This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R1748
Council Regulation (EC, Euratom) No 1748/2002 of 30 September 2002 introducing, in the context of the modernisation of the institution, special measures to terminate the service of officials of the European Communities appointed to an established post in the European Parliament and temporary staff working in the Political Groups of the European Parliament
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1748/2002 tat-30 ta' Settembru 2002 li jintroduċi, fil-kuntest tar-riforma tal-Kummissjoni, miżuri speċjali biex jitterminaw l-impjieg ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej appuntati għal post stabbilit fil-Parlament Ewropew u ta' l-impjegati temporanji li jaħdmu fil-Gruppi Politiċi tal-Parlament Ewropew
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1748/2002 tat-30 ta' Settembru 2002 li jintroduċi, fil-kuntest tar-riforma tal-Kummissjoni, miżuri speċjali biex jitterminaw l-impjieg ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej appuntati għal post stabbilit fil-Parlament Ewropew u ta' l-impjegati temporanji li jaħdmu fil-Gruppi Politiċi tal-Parlament Ewropew
ĠU L 264, 2.10.2002, p. 9–12
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004
Official Journal L 264 , 02/10/2002 P. 0009 - 0012
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1748/2002 tat-30 ta' Settembru 2002 li jintroduċi, fil-kuntest tar-riforma tal-Kummissjoni, miżuri speċjali biex jitterminaw l-impjieg ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej appuntati għal post stabbilit fil-Parlament Ewropew u ta' l-impjegati temporanji li jaħdmu fil-Gruppi Politiċi tal-Parlament Ewropew IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 283 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ippreżentata wara li rċeviet l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regolament ta' l-Impjegati, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri [3], Billi: (1) Il-Parlament kien involut f'ristruzzurazzjoni l-aktar sħiħa dwar il-mod ta' kif jopera sa mill-1997, meta l-Bureau kien adotta strateġija ġdida dwar l-impjegati, ibbażata fuq il-ħtigiet tad-doveri ġodda kif konferiti fuq il-Parlament Ewropew mit-Trattati. (2) Fid-dawl ta' erba'snin esperjenza fl-implementazzjoni ta' din l-istrateġija ġdida, u bil-għan li tkun stabbilita strateġija fuq termini fit-tul rigward ir-reklutaġġ, li tkun tilħaq il-ħtiġiet previdibbli għal kapaċitajiet speċifiċi kif meħtieġa, il-Parlament Ewropew kien qiegħed jistudja l-ħtiġiet tiegħu tar-riżorsi umani għas-snin li ġejjin, bħala parti minn eżerċizzju biex iħejji lista operazzjonali tad-doveri u d-dmirijiet. (3) Il-Parlament Ewropew aktar minn hekk qiegħed jieħu l-passi meħtieġa, partikolarment permezz ta' taħriġ, biex jgħin fit-tqassim mill-ġdid ta' l-impjegati u biex jaġġusta bil-mod sodisfaċenti u effettiv l-aktar possibbli. (4) B'dana kollu, il-kapaċitajiet ta' sezzjoni ta' uffiċjali u impjegati temporanji li jaħdmu fil-Gruppi Politiċi, li jkunu laħqu l-età ta' 55 sena u li jkunu komplew mill-anqas 15 il-sena ta' mpieg, huma ferm imbiegħda mid-doveri li għandhom jittwettqu. (5) Il-Parlament Ewropew jeħtieġ profili ta' kapaċitajiet ġodda u bilanċjar mill-ġdid sabiex jistabbilixxi l-pjan tiegħu; imma n-numru ta' uffiċjali li jirtiraw bil-mod normali mhux sejjer ikun biżżejjed biex jippermetti li l-kapaċitajiet meħtieġa jkunu akwistati permeżż ta' reklutaġġ ta' uffiċjali u impjegati temporanji ġodda fi skala ta' żmien sodisfaċenti. (6) Miżuri speċjali għandhom għalhekk ikunu adottati fir-rigward tat-terminazzjoni tal-impjieg flimkien ma l-arranġamenti amministrattivi nterni għall-monitoraġġ effettiv ta' l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament. (7) Dawn il-miżuri għandhom ikunu applikati sa kemm jista jkun possibbli billi jingħata każ għall-bilanċ ġeografiku, b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. (8) Dawn il-miżuri għandhom ikunu newtrali mal-budget. Għal dan il-għan, mekkaniżmu ta' monitoraġġ għandu jkun stabbilit mill-awtorità tal-budget, ADOTTA DAN ID-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Il-Parlament Ewropew huwa b'hekk awtoriżżat, fl-interessi tas-servizz u sabiex jieħu akkont tal-ħtieġa li jġedded il-kapaċitajiet li jirriżultaw mill-iffukar mill-ġdid ta' l-użu tar-riżorsi tiegħu fuq l-attivitajiet tiegħu, li jadotta miżuri sal-31 ta' Diċembru 2004 għat-tmiem ta' l-impjieg, fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 47 tar-Regolamenti ta' l-Impjegati, għal uffiċjali w impjegati temporanji fil-Gruppi Politiċi li jkunu laħqu l-età ta' 55 sena u li jkunu ilhom mill-anqas 15 il-sena fl-impjieg, bl-eċċezzjoni ta' dawk fil-Gradi A 1 u A 2, permezz tal-kondizzjonijiet speċifikati b'dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 In-numru totali ta' uffiċjali li għandhom ikunu koperti bil-miżuri referuti fl-Artikolu 1 għandu jkun ta' 100. In-numru totali ta' impjegati temporanji li jaħdmu fil-Gruppi Politiċi li għandhom ikunu koperti bil-miżuri referuti fl-Artikolu 1 għandu jkun ta' 24. Il-ħarsien għan-newtralità tal-budget għandu jkun immonitorjat matul il-proċedura annwali tal-budget. Għal dan il-għan, l-Awtorità tal-Ħatra għandha, billi tieħu akkont tar-rabta bejn in-numru ta' uffiċjali li l-impjieg tagħhom kien ġie tterminat u n-numru ta' uffiċjali reklutati, tgħamel rapport lill-awtorità tal-budget fil-waqt propizju, billi tiċċertifika li l-kondizzjonijiet tan-newtralità tal-budget tkun milħuqha. L-Artikolu 3 Fil-qofol tal-massimi stabbiliti fl-Artikolu 2, u b'attenzjoni xierqa fl-interessi tas-servizz, il-Parlament Ewropew, wara li jkun ikkonsulta lill-Kumitat Konġunt tiegħu, għandu jagħżel, minn fost l-uffiċjali u l-impjegati temporanji li jaħdmu fil-Gruppi Politiċi li japplikaw għat-temm ta' l-impjieg tas-servizz tagħhom permezz ta' l-Artikolu 1, fuq dawk li huwa jixtieq li japplika din il-miżura. Għandu jikkunsidra bħala uffiċjali u mpjegati temporanji affettwati bil-miżuri ta' ri-organizzazzjoni u l-miżuri għall-aġġustament tar-riżorsi tiegħu dwar l-attivitajiet tiegħu, partikolarment ta' tqassim mill-ġdid tal-kapaċitajiet li huma meqjusa li huma ferm imbiegħda mid-doveri li għandhom ikunu mwettqa. Għandu jieħu akkont ta' l-ammont tat-taħriġ meħtieġ għalihom biex jidħlu għal doveri ġodda, l-età, l-abilità, il-produttività tagħhom, l-imġieba waqt ix-xogħol, iċ-ċirkostanzi tal-familja u t-tul ta' l-impjieg. L-Artikolu 4 1. Uffiċjali u l-impjegati temporanji li qabel kienu impjegati u li l-impjieg tagħhom huwa tterminat permezz ta' l-Artikolu 1 għandhom ikunu ntitolati għal allokazzjoni ta' kull xahar stabbilita bħala persentaġġ ta' l-aħħar salarju bażiku tagħhom li jkunu rċevew skond l-età u t-tul ta' l-impjieg fil-waqt tat-tluq kif muri fit-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament. L-aħħar salarju bażiku għandu jkun dak għall-grad u l-pożizzjoni okkupata mill-uffiċjal jew mill-membru ta' l-impjegati temporanji fil-waqt tat-tluq, iddeterminat b'referenza għat-tabella fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti ta' l-Impjegati li jkunu eżistenti fl-ewwel jum tax-xahar li fih l-allokazzjoni tkun imħallsa. 2. Uffiċjali u impjegati temporanji bħal dawn li qabel kienu impjegati jistgħu fi kwalunkwe waqt, fuq it-talba tagħhom stess, jirċievu penzjoni ta' l-irtirar skond it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti ta' l-Impjegati. L-intitolament għall-allokazzjoni għandu imbagħad jispiċċa. Għandu jispiċċa fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-aħħar jum tax-xahar li fih dak li qabel kien l-uffiċjal jew l-impjegat temporanju kkonċernat jilħaq l-età ta' 65 sena jew malli hu jew hi jkun eliġibbli qabel dik l-età għall-penzjoni massima ta' l-irtirar ta' 70 % (L-Artikolu 77 tar-Regolamenti ta' l-Impjegati). F'dak il-punt, dak li qabel kien l-uffiċjal jew il-membru ta' l-impjegati temporanji għandu awtomatikament jirċievi penzjoni ta' l-irtirar, li għandha jkollha effett fl-ewwel jum tax-xahar kalendarju li jiġi wara x-xahar li l-fih l-allokazzjoni tkun imħallsa għall-aħħar darba. 3. L-allokazzjoni li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun aġġustata skond il-peżati stabbiliti, bi qbil mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 82(1) tar-Regolamenti ta' l-Impjegati, għal dak il-pajjiż li jinsab fi ħdan il-Komunità li fih ir-riċevitur jagħti provi li huwa residenti. Ir-riċevituri għandhom jipprovdu evidenza kull sena tal-post tar-residenza tagħhom. Jekk ir-riċevitur ikun jabita f'pajjiż li jinstab il-barra mill-Komunità, il-peżar li għandu jkun applikat għall-allokazzjoni għandu jkun ta' 100. L-allokazzjoni għandha tkun espressa f'euro. Għandha titħallas fil-munita tal-pajjiż tar-residenza tar-riċevitur. B'dana kollu, jekk tkun suġġetta għal peżar ta' 100 permezz tat-tieni subparagrafu, għandha tkun imħallsa f'euro. L-allokazzjoni li tkun imħallsa f'munita apparti milli l-euro għandha tkun ikkalkolata fuq il-bażi tar-rati tal-kambju referuti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 63 tar-Regolamenti ta' l-Impjegati. 4. Meta d-dħul gross li jakkumula, għal dak li qabel kien l-uffiċjal jew membru ta' l-impjegati temporanji, minn xi impjieg ġdid, meta magħqud ma l-allokazzjoni li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1, jeċċedi r-remunerazzjoni gross totali l-aħħar akwistata mill-uffiċjal ikkonċernat, iddeterminata b'referenza għall-iskali tas-salarju eżistenti fl-ewwel jum tax-xahar li dwaru l-allokazzjoni hija pagabbli, l-ammont ta' l-eċċess għandu jkun imnaqqas minn dik l-allokazzjoni. Dik ir-remunerazzjoni għandha tkun peżata kif hemm provvediment dwar dan fil-paragrafu 3. Id-dħul gross u t-total tar-remunerazzjoni gross l-aħħar akwistat, kif referut fl-ewwel subparagrafu, ifisser is-somom imħallsa wara t-tnaqqis tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali imma qabel it-tnaqqis tat-taxxa. Dak li qabel kien l-uffiċjal jew membru ta' l-impjegati temporanji għandu jagħti impenn formali li jipprovdi kwalunkwe prova bil-miktub li tista tkun meħtieġa, inkluża stqarrija annwali tad-dħul fil-għamla ta' stqarrija tas-salarju jew ta' kontijiet awditjati, kif xieraq, dikjarazzjoni b'ġurament u awtentikata li hu jew hi ma kienx jirċievi xi dħul ieħor minn xi impjieg ġdid, u għandu jinnotifika lill-istituzzjoni b'xi fattur ieħor li jista jaffettwa id-dritt tiegħu jew tagħha għall-allokazzjoni, li fin-nuqqas ta' dan hu jew hi jista jkun suġġett għal azzjoni dixxiplinarja kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 86 tar-Regolamenti ta' l-Impjegati. 5. Kif stabbilit fl-Artikolu 67 tar-Regolamenti ta' l-Impjegati u l-Artikoli 1, 2 u 3 ta' l-Anness VII tiegħu, l-allokazzjoni residenzjali, l-allokazzjoni ta' tfal dependenti u l-allokazzjoni ta' l-edukazzjoni għandha titħallas lir-riċevitur ta' l-allokazzjoni li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1 jew lill-persuna jew lill-persuni li l-kustodju tat-tfal tkun ġiet fdata bil-liġi jew b'ordni ta' qorti jew ta' awtorità amministrattiva kompetenti; l-allokkazzjoni residenzjali għandha tkun ikkalkolata b'referenza għall-allokkazzjoni li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1. 6. Basta li dawn ma jirċievux dħul minn impjieg bi qliegħ, ir-riċevituri ta' l-allokazzjoni għandhom ikunu ntitolati, fir-rigward tagħhom stess jew tal-persuni koperti bl-assigurazzjoni tagħhom, għal benefiċji permezz tal-iskema ta' l-assigurazzjoni tal-mard li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 72 tar-Regolamenti ta' l-Impjegati, basta li dawn iħalsu l-kontribuzzjoni relevanti, ikkalkolata fuq il-bażi ta' l-allokazzjoni kif hemm provvediment dwar dan fil-paragrafu 1. 7. Matul il-perijodu li għalih huma ntitolati li jirċievu l-allokazzjoni, imma għal mhux aktar minn 65 xahar, dawk l-uffiċjali li qabel kienu mpjegati għandhom jibqgħu jakwistaw aktar drittijiet għall-penzjoni ta' l-irtirar ibbażata fuq is-salarju marbut mal-grad jew mal-pożizzjoni tagħhom, basta li l-kontribuzzjoni li hemm provvediment dwarha fir-Regolament ta' l-Impjegati b'referenza għas-salarju mħallas ma tul il-perijodu u basta li l-penzjoni totali ma tkunx teċċedi l-massimu speċifikat fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 77 tar-Regolamenti ta' l-Impjegati. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 5 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti ta' l-Impjegati, perijodu bħal dan għandu jkun ikkunsidrat bħala perijodu ta' l-impjieg. 8. Suġġett għall-Artikoli 1(1) u 22 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti ta' l-Impjegati, il-mara/raġel ta' dak li qabel kien uffiċjal jew ta' membru mill-impjegati temporanji li jkun miet waqt li jkun jirċievi l-allokazzjoni li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ntitolati, basta li huma kienu il-mara/raġel ta' dak li qabel kien l-uffiċjal għal mill-anqas sena meta hu jew hi jkun ħalla l-impjieg ta' dik l-istituzzjoni, lejn il-mara/raġel li jibqgħu ħajjin għall-penzjoni egwali għal 60 % tal-penzjoni ta' l-irtirar li kieku kellha tkun imħallsa, fl-assenza ta' xi tnaqqis permezz ta' l-Artikolu 9 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti ta' l-Impjegati li jkunu jsiru, lejn dak li qabel kien uffiċjal jekk hu jew hi tkun ikkwalifakat għaliha fil-waqt tal-mewt tiegħu/tagħha. Il-penzjoni ta' dawk li jibqgħu ħajjin referuti fis-subparagrafu preċedenti m'għandhiex tkun anqas mill-ammonti speċifikati fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 79 tar-Regolament ta' l-Impjegati. B'dana kollu, fl-ebda każ ma tista teċċedi l-ammont tal-penzjoni ta' l-irtirar li dwarhom dak li qabel kien l-uffiċjal jew membru ta' l-impjegati temporanji kien ikun intitolat jekk hu jew hi jibqgħu ħajjin u jkun ingħata penzjoni ta' l-irtirar meta ma jibqgħux aktar eliġibbli għall-allokazzjoni referuta hawn fuq. It-tul minimu taż-żwieġ kif riferut fl-ewwel subparagrafu m'għandux ikun meqjus jekk ikun hemm wieħed jew aktar tfal ta' żwieġ ikkuntrattat mill-uffiċjal jew mill-membru ta' l-impjegati temporanji qabel ma hu jew hi jkun ħalla l-impjieg basta li l-mara/raġel li jibqa ħajj ikun imantni jew kien imantni lill-dawk it-tfal. L-anqas m'għandu t-tul taż-żwieġ ikun meqjus jekk il-mewt ta' dak li qabel kien uffiċjal jew membru ta' l-impjegati temporanji jirriżulta minn waħda miċ-ċirkostanzi referuti fit-tmiem tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 17 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti ta' l-Impjegati. 9. Mal-mewt ta' dak li qabel kien uffiċjal jew membru ta' l-imġjegati temporanji li kien jirċievi l-allokazzjoni li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1, it-tfal dependenti fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti ta' l-Impjegati għandhom ikunu ntitolati għall-penzjoni ta' l-orfni skond il-kondizzjonijiet kif stabbilti fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi ta' l-Artikolu 80 tar-Regolamenti ta' l-Impjegati u fl-Artikolu 21 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti ta' l-Impjegati. L-Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-30 ta' Settembru 2002. Għall-Kunsill Il-President P. S. Møller [1] L-Opinjoni mogħtija fil-24 ta' Settembru 2002. [2] L-Opinjoni mogħtija fil-15 ta' Mejju 2002. [3] ĠU C 236, ta' l-1.10.2002, p. 7. -------------------------------------------------- L-ANNESS PERSENTAĠĠ TA' L-ALLOKAZZJONI Il-persentaġġ ta' l-allokazzjoni referuta fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi ta' l-età u t-tul ta' l-impjieg ta' l-uffiċjali jew tal-membru ta' l-impjegati temporanji fil-waqt tat-tluq tagħhom kif muri fit-tabella ta' hawn taħt: Il-Livell ta' l-allokazzjoni li jiddependi mill-età u t-tul ta' l-impjieg EtàTul tas-servizz | | minn 55 sa 56 sena | minn 57 sa 58 sena | minn 59 sa 60 sena | minn 61 sa 62 sena | 63 sena u aktar | Minn 15 sa 19 il-sena | 60,0 % | 60,0 % | 60,0 % | 62,0 % | 64,0 % | Minn 20 sa 24 sena | 60,0 % | 60,0 % | 62,0 % | 64,0 % | 66,0 % | Minn 25 sa 29 sena | 62,0 % | 64,0 % | 66,0 % | 68,0 % | 70,0 % | 30 sena jew aktar | 64,0 % | 66,0 % | 68,0 % | 70,0 % | 70,0 % | L-età u t-tul ta' l-impjieg għandhom ikunu meqjusa b'relazzjoni mad-data attwali tat-tluq ta' l-uffiċjal jew tal-membru ta' l-impjegati temporanji kkonċernat. L-applikazzjoni ta' dawn il-kondizzjonijiet għal grupp immirat ta' uffiċjali jew impjegati temporanji fuq il-bażi peżata tagħti medja massima ta' allokazzjoni ta' 62,5 %. --------------------------------------------------