Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0071

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/71/KE tad-19 ta’ Awissu 2002 li temenda l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE rigward l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet ta’ pestiċidi (formothion, dimethoate u oxydemeton-methyl) fi u fuq ċereali, prodotti ta' l-ikel ta’ oriġini ta' l-annimali u ċerti prodotti ta’ oriġini veġetali, inklużi frott u ħxejjexTest b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 225, 22.8.2002, p. 21–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/71/oj

32002L0071



Official Journal L 225 , 22/08/2002 P. 0021 - 0028


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/71/KE

tad-19 ta’ Awissu 2002

li temenda l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE rigward l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet ta’ pestiċidi (formothion, dimethoate u oxydemeton-methyl) fi u fuq ċereali, prodotti ta' l-ikel ta’ oriġini ta' l-annimali u ċerti prodotti ta’ oriġini veġetali, inklużi frott u ħxejjex

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta’ Novembru ta’ l-1976 li tirrigwarda l-iffissar ta’ livelli massimi għall-fdalijiet ta’ perstiċidi fi u fuq frott u ħxejjex [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/66/KE [2], u b’mod partikolari Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 fuq l-iffissar tal-livelli massimi ta’ fdalijiet ta’ pestiċidi fi u fuq ċereali [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/66/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta' l-24 ta' Lulju 2002 dwar l-iffissar ta' l-għola livelli ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq oġġetti ta' l-ikel ta' oriġini ta' l-annimali [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/66/KE [5], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru 2002 dwar l-ifissar ta' l-għola livelli ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq prodotti ta' oriġini ta' pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/66/KE [6], u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1) Fil-każ ta’ ċereali u prodotti ta’ oriġini veġetali inklużi frott u ħxejjex, il-livelli tal-fdalijiet jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi ta’ pestiċidi neċessarji sabiex tiġi miksuba protezzjoni effikaċi tal-ħxejjex, applikati b’tali mod li l-ammont tal-fdalijiet ikun baxx kemm jista' jkun kif ukoll aċċettabbli tossikoloġikament, meħud kont b’mod partikolari tal-protezzjoni ta’ l-ambjent u tal-kwantità stmata meħuda fl-ikel mill-konsumaturi dħul ta’ dieta stmat tal-konsumaturi. Fil-każ ta’ prodotti ta' l-ikel ta’ oriġini ta’ l-annimali, il-livelli tal-fdalijiet jirriflettu l-konsum mill-annimali ta’ ċereali u prodotti ta’ oriġini veġetali li huma trattati bil-pestiċidi u, fejn ikun il-każ, il-konsegwenzi diretti ta’ l-użu ta’ mediċini veterinarji. Il-livelli massimi ta’ fdalijiet Komunitarji (LMF) jirrappreżentaw l-ogħla limitu ta’ l-ammonti ta’ tali fdalijiet mistennija li jinstabu fi prodotti ta' l-ikel meta jkunu ġew rispettati l-prattiki agrikoli tajba.

(2) L-LMF tal-pestiċidi għandhom jinżammu taħt reviżjoni u jistgħu jiġu mibdula sabiex jittieħed kont ta' informazzjoni u data ġdida. L-LMF jiġu ffissati fil-limitu inferjuri ta' determinazzjoni analitika meta l-użu awtorizzat ta' prodotti għall-protezzjoni tal-ħxejjex ma jġibux livelli li jidhru ta' fdalijiet ta' pestiċidi fi jew fuq prodotti ta' l-ikel, jew meta ma jkunx hemm użu awtorizzat, jew meta l-użu li jkun ġie awtorizzat minn Stati Membri ma jkunx ġie sostnut bl-informazzjoni meħtieġa, jew meta l-użu fi stati terzi li jġibu fdalijiet fi jew fuq prodotti ta' l-ikel li jistgħu jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq Komunitarju ma jkunx ġie sostnut bl-informazzjoni meħtieġa.

(3) Fil-każ ta’ dimethoat u ossidemeton-metil xi Stati Membri informaw lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jirrevedu l-LMF nazzjonali skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/642/KEE, fid-dawl ta’ preokkupazzjoni dwar it-teħid mill-konsumatur. Ġew magħmula lill-Kummissjoni proposti għar-reviżjoni ta' l-LMF Komunitarji. Il-Kummissjoni kkonkludiet li jkun prudenti li jiġu modifikati xi LMF minħabba riskji possibbli għall-konsumaturi. Huwa importanti li l-miżuri addizzjonali ta’ maniġment ta' riskju jiġu meħuda mill-Istati Membri sabiex jipproteġu b'mod adegwat lill-konsumatur. Għad-dimetoat u l-ossidimeton-metil jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti l-Istati Membri għandhom jirrilanċjaw l-awtoriajiet awtorizzati in konformità ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414/KEE [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/64/KE [8] sabiex l-użi awtorizzati ma jwasslux għal li jiġu maqbuża l-LMF.

(4) L-espożizzjoni tul il-ħajja intiera tal-konsumaturi għall-pestiċidi msemmijin f’din id-Direttiva permezz ta' prodotti ta’ l-ikel ġiet eżaminata u evalwata skond il-proċeduri u l-prassi tal-Komunità, meħud kont tal-linji ta' gwida pubblikati mill-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija. Huwa kalkulat li l-LMF fissati f’din id-Direttiva ma jwasslux għal li jiġi maqbuż it-teħid aċċettabbli ta' kuljum. Id-doża ta' kuljum ammissibbli (DKA) għall-ossidemeton-metil hija ta' 0,0003 mg/kg bw (JMPR 1989), id-doża akuta ta' riferiment (DAR) hija ta' 0,005 mg/kg bw, id-DKA għad-dimetoat hija ta’ 0,002 mg/kg bw (JMPR 1996), id-DAR hija ta' 0,03 mg/kg bw.

(5) Fejn ikun il-każ, l-espożizzjoni akuta tal-konsumaturi għal dawn il-pestiċidi permezz ta' kull wieħed mill-prodotti ta' l-ikel li jista’ jkun fih fdalijiet ta' dawn il-pestiċidi ġiet eżaminata u valutata in konformità mal-proċeduri u l-prassi tal-Komunità, meħud kont tal-linji ta’ gwida pubblikati mill-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija. Gie konkluż li l-preżenza ta’ fdalijiet ta’ pestiċidi fi jew taħt l-LMF proposti f’din id-Direttiva ma jikkaġunawx effetti tossiċi akuti.

(6) Għall-formothion ma ġiet mgħarrfa ebda utilizzazzjoni madwar id-dinja. Fl-assenza ta’ informazzjoni biżżejjed dwar il-fdalijiet u t-tossikoloġija ikun xieraq, li jiġu stabbiliti l-Livelli Massimi ta’ Fdalijiet għal formothion għall-prodotti kollha fil-Livell Inferjuri ta’ Determinazzjoni Analitika.

(7) Permezz ta' l-Organizzazzjoni Dinjijja tal-Kummerċ, is-sħab fil-kummerċ tal-Komunità ġew konsultati fuq il-livelli għall-formothion, dimetoat u l-ossidemeto-metil proposti f’din id-Direttiva u l-kummenti tagħhom fuq dawn il-livelli ġew meħuda in konsiderazzjoni.

(8) Il-pariri tal-Kumitat Xjentifiku għall-Ħxejjex ġew meħuda in konsiderazzjoni, b’mod partikolari l-parir u r-rakkommandazzjonijiet tiegħu dwar il-metodoloġija għandha tiġi segwita għall-protezzjoni tal-konsumaturi ta’ prodotti agrikoli ttrattati bil-pestiċidi.

(9) L-Annessi għad-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati.

(10) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness II għad-Direttiva 76/895/KEE l-iskrizzjonijiet dwar id-"dimetoat", l-"ometoat", il-"formothion", l-"ossidemeton-metil", id-"demeton-S-metil", u d-"demeton-S-metilsulfon" huma mħassra.

Artikolu 2

Fil-Parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE r-ringieli segwenti qed jiġu miżjuda:

"Residwi tal-pestiċida | Livell massimu fi mg/kg |

Ossidemeton-metil (l-għadd ta' ossidemeton-metil u | 0,1 Xgħir u ħafur 0,02 ċereali oħra |

Dimetoat (l-għadd ta' dimethoate u ometoat espress | 0,3 Qamħ, rye u triticale, 0,02 ċereali oħra |

Formothion | 0.02 ċereali |

Artikolu 3

Fil-parti B ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/363/KEE r-ringieli segwenti qed jiġu miżjuda:

"Residwi tal-pestiċida | Livell massimu (mg/kg) |

Ta' preparati ta' laħam, inkluż xaħam | Għall-ħalib u prodotti | Ta' bajd frisk mingħajr il-qoxra, għall- |

Ossidemetonmetil (l-għadd ta' ossidementonmetiluu demeton-S-metilsulfon espress bħala osside-metonmetil) | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

Artikolu 4

Il-livelli ta’ fdalijiet massimi elenkati fl-Anness għal din id-Direttiva huma miżjuda jew jissostitwixxu dawk elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE għall-pestiċidi in kwistjoni.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Għandhom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet b'effett mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2003.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, huma għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif referenza bħal din għandha tkun magħmula.

Artikolu 6

Din id-direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Awissu 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Nru L 340, 09.12.76, p. 26.

[2] ĠU L 192, 20.7.2002, p. 47.

[3] ĠU Nru L 221, 07.08.86, p. 37.

[4] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43.

[5] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71.

[6] ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

[7] ĠU L 189, 18.7.2002, p. 27.

[8] Linji ta' gwida biex ibassru d-dħul dietetiku tar-residwi pestiċidi (riveduti), ippreparati mill-GEMS/Programm ta’ l-Ikel f'kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

--------------------------------------------------

ANNESS

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom l-LMF japplikaw | Fdalijiet ta' pestiċidi u livell ta' fdalijiet massimi (mg/kg) |

Formothion | Ossidemetonmetil (l-għadd ta' ossidemetonmetil u demeton-S-metilsulfon espress bħala ossidemetonmetil | Dimethoae (l-għadd ta' dimethoate u omethoate espress bħala dimethoate) |

1.Frott, frisk, imnixxef jew nej, preżervat bl-iffriżar, blazokkor miżjud, lewż | | 0,02 | |

(i)FROTT TAĊ-ĊITRU | 0,02 | | 0,02 |

Tronġ (grapefruit) | | | |

Lumi | | | |

Lumiċell | | | |

Mandolina (inklużi l-klementini u l-ibridi oħra) | | | |

Larinġ | | | |

Pomelos | | | |

Oħrajn | | | |

(ii)LEWŻ MINN SIĠAR (imqaxxar jew mhux imqaxxar) | 0,05 | | 0,05 |

Lewż | | | |

Ġewż tal-Brażil | | | |

Ġewż tal-cashew | | | |

Qastan | | | |

Ġewż ta' l-Indi | | | |

Ġellewż | | | |

Makadamia | | | |

Pekans | | | |

Lewż ta' l-arżnu | | | |

Pistaċċi | | | |

Ġewż | | | |

Oħrajn | | | |

(iii)FROTT TAL-POMÈ | 0,02 | | 0,02 |

Tuffieħ | | | |

Lanġas | | | |

Sfarġel | | | |

Oħrajn | | | |

(iv)FROTT TA' L-GĦADAM | 0,02 | | |

Berquq | | | |

Ċirasa | | | 1 |

Ħawħ (inkluż nektarini u ibridi simili) | | | |

Għambaqar | | | |

Oħrajn | | | 0,02 |

(v)KUKKU U FROTT ŻGĦIR | 0,02 | | 0,02 |

(a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid

Għeneb tal-mejda | | | |

Għeneb ta' l-inbid | | | |

(b)Frawli (mhux selvaġġ) | | | |

(ċ)Frott tal-kannamieli (mhux selvaġġ)

Tut | | | |

Dewberries | | | |

Loganberries | | | |

Lampone | | | |

Oħrajn | | | |

(d)Frott żgħir ieħor u kukku (mhux selvaġġ)

Qerqnin (bilberries) | | | |

Cranberries | | | |

Passulina (ħamra, sewda, u bajda) | | | |

Ribes (Gooseberries) | | | |

Oħrajn | | | |

(e)Kukku selvaġġ u frott selvaġġ | | | |

(vi)MIXXELLANJI | 0,02 | | |

Avokado | | | |

Il-banana | | | |

Tamal | | | |

Tin | | | |

Kiwi | | | |

Kumkwats | | | |

Litchis | | | |

Mangoes | | | |

Żebbuġ | | | 2 |

Frott tal-pasjoni | | | |

Ananas | | | |

Rummien | | | |

Oħrajn | | | 0,02 |

2.Ħaxix, frisk jew mhux imsajjar, iffriżati jew imqadded | 0,02 | | |

(i)ĦAXIX TA' L-GĦERUQ U TUBERI | | 0,02 | 0,02 |

Pitravi | | | |

Karrotti | | | |

Krafes ħoxnin | | | |

L-għerq tal-mustarda | | | |

Artiċokk | | | |

Zunnarija | | | |

Għeruq tat-tursin | | | |

Ravanell abjad | | | |

Salsafja | | | |

Patata ħelwa | | | |

Rapa svediża | | | |

Nevew | | | |

Jamm | | | |

Oħrajn | | | |

(ii)ĦAXIX TAL-BASLA | | 0,02 | |

Tewm | | | |

Basal | | | |

Basal abjad | | | |

Kurrad | | | 2 |

Oħrajn | | | 0,02 |

(iii)ĦAXIX LI JAGĦMEL IL-FROTT | | 0,02 | 0,02 |

(a)Solanacea

Tadam | | | |

Bżar | | | |

Brunġiel | | | |

Oħrajn | | | |

(b)Il-qoxra li tittiekel tal-Cucurbits

Ħjar | | | |

Ħjar żgħir | | | |

Qarabali | | | |

Oħrajn | | | |

(ċ)Il-qoxra li ma tittikilx tal-Cucurbits

Bettieħ | | | |

Lbieba tal-qara' | | | |

Dulliegħ | | | |

Oħrajn | | | |

(d)Qamħirrum ħelu | | | |

(iv)ĦAXIX BRASSIKA

(a)Ħaxix mir-razza tal-kaboċċi u n-nevew li tagħmel il-fjuri | | 0,02 | |

Brokkoli (inklużi Kalabriżi) | | | |

Pastard | | | 0,2 |

Oħrajn | | | 0,02 |

(b)Ir-ras tal-ħaxix mir-razza tal-kaboċċi

kaboċċa żgħira | | 0,05 | 0,3 |

Ir-ras tal-kaboċċa | | 0,05 | 1 |

Oħrajn | | 0,02 | 0,02 |

(ċ)Tip tal-kaboċċi mwerqa | | 0,02 | 0,02 |

Kaboċċa Ċiniża | | | |

Kale | | | |

Oħrajn | | | |

(d)Kohlrabi | | 0,05 | 0,02 |

(v)ĦAXIX TAL-WERAQ U ĦWAWAR FRISKI

(a)Ħassa u simili | | 0,05 | |

Krexxun | | | |

Ħass tal-ħaruf | | | |

Ħass | | | 0,5 |

Scarole (indivja b'weraq wesgħin) | | | |

Oħrajn | | | 0,02 |

(b)Spinaċi u simili | | 0,02 | 0,02 |

spinaċi | | | |

Weraq ta' xitla tal-pitravi (l-ispeċi fl-ġeneru Salvelinus) (chard) | | | |

Oħrajn | | | |

(ċ)Krexxuni ta' l-ilma | | 0,02 | 0,02 |

(d)Witloof | | 0,02 | 0,02 |

(e)Ħxejjex aromatiċi | | 0,02 | 0,02 |

Maxxita | | | |

Kurrat selvaġġ | | | |

Tursin | | | |

Weraq tal-krafes | | | |

Oħrajn | | | |

(vi)ĦXEJJEX TAL-LEGUM (friski) | | 0,02 | |

Fażola (bil-miżwet) | | | |

Fażola (bla miżwet) | | | |

Piżelli (bil-miżwet) | | | 1 |

Piżelli (bla miżwet) | | | |

Oħrajn | | | 0,02 |

(vii)ĦXEJJEX BIZ-ZOKK (friski) | | 0,02 | 0,02 |

Asparagus | | | |

Cardoons | | | |

Krafes | | | |

Bużbież | | | |

Qaqoċċ | | | |

Kurrat | | | |

Rabarbru | | | |

Oħrajn | | | |

(viii)FUNGI | | 0,02 | 0,02 |

faqqiegħ ikkultivat | | | |

faqqiegħ selvaġġ | | | |

3.Ħaxix ta' l-imwieżet | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

Fażola | | | |

Għads | | | |

Piżelli | | | |

Oħrajn | | | |

4.Żerriegħa taż-żejt | 0,05 | 0,05 | 0,05 |

Żejt tal-kittien | | | |

Karawett | | | |

Żerriegħa tal-peprin | | | |

Ġulġliel | | | |

Żerriegħa tal-ġirasol | | | |

Iż-żerriegħa tal-kolza | | | |

Mżiewed tas-soya | | | |

Żerriegħa tal-mustarda | | | |

Żerriegħa tal-qoton | | | |

Oħrajn | | | |

5.Patata | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

Patata bikrija | | | |

Patati taż-żergħa | | | |

6.Té (weraq niexef u zkuk, iffermentat jew mhux, Camellia sinensis) | 0,05 | 0,05 | 0,05 |

7.Ħops (xott), inklużi tal-ħops u trab mhux kkonċentrat | 0,05 | 0,05 | 0,05 |

--------------------------------------------------

Top