Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1840

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1840/2001 tad-19 ta’ Settembru 2001 li jemenda għat-tielet darba r-Regolament (KE) Nru 23/2001 li jistabbilixxi miżuri speċjali għas-settur taċ-ċanga li ma jsegwux il-provvedimenti tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, ir-Regolament (KEE) Nru 3719/88, ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u r-Regolament (KEE) Nru 1964/82

ĠU L 251, 20.9.2001, p. 4–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1840/oj

32001R1840



Official Journal L 251 , 20/09/2001 P. 0004 - 0005


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1840/2001

tad-19 ta’ Settembru 2001

li jemenda għat-tielet darba r-Regolament (KE) Nru 23/2001 li jistabbilixxi miżuri speċjali għas-settur taċ-ċanga li ma jsegwux il-provvedimenti tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, ir-Regolament (KEE) Nru 3719/88, ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u r-Regolament (KEE) Nru 1964/82

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq għaċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1512/2001 [2], u partikolarment l-Artikolu 29(2)(a), l-Artikolu 33(12) u l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1) Il-miżuri għall-ħarsien tas-saħħa adottati mill-awtoritajiet ta’ ċerti pajjiżi li mhumiex Membri dwar l-esportazzjoni ta’ annimali bovini u l-laħam ta’ dawk l-annimali biex jikkumbattu l-BSE kellhom konsegwenzi ekonomiċi serji għall-esportaturi.

(2) Il-każi tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tfaċċaw f’diversi Stati Membri wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri protettivi skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u zootekniċi applikabbli fil-kummerċ fil-Komunità f’ ċerti annimali ħajjin u l-prodotti bil-għan li jiġi kompletat is-suq intern [3], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 92/118/KEE [4], u partikolarment l-Artikolu 10 tagħha, u skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar il-kontrolli veterinarji fil-kummerċ fil-Komunità bil-għan li jiġi kompletat is-suq intern [5], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 92/118/KEE, u partikolarment l-Artikolu 9 tagħha.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 23/2001 [6], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 908/2001 [7], daħħal miżuri biex jillimitaw il-konsegwenzi serji ta’ dawk il-miżuri.

(4) Il-miżuri għall-ħarsien tas-saħħa adottati minn ċerti ċerti pajjiżi li mhumiex Membri dwar esportazzjoni mill-Komunità għadhom iseħħu u f’ċerti każi ġew imsaħħin. Minħabba din is-sitwazzjoni, ċerti skadenzi għandhom jiġu mtawwla, għalkemm mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2001.

(5) Il-miżuri maħsuba f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 23/2001 huwa sostitwit minn dan li ġej:

"L- Artikolu 2

1. Fuq it-talba ta’ min ikollu l-liċenza, liċenzi għall-esportazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1445/95 li kienet saret l-applikazzjoni għalihom sat-30 ta’ Marzu 2001 għandhom, jekk il-validità tagħhom ma skadietx qabel l-1 ta’ Novembru 2000, tiġi kkanċellata u s-sigurtà rilaxxjata.

2. Fuq applikazzjoni mill-esportatur fil-każ tal-prodotti li sat-30 ta’ Marzu 2001:

- il-formalitajiet tad-dwana dwar l-esportazzjoni kienu ġew kompletati jew li kienu mqegħda skond xi waħda mill-proċeduri tal-kontroll tad-dwana msemmija fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80, l-iskadenza ta’ 60 jum biex tinħareġ mit-territorju tad-dwana tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 32(1)(b)(i) tar-Regolament (KEE) Nru 1291/2000 u l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 huwa estiż sa l-31 ta’ Diċembru 2001,

- il-formalitajiet tad-dwana dwar l-esportazzjoni kienu ġew kompletati imma ma kienux leħqu telqu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità jew li kienu mqegħda taħt xi waħda mill-proċeduri tal-kontroll tad-dwana msemmija fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80, l-esportatur għandu jrodd lura kull rifuzjoni li jkun tħallas bil-quddiem u d-diversi titoli ta’ sigurtà li jkollhom x’ jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet għandhom jiġu rilaxxjati,

- il-formalitajiet tad-dwana kienu ġew kompletati u li kienu telqu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità, jistgħu jinġabu lura u rilaxxjati għal ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità. L-esportatur għandu jrodd lura kull rifuzjoni li jkun tħallas bil-quddiem u d-diversi titoli ta’ sigurtà li jkollhom x’ jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet għandhom jiġu rilaxxjati

- il-formalitajiet tad-dwana kienu ġew kompletati u li kienu telqu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità, jistgħu jinġiebu lura biex jitqegħdu taħt proċedura sospensiva f’żona ħielsa, maħżen ħieles jew f’maħżen tad-dwana sal-31 ta’ Dicembru 2001 sakemm jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhomn.; dan ma għandux jaffettwa l-ħlas tar-rifuzjoni għad-destinazzjoni finali attwali jew is-sigurtà ddepożitata dwar il-liċenza."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika għall-operazzjonijiet li għalihom deċiżjoni finali għadha ma ġietx adottata.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Settembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[2] ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 1

[3] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[4] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[5] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

[6] ĠU L 3, tas-6.1.2001, p. 7.

[7] ĠU L 127, tad-9.5.2001, p. 33.

--------------------------------------------------

Top