This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0215
2002/215/EC: Council Decision of 4 March 2002 concerning the conclusion of the Fourth Amendment to the Montreal Protocol on substances that deplete the ozone layer
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Marzu 2002 rigward il-konklużjoni tar-Raba’ Emenda tal-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jħassru s-saff ta’ l-ożonu
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Marzu 2002 rigward il-konklużjoni tar-Raba’ Emenda tal-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jħassru s-saff ta’ l-ożonu
ĠU L 72, 14.3.2002, p. 18–19
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/215/oj
Official Journal L 072 , 14/03/2002 P. 0018 - 0019
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Marzu 2002 rigward il-konklużjoni tar-Raba’ Emenda tal-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jħassru s-saff ta’ l-ożonu (2002/215/KE) Il-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) Il-Komunità, minħabba ir-responsabbiltà għall-ambjent, bid-Deċizjoni 88/540/KEE [3] saret parti mill-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-protezzjoni tas-saff ożonu u l-Protokoll ta’ Montreal dwar l-elementi li jħassru s-saff ta’ l-ożonu, u bid-Deċiżjoni 91/690/KEE [4] approvat l-Ewwel Emenda għall-Protokoll imsemmi, bid-Deċiżjoni 94/68/KE [5] approvat it-Tieni Emenda għall-Protokoll imsemmi u bid-Deċiżjoni 2000/646/KE [6] approvat it-Tielet Emenda għall-Protokoll imsemmi. (2) Evidenza riċenti tindika li għall-protezzjoni xierqa tas-saff ta’ l-ożonu livell iktar għoli ta’ kontrol fil-kummerċ ta’ sustanzi li jħassru l-ożonu hu meħtieġ minn dak provdut bil-Protokoll ta’ Montreal, kif emendat fl-1997. L-istess evidenza tindika li għandu jkun hemm miżuri miżjuda biex jikkontrollaw il-produzzjoni ta’ sustanzi li jħassru l-ożonu u b’mod partikolari, għall-hydrochlorofluorcarbons u sustanzi ġodda. (3) Ir-Raba’ Emenda għall-Protokoll ta’ Montreal li tintroduċċi dawn il-kontrolli kienet addottata mill-Partiti f’Diċembru ta’ l-1999 f’Beijing. (4) Il-Kummisjoni, f’isem il-Komunità, ħadet sehem fin-negozjati u fl-addozjoni ta’ dik l-emenda. (5) Il-Komunità addottat miżuri fil-qasam kopert mill-emenda, b’mod partikolari fir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sustanzi li jħassru s-saff ta’ l-ożonu [7], u għandha, għalhekk, taċċetta impenni internazzjonali f’dak il-qasam. (6) Hu neċessarju għall-Komunità li tapprova ir-Raba’ Emenda għall-Protokoll ta’ Montreal minħabba li d-disposizzjonijiet għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni u mal-kummerċ ta’ sustanzi kontrollati bejn il-Komunità u Partiti oħra, l-implimentazzjoni li r-responsabbiltà tagħha hi tal-Komunità. IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Raba’ Emenda għall-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jħassru s-saff ta’ l-ożonu hu hawnhekk approvat f’isem il-Komunità. It-test ta’ din l-Emenda huwa aness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzat biex jinnomina persuna jew persuni bil-poter li jiddepożitaw l-istrumenti tal-approvazzjoni ta’ din ir-Raba’ Emenda f’isem il-Komunità mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bi qbil ma’ l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Protezzjoni tas-Saff ta’ L-Ożonu kif jinqara flimkien ma’ l-Artikolu 3 tar-Raba’ Emenda għall-Protokoll ta’ Montreal. Artikolu 3 Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Marzu 2002. F’isem il-Kunsill Il-President J. Matas I Palou [1] ĠU C 213 E, 31.07.01, p. 251. [2] Opinjoni mogħtija fit- 2.10.2001 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 297, 31.10.88, p. 8. [4] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 28. [5] ĠU L 33, tas-7.2.1994, p. 1. [6] ĠU L 272, tal-25.10.2000, p. 26. [7] ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 1. --------------------------------------------------