Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0746

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Ottubru 2003 dwar il-lista ta’ programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ ċerti TSE li jikkwalifikaw għall-għajnuna finanzjarja mill-Komunità fl-2004 (innotifikata bid-dokument numru K(2003) 3713)

    ĠU L 269, 21.10.2003, p. 24–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/746/oj

    32003D0746



    Official Journal L 269 , 21/10/2003 P. 0024 - 0027


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-14 ta’ Ottubru 2003

    dwar il-lista ta’ programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ ċerti TSE li jikkwalifikaw għall-għajnuna finanzjarja mill-Komunità fl-2004

    (innotifikata bid-dokument numru K(2003) 3713)

    (2003/746/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 fuq l-infiq fil-qasam veterinarju [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 24(5) tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Istati Membri u ċerti Stati Membri li ser jingħaqdu ssottomettew programmi lill-Kummissjoni għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ ċerti enċifalopatiji sponġiformi trasmessibbli (TSE) li jixtiequ li jirċievu għajnuna finanzjarja għalihom mill-Komunità.

    (2) Taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [3], programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ mard ta’ l-annimali għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-Fond Agrikolu Europew għall-Gwida u Garanzija. Għal skopijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 8 u 9 ta’ dak ir-Regolament.

    (3) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 ppreskriva regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċifalopatiji sponġiformi trasmissibbli [4], kif l-aħħar emendati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2003 [5], jippreskrivi regoli għall-monitoraġġ tat-TSE fil-bovini, fin-nagħaġ u fil-mogħoż.

    (4) L-Artikolu 32 tat-Trattat ta’l-adeżjoni ta’ l-2003 jippreskrivi li l-Istati Membri l-ġodda għandhom jirċievu l-istess trattament bħall-Istati Membri preżenti rigward l-ispiża taħt il-fondi veterinarji.

    (5) Madankollu, l-ebda rabta finanzjarju taħt il-budget 2004 għal xi program ikkonċernat ma tista’ ssir qabel l-adesjoni ta’ l-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat. Barra minn dan, l-eradikazzjoni ta’ ċertu mard fl-Istati Membri li ser jingħaqdu jista’ jiġi co-ffinanzjat ukoll minn strumenti Komunitarji oħra.

    (6) Fit-tfassil tal-listi tal-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tat-TSE li jikkwalifikaw għall-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għas-sena 2004 u r-rata proposta u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni għal kull programm, kemm l-interess ta’ kull program għall-Komunità u l-volum ta’ approprjazzjonijiet disponibbli għandhom jiġu kkunsidrati.

    (7) L-Istati Membri u l-Istati Membri kkonċernati li ser jingħaqdu taw informazzjoni lill-Kummissjoni biex tgħinha tikkalkula l-interess għall-Komunità biex tipprovdi għajnuna finanzjarja għall-programmi għas-sena 2004.

    (8) Il-Kummissjoni kkonsidrat kull wieħed mill-programmi kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju u hija sodisfatta illi dawk il-programmi għandhom jiġu nklużi fil-listi ta’ programmi li huma eleġibbli għall-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għas-sena 2004. L-għajnuna għall-monitoraġġ tat-TSE tikkonċerna l-implimentazzjoni ta’ testijiet mgħaġġla għall-eradikazzjoni ta’ l-iscarpie, il-qirda ta’ l-annimali li jinstabu pożittivi u l-l-ġenotip ta’ l-annimali.

    (9) In vista ta’ l-importanza ta’ dawn il-miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, kif ukoll ta’ l-introdużżjoni relattivament riċenti ta’ dawn il-programmi ta’ monitoraġġ imqabbla mal-programmi tradizzjonali għall-eradikazzjoni tal-mard u l-applikazzjoni obbligatorja ta’ dawn il-programmi fl-Istati Membri kollha, għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ għajnuna finanzjarja mill-Komunità.

    (10) Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi adottata lista ta’ programmi li jikkwalifikaw għall-għajnuna finanzjarja mill-Komunità fis-sena 2004 u li tiġi ffissata r-rata u l-ammont massimu ta’ dawn l-għajnuniet.

    (11) Il-miżuri preskritti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentarja u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. Il-programmi għall-monitoraġġ tat-TSE (il-BSE u l-iscarpie) elenkati fl-ANNESS I għandhom jikkwalifikaw għall-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għas-sena 2004.

    2. Għal kull programm imsemmi fil-paragrafu 1, ir-rata proposta u l-ammont massimu ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Komunità għandhom jiġu stabbiliti fl-ANNESS I.

    Artikolu 2

    1. Il-programmi għall-eradikazzjoni tat-TSE (scarpie) elenkati fl-ANNESS II għandhom jikkwalifikaw għall-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għas-sena 2004.

    2. Għal kull programm kif imsemmi fil-paragrafu 1, ir-rata proposta u l-ammont massimu ta’ l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness II.

    Artikolu 3

    Dan id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Ottubru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.08.90, p. 19.

    [2] ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1.

    [3] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 103.

    [4] ĠU L 147, tal-31.05.01, p. 1.

    [5] ĠU L 173, tal-11.07.03, p. 6.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Lista ta' programmi għall-monitoraġġ tat-TSE

    Rata u ammont massimu ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

    (f'EUR) |

    Mard | L-Istati Membri jew-l-Istati li se jaderixxu bħala Membri | Rata tax-xiri tal-kittijiet tal-prova | Ammont massimu |

    TSEs | il-Belġju, | 100 % | 3351000 |

    id-Danimarka | 100 % | 2351000 |

    il-Ġermanja, | 100 % | 15611000 |

    il-Greċja, | 100 % | 745000 |

    Spanja, | 100 % | 4854000 |

    Franza, | 100 % | 21733000 |

    l-Irlanda, | 100 % | 5386000 |

    l-Italja, | 100 % | 6283000 |

    il-Lussemburgu | 100 % | 158000 |

    l-Olanda | 100 % | 4028000 |

    l-Awstrija | 100 % | 1675000 |

    il-Portugall | 100 % | 1012000 |

    il-Finlandja | 100 % | 1060000 |

    l-Isvezja | 100 % | 358000 |

    ir-Renju Unit | 100 % | 7726000 |

    Ċipru | 100 % | 144000 |

    l-Estonja | 100 % | 103000 |

    Malta | 100 % | 37000 |

    is-Slovenja | 100 % | 353000 |

    Total | 76968000 |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Lista ta' programmi għall-eradikazzjoni ta' l-iscarpie

    L-ammont massimu ta' l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità

    (f'EUR) |

    żoonożi | Stat Membru jew Stat Membru li qed jaderixxi | Rata | Ammont massimu |

    l-Iscrapie | id-Danimarka | 50 % qatla 100 % ġenotipar | 5000 |

    il-Ġermanja | 50 % qatla 100 % ġenotipar | 755000 |

    il-Ġreċja | 50 % qatla 100 % ġenotipar | 450000 |

    Spanja | 50 % qatla 100 % ġenotipar | 435000 |

    Franza | 50 % qatla 100 % ġenotipar | 1160 |

    l-Irlanda | 50 % qatla 100 % ġenotipar | 490000 |

    l-Italja | 50 % qatla 100 % ġenotipar | 3210000 |

    l-Olanda | 50 % qatla 100 % ġenotipar | 675000 |

    l-Awstrija | 50 % qatla 100 % ġenotipar | 30000 |

    il-Portugall | 50 % qatla 100 % ġenotipar | 255000 |

    il-Finlandja | 50 % qatla 100 % ġenotipar | 5000 |

    l-Isvezja | 50 % qatla 100 % ġenotipar | 5000 |

    ir-Renju Unit | 50 % qatla 100 % ġenotipar | 7460000 |

    Ċipru | 50 % qatla 100 % ġenotipar | 740000 |

    Total | 15675000 |

    --------------------------------------------------

    Top