EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1194

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2002 tat-3 ta’ Lulju 2002 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2234/92 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-għajnuna għall-konsum ta’ prodotti ta’ ħalib frisk f’Madeira

ĠU L 174, 4.7.2002, p. 9–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/06/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0793

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1194/oj

32002R1194



Official Journal L 174 , 04/07/2002 P. 0009 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2002

tat-3 ta’ Lulju 2002

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2234/92 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-għajnuna għall-konsum ta’ prodotti ta’ ħalib frisk f’Madeira

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2001 tat-28 ta’ Ġunju ta’ l-2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Azores u Madeira u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1600/92 (Poseima) [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna għall-konsum mill-bnedmin ta’ prodotti ta’ ħalib li jkunu ġew prodotti f’Madeira ta’ EUR 12/100 kg ta’ ħalib sħiħ imqassam f’post fejn jinbiegħ u jinżamm il-ħalib. Dik l-għajnuna hija mogħtija għall-konsum mill-bnedmin ta’ prodotti tal-ħalib frisk tal-baqar prodott lokalment, fil-limiti tal-bżonnijiet ta’ konsum ta’ Madeira kif ikun stmat perjodikament. Dak l-Artikolu jippermetti wkoll il-produzzjoni f’Madeira, għall-konsum lokali, ta’ ħalib UHT magħmul mill-ġdid mit-trab tal-ħalib li joriġina mill-Komunità, safejn din il-miżura tassigura li l-ħalib prodott lokalment jinġabar u jsib fejn jinbiegħ.

(2) Huwa stmat li l-bżonn ta’ konsum ta’ Madeira ma’ jaqbiżx il-limitu ta’ 4000 tunnellata metrika li tikkorrispondi għal-limitu ta’ produzzjoni lokali fejn l-iskema ta’ taxxa addizzjonali applikabbli għall-produtturi tal-ħalib tal-baqar stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru ta’ l-1992 li jistabbilixxi taxxa addizzjonali fil-ħalib u s-settur tal-prodotti tal-ħalib [2], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2002 [3], ma tapplikax għal Madeira. Bħala riżultat ta’ dan, il-volum ta’ ħalib li għalih din l-għajnuna pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 imħallsa lill-postijiet fejn jinbiegħ u jinżamm il-ħalib għall-prodotti kollha li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ ħalib prodott lokalment għandu jkun limitat għal kwantità ta’ 4000 tunnellata metrika.

(3) Għandhom ukoll ikunu stabbiliti regoli fuq l-użu tal-ħalib tal-baqar frisk f’Madeira għal liema l-għajnuna għall-konsum mill-bnedmin huwa mogħti u l-volum minimu li għandu jkun inkorporat fil-ħalib UHT magħmul mill-ġdid għall-konsum lokali. Volum minimu ta’ inkorporazzjoni ta’ 15 % hija biżżejjed sabiex jiġi żgurat li l-ħalib prodott lokalment ikun miġbur u jsib fejn jinbiegħ.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2234/92 [4], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1802/95 [5], għandu għalhekk ikun emendat.

(5) Disposizzjonijiet fuq l-ammont ta’ għajnuna u l-prodotti eliġibbli huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1453/2001. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament.

(6) Il-miżuri provduti għalihom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Amministrazzjoni għal Ħalib u Prodotti magħmula mill-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2234/92 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit permezz ta’ dan li ġej:

"1. L-għajnuna għall-konsum mill-bnedmin tal-prodotti tal-ħalib magħmula f’Madeira pprovduta fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 għandu jkun imħallas, bla ħsara għall-limitu ta’ 4000 tunnellata metrika ta’ ħalib sħiħ, għal perjodu ta’ 12-il xahar."

2. L-Artikolu 1(2) huwa sostitwit permezz ta’ dan li ġej:

"2. Il-ħalib prodott f’Madeira li għalih l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 tkun mogħtija għandu jkun użat kollu kemm hu fil-manifattura lokali ta’ prodotti tal-ħalib għall-konsum lokali biss."

3. L-Artikolu 1a li ġej huwa miżjud:

"L-Artikolu 1a

Il-ħalib UHT magħmul mill-ġdid fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 għandu jkun fih mill-inqas 15 % ħalib frisk prodott lokalment."

4. L-Anness huwa mħassar.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewopej.

Japplika mill-1 ta’ Lulju ta’ l-2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-3 ta’ Lulju ta’ l-2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 26.

[2] ĠU L 405, tal-31.12.1992, p. 1.

[3] ĠU L 89, tal-5.4.2002, p. 7.

[4] ĠU L 218, ta’ l-1.8.1992, p. 102.

[5] ĠU L 174, tas-26.7.1995, p. 27.

--------------------------------------------------

Top