This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0634
2003/634/EC: Commission Decision of 28 August 2003 approving programmes for the purpose of obtaining the status of approved zones and of approved farms in non-approved zones with regard to viral haemorrhagic septicaemia (VHS) and infectious haematopoietic necrosis (IHN) in fish (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2003) 3101)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awissu 2003 li tapprova programmi li għandhom l-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żoni approvati u ta’ rziezet approvati f’żoni li m’humiex approvati fir-rigward ta’ viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) fil-ħut (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3101)Test b’relevanza għall-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awissu 2003 li tapprova programmi li għandhom l-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żoni approvati u ta’ rziezet approvati f’żoni li m’humiex approvati fir-rigward ta’ viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) fil-ħut (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3101)Test b’relevanza għall-ŻEE
ĠU L 220, 3.9.2003, p. 8–12
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 22/08/2007
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32002D0304 | ||||
Implicit repeal | 32002D0879 | 28/08/2003 | |||
Implicit repeal | 32003D0376 | 28/08/2003 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32003D0904 | Sostituzzjoni | anness 1 | 15/12/2003 | |
Modified by | 32003D0904 | Sostituzzjoni | anness 2 | 15/12/2003 | |
Modified by | 32004D0328 | Sostituzzjoni | anness 2 | 05/04/2004 | |
Modified by | 32004D0328 | Sostituzzjoni | anness 1 | 05/04/2004 | |
Modified by | 32005D0067 | Sostituzzjoni | ANN1 | 28/01/2005 | |
Modified by | 32005D0067 | Sostituzzjoni | anness 2 | 28/01/2005 | |
Modified by | 32005D0414 | Tlestija | anness 1 | 30/05/2005 | |
Modified by | 32005D0770 | Sostituzzjoni | anness 1 | 03/11/2005 | |
Modified by | 32005D0770 | Sostituzzjoni | anness 2 | 03/11/2005 | |
Modified by | 32006D0685 | Sostituzzjoni | anness I | 06/10/2006 | |
Modified by | 32006D0685 | Sostituzzjoni | anness II | 06/10/2006 | |
Modified by | 32007D0570 | Sostituzzjoni | anness 1 | DATEFF | |
Modified by | 32007D0570 | Sostituzzjoni | anness 2 | DATEFF |
Official Journal L 220 , 03/09/2003 P. 0008 - 0012
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awissu 2003 li tapprova programmi li għandhom l-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żoni approvati u ta’ rziezet approvati f’żoni li m’humiex approvati fir-rigward ta’ viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) fil-ħut (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3101) (Test b’relevanza għall-ŻEE) (2003/634/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti [1] ta’ l-akwakultura, l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/45/KE(2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 [2] tagħha, Billi: (1) Skond id-Direttiva 91/67/KEE Stat Membru jista’ jissottometti lill-Kummissjoni programm maħsub biex jippermettilu sussegwentement jibda l-proċeduri biex żona jew farm f’żona li m’hix approvata jiksbu l-istatus ta’ żona approvata jew farm approvat f’żona mhux approvata, fir-rigward ta’ waħda jew aktar mill-mardiet tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) and infectious haematopoietic necrosis (IHN). (2) Ċerti Stati Membri issottomettew programmi bħal dawn, li ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/304/EC [3], l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/376/KE [4]. (3) B’ittri iddatati t-12 ta’ Marzu 2003 u t-12 ta’Ġunju 2003, l-awtorità veterinarja tal-Finlandja talbet emenda għall-programm elenkat fl-Anness I(6B) tad-Deċiżjoni 2002/304/KE. Sabiex tipproteġi l-ispeċi vulnerabbli tas-salamun Baltiku (Salmo salar), it-trota tal-baħar (Salmo trutta m trutta) u l-ispeċi fil-ġeneru Coregonus (Coregonus lavaretus lavaretus), l-istokkjar mill-ġdid fix-Xmara Kymijoki u fix-Xmara Summanjoki huwa neċessarju. Il-Finlandja ssottomettiet emendi għall-programm tagħha li jipprovdu għat-trasferiment ta’ bajd ħaj minn ħut salvaġġ miż-żona ta’ restrizzjoni Pyhtää sakemm jittieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiġi żgurat li l-bajd huwa ħieles mill-VHS u IHN. Id-delimitazzjoni taż-żona stabbilita fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni 2002/304/KE ma titbiddilx. (4) B’ittra ddatata l-4 ta’ Marzu 2003, l-awtorità veterinarja ta’ l-Italja proponiet emenda għall-programm indikat f’punt 5.1 ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2002/304/KE. Sabiex tgħolli l-livell ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-introduzzjoni ta’ ħut fiż-żona koperta mill-programm, troti ħajjin u ħut ieħor destinat għal ristoranti għal konsum dirett u troti ta’ ħafna kuluri maħsubin biex jiġu introdotti f’ċerti lagi artifiċjali jew ilmijiet tas-sajd, iridu jiġu minn farms jew żoni rikonoxxuti bħala ħielsa mill-VHS u IHN. Id-delimitazzjoni taż-żona stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2002/304/KE ma titbiddilx. (5) L-emendi sottomessi instabu konformi ma’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/67/KEE u għalhekk għandhom jiġu approvati. (6) Id-Deċiżjoni 2002/304/KE ġiet emendata diversi drabi.. Fl-interess ta’ ċarezza u razzjonalità, din għandha tiġi revokata u sostitwita b’din id-Deċiżjoni. (7) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjono tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta’ l-Ikel u s-saħħa ta’ l-Annimali, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Il-programmi elenkati fl-Anness I, sottomessi skond l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 91/67/KEE għall-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żona approvata fir-rigward ta’ waħda jew aktar mill-mardiet tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN), huma b’dan approvati. 2. Il-programmi elenkati fl-Anness II, sottomessi skond l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 91/67/KEE għall-għan li jinkiseb l-istatus ta’ farm approvat f’żona mhux approvata fir-rigward ta’ waħda jew aktar mill-mardiet tal-ħut VHS u IHN, huma b’dan approvati. Artikolu 2 L-stati Membri konċernati għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d- dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw mal-programmi approvati. Artikolu 3 Id-Deċiżjoni 2002/304/KE hija abrogata permezz ta’ din Deciżjoni. Referenzi għad-Deċiżjoni abrogata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Awissu 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 189, tat-03.07.98, p. 12. [2] ĠU L 189, tat-03.07.98, p. 12. [3] ĠU L 104, ta’ l-20.04.02, p. 37. [4] ĠU L 130, tas-27.05.03, p. 21. -------------------------------------------------- L-ANNESS I PROGRAMMI SOTTOMESSI GĦALL-GĦAN LI JINKISEB L-ISTATUS TA’ ŻONA APPROVATA FIR-RIGWARD TA’ WAĦDA JEW AKTAR MILL-MARDIET TAL-ĦUT VHS AND IHN 1. ID-DANIMARKA IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MID-DANIMARKA FIT-22 MAY 1995 LI JKOPRU: - il-baċir ta’ FISKEBÆK Å, - il-PARTIJIET kollha ta’ JUTLAND fin-nofsinhar u l-punent tal-baċiri ta’, Karup å, - Gudenåen u Grejs å, l-erja tal-GŻEJJER DANIŻI kollha. 2. IL-ĠERMANJA IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MILL-ĠERMANJA FIL-25 TA’ FRAR 1999 li JKOPRU: - żona fil-baċir ta’ "WOLFEGGER AACH AND ROHRSEE", - żona fil-baċir ta’ "OBERN NAGOLD". 3. SPANJA IL-PROGRAMM SOTTOMESS MINN SPANJA FL-1 TA’ AWWISSU 2002 LI JKOPRI: - IL-KOMUNITÀ AWTONOMA TA’ LA RIOJA. 4. FRANZA Il-PROGRAMMI SOTTOMESSI MINN FRANZA FIS-16 TA’ SETTEMBRU 1994 LI JKOPRU: - LES FORGES, - LA NIVE U LES NIVELLES, - L’LORN. 5. L-ITALJA 5.1. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIL-PROVINĊJA AWTONOMA TA’ BOLZANO FIS-6 TA’ OTTUBRU 2001 EMENDAT B’ITTRA TAS-27 TA’ MARZU 2003, LI JKOPRI: Iż-Żona tal-Provinċja ta’ Bolzano - Iż-żona tinkludi l-baċiri kollha fil-Provinċja ta’ Bolzano. Iż-żona tinkludi l-parti tan-naħa ta’ fuq taż- ZONA VAL DELL’ADIGE - i.e. il-baċiri tax-xmara Adige mill-bidu tagħha fil-provinċja ta’ Bolzano sal-limiti tal-Provinċja ta’ Trento. ( N.B. Iż-żona li jibqa’, il-parti tan-naħa ta’ isfel taż-ZONA VAL DELL’ADIGE tidħol fil-programm approvat tal-Provinċja Awtonoma ta’ Trento. Il-partijiet tan-naħa ta’ fuq u tan-naħa ta’ isfel ta’ din iż-żona jridu jitqiesu bħala unità waħda epidemjoloġika. ) 5.2. IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MILL-ITALJA FIL-PROVINĊJA AWTONOMA TA’ TRENTO FIT-23 TA’ DIĊEMBRU 1996 U FL-14 TA’ LULJU 1997 LI JKOPRU: Iż-Zona Val di Sole e di Non - Il-baċir mill-bidu tax-xmajra Noce sad-diga ta’ S. Giustina Zona val dell’Adige – il-parti tan-naħa ta’ isfel - Il-baċiri tax-xmara Adige u l-bidu tagħha fit-territorju tal-Provinċja Awtonoma ta’ Trento, mill-limiti mal-Provinċja ta’ Bolzano sad-diga ta’ Ala (stazzjon għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija idroelettrika) ( N.B. Il-parti lejn il-bidu tax-xmara taż-ZONA VAL DELL’ADIGE tidħol fil-programm approvat tal-Provinċja ta’ Bolzano. Il-partijiet tan-naħa ta’ fuq u tan-naħa ta’ isfel ta’ din iż-żona jridu jitqiesu bħala unità waħda epidemjoloġika. ) Zona Torrente Arnò - Il-baċir mill-bidu tat-turrent Arnò sal-barrieri n-naħa ta’ isfel li jinsabu qabel it-turrent Arnò jidħol fix-xmara Sarca Zona Val Banale - Il-baċir tax-xmajra Ambies sad-diga ta’ stazzjon għall-ġenerazzjoni ta’ idroelettriku Zona Varone - Il-baċir mill-bidu tax-xmajra Magnone sal-kaskata Zona Alto e Basso Chiese - Il-baċir tax-xmara Chiese mill-bidu tax-xmara sad-diga ta’ Condino, ħlief il-baċiri tat-turrenti Adanà and Palvico Zona Torrente Palvico - Il-baċir tat-turrent Palvico sa barriera magħmula minn konkrit u ġebel 5.3. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-VENETO FIL-21 TA’ FRAR 2001 LI JKOPRI: Zona Torrente Astico - Il-baċir tax-xmara Astico, mill-bidu tagħha (fil-Provinċja Awtonoma ta’ Trento u fil-Provinċja Awtonoma ta’ Vicenza, fir-reġjun tal-Veneto) sad-diga li hemm qrib il-pont ta’ Pedescala fil-Provinċja ta’ Vicenza Il-parti tan-naħa ta’ isfel tax-xmara Astico river, bejn id-diga qrib il-pont ta’ Pedescala u d-diga ta’ Pria Maglio titqies bħala żona newtrali. 5.4. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TA’ L-UMBRIA FL-20 TA’ FRAR 2002 LI JKOPRI: Zona Fosso de Monterivoso: il-baċir tax-xmara Monterivoso, mill-bidu tagħha sal-barrieri impassabbli qrib Ferentillo 5.5. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠUN TAL-LOMBARDIJA FL-1 TA’ FRAR 2002 LI JKOPRI: Zona Val Brembana: il-baċir tax-xmara Brembo, mill-bidu tagħha sal-barriera impassabbli fil-commune de Ponte S. Pietro 6. IL-FINLANDJA 6.1. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-FINLANDJA FID-29 TA’ MEJJU 1995 LI JKOPRI: - Iż-żoni kontinentali u kostali kollha tal-FINLANDJA ħlief il-Provinċja ta’ Åland u ż-żona ta’ restrizzjoni f’Pyhtää 6.2. IL-PROGRAMM LI JINKLUDI MIŻURI TA’ QERDA SPEĊIFIĊI SOTTOMESS MILL-FINLANDJA FID-29 TA’ MEJJU 1995, EMENDAT B’ITTRI TAT-12 TA’ MARZU U TAT-12 TA’ ĠUNJU 2003 LI JKOPRI: - Il-PROVINĊJA kollha ta’ ÅLAND u ż-żona ta’ restrizzjoni f’PYHTÄÄ -------------------------------------------------- L-ANNESS II PROGRAMMI SOTTOMESSI GĦALL-GĦAN LI JINKISEB L-ISTATUS TA’ FARM APPROVAT F’ŻONA MHUX APPROVATA FIR-RIGWARD TA’ WAĦDA JEW AKTAR MILL-MARDIET TAL-ĦUT VHS U IHN 1. L-ITALJA 1.1. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN: FRIULI VENEZIA GIULIA, FIL-PROVINCJA TA’ UDINE, FIT-2 TA’ MEJJU 2000 LI JKOPRI: Farms fil-baċir tax-xmara Tagliamento: - Azienda Vidotti Giulio snc, Sutrio 1.2. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-VENETO FIL-5 TA’ APRIL 2002 LI JKOPRI: Farms fil-baċir tax-xmara Sile: - Azienda Troticoltura S. Cristina, Via Chiesa Vecchia 14 - Loc. S. Cristina di Quinto --------------------------------------------------