This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R1185
Commission Regulation (EC) No 1185/2002 of 1 July 2002 amending the list of competent courts in Annex I to Council Regulation (EC) No 1347/2000 of 29 May 2000 on jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in matrimonial matters and in matters of parental responsibility for children of both spouses
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1185/2002 ta' l-1 ta' Lulju 2002 li jemenda l-lista ta' qrati kompetenti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ miżżewġin
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1185/2002 ta' l-1 ta' Lulju 2002 li jemenda l-lista ta' qrati kompetenti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ miżżewġin
ĠU L 173, 3.7.2002, p. 3–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2005
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32000R1347 | Emenda | anness 1 | 10/07/2002 |
Official Journal L 173 , 03/07/2002 P. 0003 - 0003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1185/2002 ta' l-1 ta' Lulju 2002 li jemenda l-lista ta' qrati kompetenti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ miżżewġin IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ miżżewġin [1], u partikolarment l-Artikolu 44 tiegħu, Billi: (1) Għandha tintbagħat applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta' l-esegwibbilità ta' sentenza dwar l-ezerċizju tar-responsabbilità tal-ġenituri għat-tfal taż-żewġ miżżewġin lill-qrati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000. (2) L-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 jipprovdi li Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-test li jemendaw il-lista ta' l-awtoritajiet kompetenti preskritti fl-Anness I. (3) L-Olanda nnotifikat lill-Kummissjoni b'emenda fil-lista tal-qrati provduta fl-Anness I. Għalhekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 għandu jkun emendat kif imiss, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-ħdax-il inċiż ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jinbidel b'dan li ġej: "— fl-Olanda, il-"voorzieningenrechter van de rechtbank"." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Lulju 2002. Għall-Kummissjoni António Vitorino Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tat-30.6.2000, p. 19. --------------------------------------------------