Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0838

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2003 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri li jestendi, mill-1 ta' Lulju 2003 sat-30 ta' Ġunju 2004, il-validita tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' Cote d'Ivoire dwar sajd barra l-kosta ta' Cote d'Ivoire

ĠU L 319, 4.12.2003, p. 17–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/838/oj

Related international agreement

32003D0838



Official Journal L 319 , 04/12/2003 P. 0017 - 0018


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-27 ta' Novembru 2003

dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri li jestendi, mill-1 ta' Lulju 2003 sat-30 ta' Ġunju 2004, il-validita tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' Cote d'Ivoire dwar sajd barra l-kosta ta' Cote d'Ivoire

(2003/838/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Taħt it-termini tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' Cote d'Ivoire dwar sajd barra l-kosta ta' Cote d'Ivoire [1], il-partijiet kontraenti għandhom, qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' validita tal-Protokoll mal-Ftehim, jidħlu f'negozjati biex jiddeterminaw bi qbil reċiproku il-kontenut tal-Protokoll għall-perjodu ta' wara u, fejn applikabbli, l-emendi jew addizzjonijiet li għandhom isiru lill-Anness miegħu.

(2) Iż-żewġ partijiet iddeċidew li, sakemm għaddejjin negozjati dwar emendi għall-Protokoll, il-perjodu ta' validita tal-Protokoll preżenti approvat bir-Regolament (KE) Nru 722/2001 [2], għandu jkun estiż b'sena permezz ta' ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri inizjalat fis-16 ta' Mejju 2003.

(3) Bis-saħħa tal-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri, sajjieda Komunitarji huma, mill-1 ta' Lulju 2003 sat-30 ta' Ġunju 2004, ikunu intitolati għal opportunitajiet ta' sajd f'ilmijiet taħt is-sovranita jew ġurisdizzjoni ta' Cote d'Ivoire.

(4) Biex tkun evitata kull interruzzjoni fl-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti Komunitarji huwa meħtieġ li l-estensjoni għandha tidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr. Huwa għalhekk prudenti li l-ftehim fl-għamla ta' ittri jkun iffirmat u applikat b'mod provviżorju sakemm jintemmu l-proċeduri rekwiżiti biex ikun konkluż.

(5) Il-metodu ta' allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost Stati Membri fuq il-bażi tal-Protokoll li skada għandu jkun ikkonfermat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim, fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri li jestendi għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2003 sat-30 ta' Ġunju 2004 l-validita tal-Protokoll li juri (li jiġbor fih) l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja li jipprovdi għalihom il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' Cote d'Ivoire dwar sajd barra l-kosta ta' Cote d'Ivoire huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, sakemm tkun pendenti Deċiżjoni tal-Kunsill biex il-Ftehim ikun konkluż.

It-test tal-Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri għandu japplika b'mod provviżorju mill-1 ta' Lulju 2003.

Artikolu 3

L-opportunitajiet tas-sajd murija (miġbura) fil-Protokoll għandhom ikunu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

(a) sajd tal-qiegħ:

Spanja: | 600 GRT kull xahar, medja annwali |

(b) sajd għat-tonn:

(i) bastimenti b'tartarun għat-tonn

—Franza: | 18-il bastiment |

—Spanja: | 21 bastiment |

(ii) longliners

tal-wiċċ

—Spanja: | 15-il bastiment |

—Portugall: | 5 bastimenti |

(iii) pole

-

and

-

line

bastimenti tat-tonn

—Franza: | 7 bastimenti |

—Spanja: | 5 bastimenti. |

Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenza minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet tas-sajd kollha disponibbli taħt il-Protokoll, il-Kummissjoni tista' tikkonsidra applikazzjonijiet għal-liċenza minn Stati Membri oħra.

Artikolu 4

Stati Membri li l-bastimenti tagħhom joperaw taħt il-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri għandhom, skond ir-regoli ddettaljati preskritti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 [3], jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta' ħażna (stokk) maqbuda fiż-żona tas-sajd ta' Cote d'Ivoire.

Artikolu 5

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri f'isem il-Komunità sakemm il-konkulżjoni tiegħu tkun pendenti.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Novembru 2003.

F'isem il-Kunsill

Il-President

R. Castelli

[1] ĠU L 379, 31.12.90, p. 3.

[2] ĠU L 102, 12.04.01, p. 1.

[3] ĠU L 73, 15.03.01, p. 8.

--------------------------------------------------

Top