Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002E0829

    Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-21 t'Ottubru 2002 dwar il-forniment ta' ċertu apparat fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    ĠU L 285, 23.10.2002, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/06/2005; Imħassar b' 32005E0440

    ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2002/829/oj

    32002E0829



    Official Journal L 285 , 23/10/2002 P. 0001 - 0002


    Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill

    tal-21 t'Ottubru 2002

    dwar il-forniment ta' ċertu apparat fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    (2002/829/PESK)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Istati Membri qablu fis-7 t'April 1993 li jimponu embargo dwar armi fuq iż-Zaire (issa r-Repubblika Demokratika tal-Kongo).

    (2) Fil-11 ta' Marzu 2002, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2002/203/PESK dwar l-appoġġ ta' l-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Lusaka Ceasefire u l-proċess ta' paċi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo [1]. Din il-Pożizzjoni Komuni tipprovdi, fost ħwejjeġ oħra, sabiex l-Unjoni Ewropea tistinka għall-implimentazzjoni rapida tal-proċess ta' diżarmament skond il-Ftehim Lusaka, kif ukoll li tagħti appoġġ lir-rikostruzzjoni u żvilupp tal-pajjiż.

    (3) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/374/PESK ta' l-14 ta' Mejju 2001 dwar il-prevenzjoni ta' konflitt, ġestjoni u riżoluzzjoni fl-Afrika [2], tistipula li l-Unjoni Ewropea għandha tkabbar l-appoġġ tagħha għal diżarmament f'sitwazzjonijiet t'hemm ta' wara l-gwerra, b'attenzjoni partikolari għat-tneħħija tal-mini ta' l-art.

    (4) L-embargo ta' l-armi għandu għalhekk jiġi emendat biex jitħallew ċerti eżenzjonijiet,

    ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

    Artikolu 1

    1. Il-forniment jew bejgħ ta' armi jew materjal relatat ta' kull tip, li jinkludu armi u ammunizzjoni, vetturi u apparat militari, apparat paramilitari u spare parts li ġie msemmi qabel fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji ta' Stati Membri għandu jkun ipprojbit joriġina jew le fit-territorji tagħhom.

    2. Paragrafu 1 m'għandux jgħodd għal:

    (a) provvisti esportati temporanjament lejn ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo għall-użu personali tal-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti;

    (b) provvisti ta' apparat militari li m'hux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv temporanjament esportat lejn ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo għall-użu personali biss mir-rappreżentanti tal-mezzi ta' komunikazzjoni u ħaddiema umanitarji u għall-iżvilupp u persunal assoċjat;

    (ċ) apparat li se jintuża għat-tneħħija u għall-qerda ta' mini ta' l-art kontra l-persunal.

    3. L-Istati Membri għandhom jikkonsidraw kunsinnji taħt paragrafu 2 fuq bażi ta' każ-b'każ, waqt li tittieħed il-konsiderazzjoni kollha tal-kriterja mniżżla fil-kodiċi ta' kondotta ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-esportazzjoni ta' l-armi. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu salvagwardji adegwati kontra l-użu ħażin ta' l-awtorizzazzjoni konċessa skond il-paragrafu 2 u, meta approprjat, jagħmel dispożizzjonijiet għal ripatrijazzjoni ta' l-apparat.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jinformaw immedjatament lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri mittieħda skond din il-Pożizzjoni Komuni u għandhom jipprovdu lil xulxin b'informazzjoni oħra relevanti għad-dispożizzjoni tagħhom dwar din il-Pożizzjoni Komuni.

    Artikolu 3

    Biex jiġi sfruttat l-impatt tal-miżuri t'hawn fuq, l-Unjoni Ewropea għandha tinqeda b'mod effettiv bl-isforzi biex tinkoraġġixxi 'l-pajjiżi l-oħra biex jadottaw miżuri simili għal dawk li jinsabu f'din il-Pożizzjoni Komuni.

    Artikolu 4

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

    Għandha tinżamm taħt reviżjoni kontinwa.

    Artikolu 5

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fil-21 ta' Ottubru 2002.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. S. Møller

    [1] ĠU L 68, tat-12.3.2002, p. 1.

    [2] ĠU L 132, tal-15.5.2001, p. 3.

    --------------------------------------------------

    Top