This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R0923
Council Regulation (EC) No 923/2002 of 30 May 2002 on the conclusion of the Protocol defining, for the period from 18 January 2002 to 17 January 2005, the fishing possibilities and the financial contribution provided for by the Agreement between the European Economic Community and the Republic of Seychelles on fishing off Seychelles
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 923/2002 tat-30 ta' Mejju 2002 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jiddefinixxi, għall-perjodu mit-18 ta' Jannar, 2002 sas-17 ta' Jannar, 2005, il-possibiltajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja li hemm provduta fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar sajd 'il barra mis-Seychelles
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 923/2002 tat-30 ta' Mejju 2002 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jiddefinixxi, għall-perjodu mit-18 ta' Jannar, 2002 sas-17 ta' Jannar, 2005, il-possibiltajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja li hemm provduta fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar sajd 'il barra mis-Seychelles
ĠU L 144, 1.6.2002, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 17/01/2005
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/923/oj
Official Journal L 144 , 01/06/2002 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 923/2002 tat-30 ta' Mejju 2002 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jiddefinixxi, għall-perjodu mit-18 ta' Jannar, 2002 sas-17 ta' Jannar, 2005, il-possibiltajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja li hemm provduta fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar sajd 'il barra mis-Seychelles IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 flimkien ma' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel sub-inċiż ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi: (1) Skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar sajd 'il barra mis-Seychelles [2], iffirmat fi Brussel fit-28 ta' Ottubru, 1987, iż-żewġ Partijiet daħlu f'negozjati bil-ħsieb li jfasslu emendi għal dak il-Ftehim fl-aħħar tal-perjodu ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll mehmuż ma' l-imsemmi Ftehim. (2) Bħala riżultat ta' dawn in-negozjati, fit-28 ta' Settembru, 2001, kien inizjalat Protokoll ġdid li jiddefinixxi l-possibiltajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja maħsuba bil-Ftehim imsemmi hawn fuq għall-perjodu mit-18 ta' Jannar, 2002 sas-17 ta' Jannar, 2005. (3) Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dan il-Protokoll. (4) L-allokazzjoni ta' possibiltajiet ta' sajd bejn l-Istati Membri għandha tkun stabbilita fuq il-bażi ta' l-allokazzjoni tradizzjonali ta' possibiltajiet ta' sajd permezz tal-Ftehim dwar is-Sajd, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Protokoll li jiddefinixxi, għall-perjodu mit-18 ta' Jannar, 2002 sas-17 ta' Jannar, 2005, il-possibiltajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduta fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar sajd 'il barra mis-Seychelles huwa hawhekk approvat f'isem il-Komunità Ewropea. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament [3]. Artikolu 2 Il-possibiltajiet ta' sajd provduti fil-Protokoll huma allokati bejn l-Istati Membri kif ġej: (a) Tartaruni għas-sajd tat-tonn Spanja | 18-il bastiment | Franza | 20 bastiment | L-Italja | 1 bastiment | Ir-Renju Unit | 1 bastiment | (b) Bastimenti tat-tkarkir tal-wiċċ Spanja | 15-il bastiment | Franza | 5 bastimenti | Il-Portugall | 7 bastimenti | Jekk applikazzjonijiet għal liċenza minn dawn l-Istati Membri ma jeżawrixxux il-possibiltajiet ta' sajd li hemm provduti f'dan il-Protokoll, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra applikazzjonijiet għal liċenza minn kull Stat Membru ieħor. Artikolu 3 L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu taħt dan il-Protokoll għandom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta' kull stokk maqbud fl-ibħra tas-Seychelles skond l-arranġamenti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 [4]. Artikolu 4 Il-President ta' l-Kunsill huwa b'dan awtoriżżat li jaħtar il-persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll biex jorbot lill-Komunità. Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Mejju, 2002. Għall-Kunsill Il-President M. A. Cortés Martín [1] Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Mejju, 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] ĠU L 119, tas-7.5.1987, p. 26. [3] ĠU L 134, tat-22.5.2002, p. 40. [4] ĠU L 73, tal-15.3.2001, p. 8. --------------------------------------------------