This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R0610
Commission Regulation (EC) No 610/2001 of 29 March 2001 amending Regulation (EC) No 708/98 on the taking over of paddy rice by the intervention agencies and fixing the corrective amounts and the price increases and reductions to be applied
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 610/2001 tad-29 ta’ Marzu 2001 li jemenda Regolament (KE) Nru 708/98 fuq it-teħid ta’ ross bil-ħliefa mill-aġenziji li jintervjenu u l-iffissar ta’ l-ammonti korrettivi u ż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz li għandu jiġi applikat
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 610/2001 tad-29 ta’ Marzu 2001 li jemenda Regolament (KE) Nru 708/98 fuq it-teħid ta’ ross bil-ħliefa mill-aġenziji li jintervjenu u l-iffissar ta’ l-ammonti korrettivi u ż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz li għandu jiġi applikat
ĠU L 90, 30.3.2001, p. 17–19
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R0489
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31998R0708 | Emenda | ART2.2 | 01/04/2001 | |
Modifies | 31998R0708 | Sostituzzjoni | ANN2 | 01/04/2001 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32005R0489 | 01/04/2005 |
Official Journal L 090 , 30/03/2001 P. 0017 - 0019
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 610/2001 tad-29 ta’ Marzu 2001 li jemenda Regolament (KE) Nru 708/98 fuq it-teħid ta’ ross bil-ħliefa mill-aġenziji li jintervjenu u l-iffissar ta’ l-ammonti korrettivi u ż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz li għandu jiġi applikat IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 fuq l-organizzazjoni komuni tas-suq tar-ross [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1667/2000 [2], u b’mod partikolari Artikolu 8 ta’ l-istess Regolament, Billi: (1) Il-kondizzjonijiet għat-teħid ta’ ross bil-ħliefa mill-aġenziji li jintervjenu ġià jeżistu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 708/98 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 691/1999 [4]. Artikolu 2 tar-Regolament jistipula l-kondizzjonijiet li taħthom ir-ross jista’ jiġi aċċettat għall-intervenzjoni u Artikolu 3 jsemmi l-kriterji applikabbli għal żidiet u tnaqqis fil-prezz, b’mod partikolari fir-rigward ta’ prodott wara l-ipproċċessar. (2) L-esperjenza uriet f’dawn l-aħħar snin ta’ marketing li l-produzzjoni tar-ross wara l-ipproċċessar offrut għall-intervenzjoni hija ġeneralment ogħla mill-produzzjoni bażika elenkata f’Parti B ta’ Anness II tar-Regolament (KE) Nru 708/98. (3) Sabiex jissaħħaħ is-sehem ta’ l-intervenzjoni bħala xibka ta’ lqugħ u sabiex jinkoraġġixxi l-produzzjoni ta’ ross ta’ kwalità għolja, il-kriterji għall-intervenzjoni għandhom jiġu ssikkati. (4) L-aġġustament tal-produzzjoni wara l-ipproċċessar elenkat f’Parti B ta’ Anness II tar- Regolament (KE) Nru 708/98, flimkien ma’ kull tnaqqis fil-prezz kurrenti u t-tnaqqis ta’ tolleranzi għad-diverġenza mill-produzzjoni bażika, jidhru li huma l-aktar modi effettivi biex tiġi inkoraġġita l-produzzjoni ta’ ross ta’ kwalità għolja u, fl-istess ħin, li tiżgura l-kwalità għolja ta’ ross maħżun mill-aġenziji ta’ intervenzjoni. (5) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali ma tax l-opinjoni fiż-żmien iffissat mill-President tiegħu, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 708/98 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. It-tieni indent ta’ Artikolu 2(2) huwa sostitwit b’dan: "– il-produzzjoni wara l-ipproċċessar m’hijiex inqas minn 7 punti taħt mill-produzzjoni bażika elenkata f’Parti B ta’ Anness II,". 2. Anness II huwa ssostitwit bl-Anness ta’ hawnhekk. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta’ April 2001. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli f’kull Stat Membru. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Marzu 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18. [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 3. [3] ĠU L 98, tal-31.3.1998, p. 21. [4] ĠU L 87, tal-31.3.1999, p. 8. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS II A. Żidiet u tnaqqis fil-prezzijiet relatati mal-produzzjoni wara l-ipproċċessar Produzzjoni minn ross bil-ħliefa fl-għamla ta' qmuħ sħaħ ta' ross mitħun | Żidiet u tnaqqis fil-prezz għal kull unità ta' produzzjoni | Aktar mill-produzzjoni bażika | Żieda fil-press ta' 0,75 % | Inqas mill-produzzjoni bażika | Tnaqqis fil-prezz ta' 1 % | Produzzjoni sħiħa mir-ross bil-ħliefa fil-forma ta’ ross mitħun | Żieda u tnaqqis fil-prezz għal kull unità ta’ prodott | Aktar mill-produzzjoni bażika | Żieda fil-press ta’0,60 % | Anqas mill-produzzjoni bażika | Tnaqqis fil-prezz ta’ 0,80 % | B. Produzzjoni bażika wara l-ipproċċessar Deskrizzjoni tal-kwalità tar-ross | Produzzjoni tal-qmuħ sħaħ (%) | Produzzjoni totali (%) | Carillon | 66 | 70 | Argo, Selenio, Couachi | 65 | 72 | Alpe, Arco, Balilla, Balilla GG, Balilla Sollana, Bomba, Bombon, Colina, Elio, Flipper, Frances, Lido, Riso, Matusaka, Monticili, Pegoni, Sara, Strella, Thainato, Thaiperla, Ticinese, Veta, Leda, Mareny, Clot, Albada, Guadiamar | 64 | 72 | Ispaniko A, Makedonia | 63 | 72 | Bravo, Europa, Loto, Riva, Rosa Marchetti, Savio, Veneria | 62 | 71 | Tolima | 62 | 70 | Inka | 62 | 69 | Arôme | 61 | 72 | Alfa, Ariete, Bahija, Karola, Ċigalon, Corallo, Kripto, Kristal, Drago, Eolo, Ġirona, Gladio, Graldo, l-Indjo, Italico, Jucar, Koral, Lago, Lemont, Mercurio, Miara, Molo, Navile, Niva, Onda, Padano, Panda, Pierina, Marketti, Ribe, Ringo, Rio S. Andrea, Saturno, Senia, Sequial, Smeraldo, Star, Stirpe, Vela, Vitro, Kalca, Dion, Zeus | 61 | 71 | Strymonas | 61 | 70 | Anseatiko, Arlesienne, Baldo, Belgioioso, Betis, Euribe, Italpatna, Marathon, Redi, Ribello, Rizzotto, Rocca, Roma, romanico, Romeo, Tebre, Volano | 60 | 71 | Bonnet Bell, Rita, Silla, Thaibonnet, L 202, Puntal | 59 | 71 | Evropi, Melas | 59 | 69 | Arborio, Arlatan, Blue Belle, Blue Belle "E", Blue Bonnet, Calendal, Razza 82, Rea | 57 | 71 | Cesariot, Maratelli, Precoce Rossi | 57 | 69 | Carnaroli, Elba, Vialone Nano | 56 | 71 | Delta | 56 | 69 | Axios | 56 | 66 | Roxani | 56 | 65 | Irat 348, Mana | 46 | 66 | Pygmalion | 51 | 70 | Varjetajiet mhux speċifikati | 63 | 71 | --------------------------------------------------