Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0826

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 826/2001 tas-27 ta’ April 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 590/2001 li jidderoga minn, u jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fir-rigward tax-xiri tal-laħam taċ-ċanga għall-ħażna.

    ĠU L 120, 28.4.2001, p. 7–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/826/oj

    32001R0826



    Official Journal L 120 , 28/04/2001 P. 0007 - 0008


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 826/2001

    tas-27 ta’ April 2001

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 590/2001 li jidderoga minn, u jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fir-rigward tax-xiri tal-laħam taċ-ċanga għall-ħażna.

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella [1], u b’mod partikolari Artikolu 47(8) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2001 [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 719/2001 [3], jintroduċi numru ta’ emendi u derogi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2000 [4] sabiex tiġi trattata s-sitwazzjoni eċċezzjonali tas-suq b’riżultat tal-ġrajjiet reċenti assoċjati ma’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina (ESB). L-epidemija sussegwenti tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (MID) ħolqot il-ħtieġa ta’ xi emendi oħra.

    (2) B’deroga minn Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000, Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 590/2001 jiddisponi għax-xiri għall-ħażna ta’ kwarti ta’ quddiem b’ħames kustilji. Fid-dawl ta’ l-esperjenza, għandhom jiġu stabbiliti ċerti regoli dwar it-teħid tal-kwarti.

    (3) Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 590/2001 jaħseb, fir-rigward ta’ l-ewwel żewġ proċeduri għal offerti għal xogħol bl-appalt tat-tieni tliet xhur ta’ l-2001, għall-possibbiltà ta’ xiri għall-ħażna ta’ karkassi li jiżnu aktar mill-piż massimu filwaqt li l-prezz tax-xiri għall-ħażna b’hekk ikun ristrett għall-prezz tal-piż massimu awtorizzat. Biex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tax-xiri ta’ kwarti ta’ quddiem għandha tiġi applikata restrizzjoni relatata mat-tieni proċedura ta’ offerti għal xogħol bl-appalt billi l-prezz tagħhom tax-xiri għall-ħażna jiġi limitat għal 40 % tal-piż massimu li jitħallas għal karkassi.

    (4) Ir-Regolament (KE) Nru 590/2001 irid għalhekk jiġi emendat.

    (5) Minħabba kif żviluppaw l-affarijiet dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament.

    (6) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 590/2001 huwa emendat kif ġej:

    1. Artikolu 1(3) jiġi sostitwit bit-test li ġej:

    "3. Minkejja Artikolu 4(2)(g) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000, għat-tieni tliet xhur ta’ l-2001 il-piż massimu tal-karkassi msemmijin fih għandu jkun:

    - 430 kg għall-ewwel proċedura ta’ offerti għal xogħol bl-appalt; madankollu, karkassi li jiżnu aktar minn 430 kg jistgħu jinxtraw bl-intervent imma f’dak il-każ il-prezz imħallas tax-xiri għall-ħażna m’għandux jeċċedi l-prezz għal dak il-piż massimu,

    - 430 kg għat-tieni proċedura ta’ offerti għal xogħol bl-appalt; madankollu, karkassi li jiżnu aktar minn 430 kg jistgħu jinxtraw bl-intervent iżda f’dak il-każ il-prezz mħallas tax-xiri għall-ħażna m’għandux jeċċedi l-prezz għal 40 % tal-piż massimu li jitħallas,

    - 410 kg għat-tielet u r-raba’ proċeduri ta’ offerti għal xogħol bl-appalt,

    - 390 kg għall-aħħar żewġ proċeduri ta’ offerti għal xogħol bl-appalt.";

    2. F’Artikolu 1 jiżdied il-paragrafu 5a li ġej wara l-paragrafu 5:

    "5a. Minkejja Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru. 562/2000, fejn it-teħid huwa limitat għall-kwarti ta’ quddiem, dawn ta’ l-aħħar iridu jiġu ppreżentati flimkien mal-kwarti korrispondenti ta’ wara sabiex jiġu aċċettati mill-aġenzija ta’ l-intervent, sabiex il-piż massimu, il-preżentazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-karkassi minn fejn ikunu oriġinaw jistgħu jiġu verifikati.

    Madankollu, fejn tkun ġiet mwettqa spezzjoni preliminari tal-kwarti ta’ quddiem u ta’ wara bil-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu, il-kwarti ta’ quddiem li jkunu ġew aċċettati waqt dik l-ispezzjoni jistgħu jiġu ippreżentati mingħajr il-kwarti ta’ wara għat-teħid definittiv fiċ-ċentru ta’ l-interventi wara li jkunu ġew trasportati hemm ġo mezz ta’ trasport issiġillat."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ April 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

    [2] ĠU L 86, tas-27.3.2001, p. 30.

    [3] ĠU L 100, tal-11.4.2001, p. 13.

    [4] ĠU L 68, tas-16.3.2000, p. 22.

    --------------------------------------------------

    Top