Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0472

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-ħut mir-Repubblika tal-Bulgarija (notifikata taħtid-dokument numru Ċ (2002) 2195)Test b’ rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 163, 21.6.2002, p. 24–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/472/oj

    32002D0472



    Official Journal L 163 , 21/06/2002 P. 0024 - 0028


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-20 ta’ Ġunju 2002

    li tistabbilixxi kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-ħut mir-Repubblika tal-Bulgarija

    (notifikata taħtid-dokument numru Ċ (2002) 2195)

    (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

    (2002/472/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li stabilixxa il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat- 22 July 1991 li tistabbilixxi il-kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u partikularment l-Artikolu 11(1) tagħha,

    Billi:

    (1) Saret ispezzjoni għan-nom tal-kummissjoni fir-Repubblika tal-Bulgarija biex jiġu verifikati l-kondizzjonijiet li taħthom il-prodotti tas-sajd jiġu prodotti, maħżuna u mibgħuta lill-Kommunità.

    (2) Il-ħtiġiet fil-leġislazzjoni tal-Bulgarija dwar ispezzjoni sanitarja u kontrol ta’ prodotti tas-sajd jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti mid-Direttiva 91/493/KEE.

    (3) Partikularment, "Is-Servizz Veterninarju Nazzjonali (NVS) tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Foresti" huwa kapaci illi jivverifika effettivament l-implimentazzjoni tal-legiżlazzjoni fis-seħħ.

    (4) Huwa xieraq li jiġu stabbilti regoli dettaljati dwar iċ-ċertifikat sanitarju li għandu, taħt id-Direttiva 91/493/KEE, jakkompanja kunsinni ta’ prodotti tal-ħut importata fil-Komunità mill-Bulgarija. B’ mod partikulari, dawk ir-regoli għandhom jispeċ-ifikaw mudell definiti taċ-ċertifika, il-ħtiġijiet minimi rigward il-lingwa jew lingwi li bihom ikun miktub u l-istatus tal-persuna bis-setgħa li tiffirmah.

    (5) Il-marka li għandha titwaħħal mal-pakketti ta’ prodotti tas-sajd għandhu jkun fiha l-isem tal-pajjiż terz u in-numru tal-approv-azzjoni/reġistrazzjoni tal-istabbiliment, bastiment fabrika, bastiment għat-tkessiħ jew ifrizar ta’ l-oriġini, ħlief għal ċerti prodotti ifriżati.

    (6) Huwa wkoll meħtieġ li ssir lista ta’ stabbilimenti aprovati, bastimenti fabriki jew ta’ ħażna fil-friża, kif ukoll lista ta’ bastimenti li jifriżaw mgħammra skond il-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE [3]. Dawn il-listi għandhom ikunu magħmula fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mis-Servizz Veterinarju Nazzjonali lill-Kummissjoni. Huwa għalhekk dmir tas-Servizz Veterinarju Nazzjonali li jassigura konformita’ mad-dispożżizjonijiet stabbiliti għal dak l-iskop fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE.

    (7) Is-Servizz Veterinarju Nazzjonali ta assigurazzjonijiet dwar il-konformità mar-regoli stabbiliti fil-Kapitlu V ta’ l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE dwar il-kontroll ta’ prodotti tas-sajd, u dwar il-mod kif jiġu sodisfatti l-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stabbili f’dik id-Direttiva.

    (8) Madankollu l-viżita ta’ ispezzjoni fil-Bulgarija uriet ċerti nuqqasijiet fis-superviżjoni veterinarja dwar l-identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet fl-istabbilimenti tas-sajd u fil-mili taċ-ċertifikat sanitarju għall-esportazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ħut ħaj. Għalhekk, ż-żieda ta’ stabbilimenti jew bastimenti ġodda mal-lista ta’ stabbilimenti u bastimenti li huma awtoriżżati għal-importazzjoni mill-Bulgarija teħtieġ vista ta’ ispezzjoni ġdida fuq il-post mill-esperti tal-Kummissjoni.

    (9) Meta wieħed jikkunsidra r-riżultati tal-vista ta’ ispezzjoni, it-tnaqqis tal-frekwenza ta’ kontrolli fiżiċi kif stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE tal-20 ta’ Mejju 1994 dwar frekwenza mnaqqsa ta’ kontrolli fiżiċi fuq konsinni ta’ ċerti prodotti minn pajjiżi terzi, taħt id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE [4], ma għandhiex taplika għall-prodotti tas-sajd importati mill-Bulgarija.

    (10) Il-miżuri previsti f’ din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-ikel u s-saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    "Is-Servizz Nazzjonali Veterninarju (NVS) tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Foresti" għandu jkun l-awtorita’ kompetenti fil-Bulgarija biex tivverifika u tiċċertifika l-konfomità tal-prodotti tas-sajd mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

    L-Artikolu 2

    1. Prodotti tal-ħut importati mill-Komunità mill-Bulgarija għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil- paragrafi 2, 3 u 4.

    2. Kul kunsinna għandha tkun akkompanjata b’ċertifikat sanitarju oriġinali numerat, debitamet mimli, iffirmat u li ikun folja waħda skond il-mudell fl-Anness 1.

    3. Il-prodotti għandhom joħorġu minn stabbilimenti approvati, bastimenti fabrika jew mħażen tal-friża reġistrati, mdaħħla fil-lista ta’ l-Anness II.

    4. Ħlief fil-każ ta’ prodotti tas-sajd fil-friża bil-kwantita’ u maħsuba għall-manifatura ta’ ikel ippriservat, il-pakketti kollha għandhom ikollhom il-kelma "BULGARIA" u n-numru ta’ l-approvazzjoni jew reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabrika, maħżen tal-friza jew bastiment tal-friża ta’ l-oriġini b’ittri li ma jitħassrux.

    L-Artikolu 3

    1. Iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 2(2) għandu jsir b’lingwa offiċjali waħda ta’ Stat Membru li fih għandha ssir il-verifika.

    2. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih l-isem, il-kwalita’ u l-firma tar-rappreżentant tas-Servizz Veterinarju Nazzjonali u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar f’ kulur differenti minn dak ta’ kontro firem oħrajn.

    L-Artikolu 4

    Stati Membri, meta qed jimportaw prodotti tas-sajd mill-Bulgarija, ma għandhomx japplikaw għal dawn il-prodotti t-tnaqqis fil-frewenza ta’ verifiki fiżiċi previst mid-Deċiżjoni 94/360/KE.

    L-Artikolu 5

    1. L-Anness II jista jiġi modifikata biss wara r-riżultati ta’ viżita ta’ ispezzjoni fuq il-post.

    2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Anness II jista’ jiġi modifikata bil-proċedura stabbilita mid-Deċiżjoni 95/408/KE biex jimbidel l-isem jew jiġu mħassra stabbilimenti u bastimenti inklużi fil-lisa ta’ dan l-Anness.

    L-Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-24 ta’ Ġunju 2002.

    L-Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula Brussel, fl-20 ta’ Ġunju 2002.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

    [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

    [3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41.-

    [4] ĠU L 158, tal-25.6.1994, p. 41.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    LISTA TA' STABBILIMENTI U BASTIMENTI

    PP:

    Stabbiliment/Stazzjon tal-Ipproċessar.

    Nru ta' l-Approvazzjoni | Isem | Belt/Reġjun | Kategorija |

    BG 0513001 | Maxim-G Keranov | Novo Sello – Distrett ta' Vidin | PP |

    BG 1613002 | Parpen Chobanov | Boliartsi – Distrett ta' Plovdiv | PP |

    BG 2113002 | Salvenius ReyaFish | Dospat – Distrett ta' Smolyan | PP |

    BG 2613001 | Euro Pesca, Ltd | Svilengrad – Distrett ta' Haskovo | PP |

    --------------------------------------------------

    Top