' età ta' 55 jew aktar.

4. IL-MESSAĠĠI EWLENIJA

- Il-ħalib u prodotti tal-ħalib huma bnini, naturali, prodotti ta' enerġija-għolja u adattati għall-ħajja moderna u ta' pjaċir fil-konsum.

- Il-messaġġi għandhom ikunu pożittivi u jieħdu akkont tan-natura speċifika tal-konsum fid-diversi swieq.

- Il-kontinwità tal-messaġġi ewlenija għandha tkun assigurata matul il-programm kollu sabiex tikkonvinċi lill-konsumaturi bil-benefiċji li jistgħu jkunu akwistati mill-konsum regolari ta' dawk il-prodotti.

5. IL-KANALI EWLENIJA

- Kanali elettroniċi

- Linji ta' l-informazzjoni bit-telefon

- Kuntatti tal-PR mal-medja (e.g. ġurnalisti speċjalizzati għall-istampa tan-nisa u l-persuni żgħażagħ)

- Kuntatti ma tobba u nutrizzjonisti

- Kuntatti ma l-għalliema

- Kanali oħrajn (fuljetti u kotba żgħar, logħob tat-tfal, eċċ.)

- Wirjiet fil-punti tal-bejgħ

- Medja viżwali (ċinema, kanali speċjalizzati tat-TV)

- Reklami qosra fuq ir-radjo

- Pubbliċità fl-istampa speċjalizzata (żgħażagħ u nisa).

6. IT-TUL TAŻ-ŻMIEN TAL-PROGRAMMI

12 sa 36 xhar, tingħata prijorità lill-programmi multi-annwali li jkunu miri stabbiliti għal kull stadju.

7. BUDGET INDIKATTIV

EUR 6 milljuni.

Inbid

1. ANALIŻI GLOBALI TAS-SITWAZZJONI

Il-produzzjoni ta' l-inbid hija biż-żejjed waqt li l-konsum huwa statiku jew anki qiegħed jonqos għal ċerti tipi ta' nbid, u l-forniment minn pajjiżi terzi qiegħed jiżdied.

2. MIRI

Li jkunu nfurmati l-konsumaturi rigward il-varjetà, il-kwalità u l-kondizzjonijiet tal-produzzjoni ta' l-inbejjed Ewropej u r-riżultati tal-istudji xjentifiċi.

3. GRUPPI MMIRATI

Konsumaturi, esklużi nies żgħażagħ u adolixxenti kif referuti fir-Rakkommandazzjoni tal-Kunsill

4. IL-MESSAĠĠI EWLENIJA

- Il-leġislazzjoni tal-Komunità strettament tirregola l-produzzjoni, l-indikazzjoni tal-kwalità, l-ittikkettjar u l-marketing, b'hekk tiggarantixxi għal-konsumaturi il-kwalità u t-traċċabbilità ta' l-inbid li jkun għall-bejgħ.

- L-attrazzjoni li tkun tista tgħażel minn selezzjoni ferm wiesa ta' nbejjed Ewropej ta' oriġini differenti, taċċenna t-tkabbir ta' l-inbejjed Ewropej u r-rabta tagħhom ma żona lokali.

- Ix-xorb ta' l-inbid f'moderazzjoni flimkien ma dieta bbilanċjata.

5. IL-KANALI EWLENIJA

Miżuri ta' informazzjoni u relazzjonijiet pubbliċi

- taħriġ għad-distributuri u l-fornituri ta' l-ikel,

- kuntatti mal-professjoni medika u l-istampa speċjalizzata,

- kanali oħrajn (is-sit tal-internet, fuljetti u brochures) sabiex jiggwidaw lill-konsumaturi fil-għażla tagħhom u joħolqu opportunitajiet għall-konsum f'avvenimenti tal-familja.

6. IT-TUL TAŻ-ŻMIEN TAL-PROGRAMMI

12 sa 36 xhar, tingħata prijorità lill-programmi multi-annwali li jkollhom miri għal kull stadju.

7. BUDGET INDIKATTIV

EUR 6 milljuni.

Frott u ħxejjex friski

1. ANALIŻI GLOBALI TAS-SITWAZZJONI

F'dan is-settur, il-ħtieġa li jkun assigurat l-isfog regolari tal-forniment hija aktar aċċennata għal ċerti prodotti, independentament mill-miżuri tal-komunikazzjoni meħuda s'issa.

Hemm nuqqas ta' l-interess apparenti fost il-konsumaturi ta' taħt il-35 sena, li hija aktar qawwija fost il-popolazzjoni ta' l-età tal-iskola. Dan mhux fl-interess ta' dieta bbilanċjata.

2. MIRI

L-għan huwa li tkun restawrata d-deħra tal-prodotti bħala li huma "friski" u "naturali" u li tnaqqas il-medja ta' l-età tal-konsumaturi, prinċipalemnt billi tinkorraġixxi liż-żgħażagħ sabiex jikkunsmaw il-prodotti kkonċernati.

3. GRUPPI MMIRATI

- Familji żgħażagħ ta' taħt il-35 sena

- Tfal u adolixxenti ta' l-età tal-iskola

- Fornituri ta' l-ikel bil-massa u l-canteen tal-iskejjel

- It-tobba u n-nutrizzjonisti.

4. IL-MESSAĠĠI EWLENIJA

- Il-prodotti huma naturali

- Il-prodotti huma friski

- Il-kwalità (sigurtà, valur nutrizzjonali u t-tgħoma, metodi tal-produzzjoni, ħarsien ambjentali, rabta ma l-oriġini tal-prodotti)

- Tgawdija

- Dieta bbilanċjata

- Il-varjetà u n-natura staġjonali tal-forniment tal-prodotti friski

- Preparazzjoni faċli: ikel frisk ma jeħtieġ l-ebda tisjir

- Traċċabbilità

- Il-konsum ta' dawn il-prodotti huwa tajjeb għas-saħħa.

5. IL-KANALI EWLENIJA

- Kanali elettroniċi (siti ta' l-internet li jippreżentaw il-prodotti, b'logħob għat-tfal iż-żgħar)

- Linji ta' l-informazzjoni bit-telefon

- Kuntatti tal-PR mal-medja (e.g. ġurnalisti speċjalizzati għall-istampa tan-nisa u gażżetti taż-żagħżagħ u l-ġurnali)

- Kuntatti ma tobba u nutrizzjonisti

- Miżuri edukazzjonali li jimmirraw lit-tfal u lill-addolixxenti bl-immobbilizzar ta' l-għalliema u l-amministraturi tal-canteen tal-iskola

- Kanali oħrajn (fuljetti u brochures bl-informazzjoni dwar il-prodotti u r-riċetti, logħob tat-tfal, eċċ.)

- Medja viżwali (ċinema, kanali speċjalizzati tat-TV)

- Reklami qosra fuq ir-radjo

- Pubbliċità fl-istampa speċjalizzata (żgħażagħ u nisa).

6. IT-TUL TAŻ-ŻMIEN TAL-PROGRAMMI

12 sa 36 xhar, tingħata prijorità lill-programmi multi-annwali li jkunu miri stabbiliti għal kull stadju.

7. BUDGET INDIKATTIV

EUR 6 milljuni.

Żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda

1. ANALIŻI GLOBALI TAS-SITWAZZJONI

Waqt li l-forniment taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda qiegħed jiżdied, talba għal dawn il-prodotti tvarja ħafna bejn is-swieq konsumaturi tradizzjonali u dawk fejn dawn huma relattivament fenominu ġdid.

Fl-Istati Membri konsumaturi tradizzjonali (Spanja, l-Italja, l-Greċja u l-Portugall), il-prodotti kkonċernati huma ġeneralment seww magħrufa u l-konsum huwa għoli. Fi kliem ieħor, dawn huma swieq maturi li fihom ftit hemm prospett għal xi żieda globali fit-talba.

Fl-Istati Membri "konsumaturi ġodda", il-kunsum per capita għadu baxx u ħafna konsumaturi għadhom ma jafux dwar il-kwalitajiet differenti u l-użu taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda. Dan huwa s-suq fejn hemm l-akbar skop għal żieda fit-talba.

2. MIRI

- Sabiex jiżdied il-konsum fl-Istati Membri "konsumaturi ġodda" biż-żieda tal-penetrazzjoni tas-suq u d-diversifikità ta' l-użu ta' dawn il-prodotti.

-Sabiex tikkonsolida u, meta possibbli, jiżdied il-konsum fl-Istati Membri konsumaturi tradizzjonali bit-tittjib ta' l-informazzjoni lejn il-konsumaturi rigward l-aspetti li baqgħu ftit li xejn magħrufa u billi twassal ħalli ż-żgħażagħ jidħlu fid-drawwa li jixtru dawn il-prodotti.

3. GRUPPI MMIRATI

(a) Fl-Istati Membri "konsumaturi ġodda":

- Ix-xerreja ewlenija

- Dawk li għandhom effett fuq il-formazzjoni ta' l-opinjoni (gastronomi, koki, resturanti, l-istampa ġenerali u speċjalizzata (gastronomija), u l-istili varji tan-nisa)

- Distributuri.

(B) Fl-Istati Membri "konsumaturi tradizzjonali":

- Ix-xerreja ewlenija ta' l-età 25 sa 35

- L-istampa tal-konsumaturi

- L-istampa medika u paramedika.

4. IL-MESSAĠĠI EWLENIJA

(a) Fl-Istati Membri "konsumaturi ġodda":

- żejt taż-żebbuġa, partikolarment iż-żejt extra verġni, huwa l-prodott naturali ta' tradizzjoni antika u abilità ta' esperjenza idealment adatta għal cuisine moderna ta' togħmiet qawwija,

- ħjiel għal użu ta' kull jum (sħun u kiesaħ) ma tul is-sena,

- il-kwalità tal-ketegoriji differenti u l-varjetajiet tat-tgħomiet taż-żejt taż-żebbuġa,

- il-karatteristiċi organoleptiċi taż-żejt verġni taż-żebbuġa (aroma, kulur togħma) ivarjaw b'sottilità bejn il-varjetajiet, iż-żoni, il-ħsad, PDO/PGI, eċċ. Din id-divesità toffri medda wiesa ta' sensazzjonijiet u possibbiltajiet kulinari,

- il-kwalitajiet nutrizzjonali taż-żejt taż-żebuġa jagħmluha parti mportanti minn dieta bbilanċjata u tas-saħħa,

- informazzjoni dwar il-kontroll tal-kwalità, ċ-ċertifikazzjoni u s-sistena tal-ittikkettjar għaż-żejt taż-żebbuġa,

- iż-żebbuġ tal-mejda huwa prodott naturali u bnin, li jista jittiekel bħala spuntini jew f'dixxijiet kumplessi.

(B) Fl-Istati Membri "konsumaturi tradizzjonali":

- il-kategoriji differenti taż-żejt taż-żebuġa u l-fatturi speċifiċi ta' żjut verġni,

- it-tifsira u l-vantaġġi tal-sistema PDO/PGI tal-Komunità u l-informazzjoni rigward iż-żjut taż-żebbuġa kollha u/jew żebbuġ tal-mejda rreġistrati bħala PDO/PGI matul il-Komunità kollha,

- informazzjoni dwar il-kontroll tal-kwalità, ċ-ċertifikazzjoni u s-sistena tal-ittikkettjar għaż-żejt taż-żebbuġa,

- minkejja l-istorja twila tiegħu, iż-żejt taż-żebuġa huwa prodott modern b'valuri kemm nutrizzjonali u wkoll kulinari,

- il-karatteristiċi tal-varjetajiet differenti taż-żebbuġ tal-mejda.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(3), l-informazzjoni rigward il-kwalitajiet nutrizzjonali taż-żejt taż-żebuġa għandhom ikunu bbażati, partikolarment, għad-dokumentazzjoni tas-seba' kampanja promozzjonali taż-żejt taż-żebuġa u vvalidata mill-għajnuna xjentifika tal-Kummissjoni.

5. IL-KANALI EWLENIJA

(a) Fl-Istati Membri "konsumaturi ġodda":

- L-internet

- Promuzzjoni fil-punti tal-bejgħ (provi ta' togħma, riċetti, informazzjoni)

- Publiċità (jew editorjali tal-pubbliċità) fl-istampa ġenerali, kulinari, tan-nisa u tal-istil tal-ħajja

- Relazzjonijiet pubbliċi ma dawk li jinfluwenzaw l-opinjoni (ġurnalisti speċjalizzati, koki, eċċ.).

(B) Fl-Istati Membri "konsumaturi tradizzjonali":

- L-internet

- Pubbliċità (jew editorjali tal-publiċità) fi stampa speċjalizzata (tan-nisa, kulinari, eċċ.) li tiffoka fuq l-aġġornament tad-dehra tal-prodott

- Promuzzjoni fil-punti tal-bejgħ

- Relazzjonijiet pubbliċi u kuntatti PR mal-istampa (avvenimenti, parteċipazzjoni f'wirjiet tal-konsumatur, eċċ.)

- Azzjonijiet konġunti mal-profesjoni medika u paramedika.

6. IT-TUL TAŻ-ŻMIEN TAL-PROGRAMMI

12 sa 36 xhar, tingħata prijorità lill-programmi li jistabbilixxu strateġija maħsuba għal miri ta' kull stadju.

B'dana kollu, jiddependi mir-riżultati kollha ta' l-evalwazzjoni esterna tas-seba' kampanja, programmi approvati fl-2003 għandhom idumu għal 12 il-xhar.

7. BUDGET INDIKATTIV

EUR 6 milljuni, mqassma kif ġej:

- 70 % għal programmi li għandhom ikunu mplementati f'wieħed jew aktar Stati Membri "konsumaturi ġodda",

- 30 % għal programmi li għandhom ikunu mplementati f'wieħed jew aktar Stati Membri "konsumaturi tradizzjonali",

Fibra tal-kittien

1. ANALIŻI GLOBALI TAS-SITWAZZJONI

Il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ internazzjonali fit-tessuti u l-ħwejjeġ wasslet lill-kittien Ewropew f'kuntatt ma kompetizjoni ħarxa mal-kittien minn barra l-Komunità, offrut bi prezzijiet ferm attraenti, u ma fibri oħrajn. Fl-istess waqt, il-konsum tat-tessuti għandu t-tendenza li jisstabbilizza.

2. MIRI

- Sabiex tkun żviluppata d-dehra u r-reputazzjoni tal-kittien Ewropew

- Sabiex jiżdied il-konsum ta' dan il-prodott, kif identifikat bil-marka ta' "Mgħallma ta' l-Għażel"

- Sabiex ikunu kkapitalizzati l-kwalitajiet distintivi tal-kittien Ewropew, kif identifikat bil-marka

- Sabiex ikunu nfurmata l-konsumaturi rigward il-karatteristiċi tal-prodotti ġodda mqiegħda fis-suq.

3. GRUPPI MMIRATI

- Il-preskrivaturi (stilisti, disinjaturi, fabbrikanti, edituri)

- Distributuri

- Tessuti, ċirkoli ta' l-edukazzjoni tal-moda u għad-disinn intern (għalliema u studenti)

- Il-mexxeja ta' l-opinjoni

- Il-konsumaturi

4. IL-MESSAĠĠI EWLENIJA

- Il-kwalità tal-prodott tiġi mill-kondizzjonijiet li fihom il-materja prima hija prodotta, l-użu tal-varjetajiet xierqa u l-esperjenza bl-abilità li jkollha effett matul il-katina kollha tal-produzzjoni.

- Il-kittien Ewropew joffri medda wiesa ta' prodotti (ilbies, dekorazzjoni, għażel għad-djar) u rikkezza ta' kreattività w innovazzjoni.

- Il-marka ta' l-"Imgħallma ta' l-Għażel", ibbażata fuq il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet, tidentifika kittien Ewropew ta' kwalità-superjuri fid-dawl ta' kriterji li jirrigwardjaw il-produzzjoni speċifika u l-kondizzjonjiet tal-ipproċesar fil-Komunit´Ewropea, minn drapp għal drapp.

5. IL-KANALI EWLENIJA

- Kanali elettroniċi (siti ta' l-internet)

- Esebizzjonijiet professjonali

- Miżuri ta' l-informazzjoni li jimmiraw lill-utenti aħħarija (disinjaturi, manifatturi, distributuri, edituri)

- Informazzjoni fil-punti tal-bejgħ

- Relazzjonijiet mal-istampa speċjalizzata

- Miżuri ta' l-informazzjoni edukazzjonali fl-iskejjel tal-moda, korsijiet ta' l-inġinerija tat-tessuti, eċċ.

6. IT-TUL TAŻ-ŻMIEN TAL-PROGRAMMI

12 sa 36 xhar, tingħata prijorità lill-programmi multi-annwali li jkollhom miri stabbiliti għal kull stadju.

7. BUDGET INDIKATTIV

EUR 1 milljuni.

Ċanga u vitella

1. MIRI

L-għan tal-programm tal-komunikazzjoni huwa li jerġa jdaħħal il-fiduċja fis-suq taċ-ċanga u l-vitella bl-isforzi kkordinati fl-Istati Membri kkonċernati.

Dan għandu jkun programm flessibbli:

l-objettivi u l-istruttura wiesa għandhom ikunu komuni għal kullħadd, imma partikolatrment il-ġemgħa ta' elementi u l-għażla taż-żmien ikunu jvarjaw bejn Stat Membru wieħed u ieħor skond ma tkun titlob is-sitwazzjoni.

Hemm ħtieġa ta' konsistenza, imma mhux uniformità. Il-programm għandu jkopri s-swieq kollha taċ-ċanga.

Il-korp responsabbli għall-programm għandu jkun identifikat f'kull Stat Membru. Punt ta' kuntatt għandu wkoll ikun provdut.

Il-programm għandu jindirizza lill-gruppi ta' konsumaturi u jassigurhom rigward iċ-ċanga u l-vitella.

Il-kampanja ta' l-informazzjoni

Il-kampanja għandha tikkonċentra fuq l-assigurazzjoni tal-konsumaturi, li jeħtieġu li jkunu jafu li l-leġislazzjoni Ewropea u nazzjonali tistabbilixxi regoli ħalli tassigura s-sigurtà tal-prodott (e.g. traċċabbilità u tikkettjar) u li tipprovdi kontrolli effettivi matul il-katina tal-produzzjoni.

Il-kampanja għandha topera fi tlett livelli: L-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali, u s-settur privat.

Il-kontenut u t-tifsira ta' kwalunkwe tikketti nazzjonali jew privati wżati, għandha tkun spjegata.

Il-materjal kollu għandu jgħati l-indirizzi tal-websites Ewropej u nazzjonali.

2. IL-MESSAĠĠI EWLENIJA

- Iċ-ċanga u l-vitella huma nutrizzjużi u suġġetti għal regolazzjoni

- Miżuri effettivi dwar is-sigurtà huma eżistenti, inklużi l-verifiki

- L-ittikkettjar taċ-ċanga u l-vitella huma ddisinjati sabiex jassiguraw lill-konsumaturi

- Aktar informazzjoni hija disponibbli jekk il-konsumatar ikun jixtieq li jsir jaf aktar.

3. GRUPPI MMIRATI

A. Konsumaturi ndividwali

- Il-konsumatur ewlieni hija l-udjenza ta' nisa b'età ta' bejn il-25 u l-45 sena, bit-tfal, li jgħixu f'żoni urbani. Dawn in-nisa huma l-qalba tas-suq tax-xiri ta' l-ikel.

- It-tieni grupp immirat huma persuni waħedhom jew koppji ta' l-età ta' sa 35 sena b'qawwa tajba tax-xiri, li l-għażla tagħhom tal-prodott hija ggwidata bil-konvenjenza u l-gosti.

B. Is-suq istituzzjonali (skejjel, sptrajiet, fornituri ta' l-ikel, eċċ.)

L-istampa speċjalizzata u l-għaqdiet tal-konsumaturi huma wkoll direttament involuti bħala l-moltiplikaturi ta' l-opinjoni.

4. IL-KANALI EWLENIJA

- e-tools (Internet),

- linji ta' informazzjoni bit-telefon,

- kuntatti mal-medja (e.g. ġurnalisti tal-konsumaturi, stampa xjentifika u speċjalizzata), konferenzi, sezzjonijiet ta' mistoqsija-u-tweġiba minn esperti ndependenti tas-sigurtà ta' l-ikel. Dawn is-sezzjonijiet għandhom jinvolvu n-negozjanti, gruppi ta' konsumaturi u enitajiet istituzzjonali oħrajn tas-suq,

- il-medja tal-istampa (e.g. ġurnali tal-konsumaturi, stampa reġjonali, fuljetti, brochures, eċċ.),

- il-medja viżiva, bħal ma huma kartelluni tar-reklami, materjali tal-punt-tal-bejgħ, TV.

- ir-radju.

5. BUDGET INDIKATTIV

EUR 6 milljuni.

(1) ĠU L 161, tas-16.6.2001, p. 38.

Top