EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0590

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2001 tas-26 ta’ Marzu 2001 li jidderoga minn u jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga

ĠU L 86, 27.3.2001, p. 30–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2006: This act has been changed. Current consolidated version: 02/06/2001

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/590/oj

32001R0590



Official Journal L 086 , 27/03/2001 P. 0030 - 0032


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2001

tas-26 ta’ Marzu 2001

li jidderoga minn u jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], u b’mod partikolari Artikolu 38(2) u Artikolu 47(8) tiegħu,

Billi:

(1) L-avvenimenti riċenti li jinvolvu l-enċefalopatija sponġiforma ta’ l-ifrat (BSE) ħolqu telf serju fil-fiduċja tal-konsumatur dwar is-sigurezza tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella. Dan wassal għal tnaqqis qawwi fil-konsum tal-laħam taċ-ċanga u tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet, li jistgħu jdumu għal xi żmien. B’riżultat ta’ dan, is-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella huwa mfixkel serjament u hemm ir-riskju li jista’ jikkollassa għal kollox.

(2) Minħabba is-sitwazzjoni tas-suq imfissra hawn fuq u biex tittejjeb l-effettività tal-miżuri li jridu jittieħdu, għandhom jiġu aċċettati prodotti addizzjonali għall-intervent, kif ipprovvdut bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2000 tal-15 ta’ Marzu 2000 li jistabbilixxi regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 503/2000 [3], il-karkassi tal-bhejjem li jaqbżu l-piż massimu permess bħal issa u li kellhom jinżammu għal perjodu itwal minn dak normali minħabba d-domanda baxxa għandhom jiġu aċċettati u, finalment, iż-żieda li trid tiġi applikata għall-prezz medju fis-suq sabiex jiġi kkalkolat il-prezz massimu tax-xiri għall-ħażna għandu jiġi aġġustat temporanjament sabiex jitqiesu, b’mod partikolari, in-nefqa miżjuda u d-dħul imnaqqas fis-settur.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 716/96 tad-19 ta’ April 1996 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq tal-laħam taċ-ċanga fir-Renju Unit [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1176/2000 [5], li adotta miżuri speċjali rigward il-bhejjem tal-fart imkabbra fir-Renju Unit u li għandhom aktar minn 30 xahar għomor. Dawn il-miżuri jinkludu l-qatla u l-qerda sossegwenti ta’ dawn il-bhejjem. Il-bhejjem kastrati mir-Renju Unit li jaqbżu dan il-għomor mhumiex għalhekk eliġibbli għall-intervent pubbliku. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/764/KE [6], kif l-aħħaremendata bid-Deċiżjoni 2001/8/KE [7] dwar it-testjar tal-bhejjem tal-fart għall-preżenza ta’ l-enċefalopatija sponġiforma tal-frat, tistabbilixxi illi l-bhejjem tal-fart kollha li għandhom aktar minn għomor ta’ 30 xahar bla ħsara għall-qatla normali għall-konsum mill-bniedem iridu jiġu eżaminati b’wieħed mit-testijiet imħaffa approvati elenkati f’Anness IVa mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/272/KE [8] l-aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2001. Il-bhejjem li ma jkunux ġew soġġetti għal dawn it-testijiet ma għandhomx għalhekk jiġu aċċettati għall-intervent pubbliku bil-ħsieb tad-disponiment sossegwenti fis-suq.

(4) Sabiex tippermetti lill-intervent li jkollu rwol sħiħ meta ffaċċjat b’din is-sitwazzjoni serja, l-aċettazzjoni għall-intervent tal-kwarti ta’ quddiem għandha wkoll tiġi awtorizzata, bil-prezz jinħareġ mill-prezz tal-karkassa.

(5) Artikoli 10 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 562/2000 jiddefinixxi l-perjodi taż-żmien sabiex jiġu ssottomessi l-offerti u għall-kunsinna rispettivament. Minħabba d-dati li fihom jiġu l-btajjel pubbliċi fit-tieni kwart tas-sena 2001, għal raġunijiet prattiċi għandhom jiġu mibdula d-dati tal-għeluq għas-sottomissjoni ta’ l-offerti fit-tieni kwart tas-sena u għall-kunsinna ta’ l-aħħar proċedura ta’ l-offerti fl-ewwel kwart tas-sena 2001.

(6) Sabiex jiġi ttrattat id-disburb miżjud tas-suq li jista’ jirriżulta mid-dħul fis-suq ta’ numru ta’ bhejjem maskili tal-ħażna li joriġina fil-Komunità, li jkunu nżammu fuq l-azjendi tagħhom ta’ l-oriġini minħabba n-nuqqas tad-domanda u li għalihom dawn l-azjendi ma’ jkollhomx aktar għalf, għandhom jiġu adottati l-miżuri meħtieġa ta’ appoġġ skond Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 u li jiġi permess ix-xiri għall-ħażna tal-karkassi ta’ dawn il-bhejjem. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat ix-xiri għall-ħażna tal-bhejjem li jkunu kważi lesti għas-suq, għandu jitqiegħed limitu fuq il-piż tal-karkassi eliġibbli skond dawn l-arranġamenti. Ġaladarba l- bhejjem tal-fart tar-razez elenkati f’Anness I mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2342/1999 tat-28 ta’ October 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella rigward l-iskemi tal-premiums [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 192/2001 [10], ma jitqesux li jappartjienu għal razza ta’ bhejjem tal-laħam, ma għandhomx ikunu eliġibbli għal dan it-tip ta’ intervent. Sabiex jiġi evitat illi tingħata għajnuna doppja, għandu jiġi introdott mekkaniżmu fejn il-ħlas tal-prezz tax-xiri għall-ħażna jsir bil-kondizzjoni li l-produttur ma jkunx applika għall-premium speċjali riferit f’Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 rigward il-bhima interessata. Finalment, huma meħtieġa wkoll aktar żidiet ma’ l-iskema normali ta’ l-intervent kif stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jew derogi minnha.

(7) Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 562/2000 jawtorizza lill-Istati Membri li jneħħu l-għadam mill-laħam kollu jew minn parti minnu mixtri għall-ħażna. Minħabba l-kriżi korrenti, il-ħtieġa li jitneħħa l-għadam mill-laħam kollu tista’ tgħin biex jitbattal l-ispażju għall-ħażna meħtieġ sabiex ilaħħaq mal-volumi kbar tal-laħam taċ-ċanga li x’aktarx jinxtraw għall-ħażna, u jista’ jgħin id-disponiment sossegwenti tal-laħam. Artikolu 20 imsemmi għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq, waqt li jingħata żmien biżżejjed lill-Istati Membru sabiex jintroduċu l-miżura.

(8) B’konsegwenza ta’ dan, għandu jkun hemm deroga mir-Regolament (KE) Nru 562/2000 jew għandu jiġi emendat.

(9) Il-Kumitat Maniġerjali tal-Laħam taċ-¬anga u l-Vitella ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien iffissat mill-President tiegħu,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Minkejja Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000, il-prodotti addizzjonali li jistgħu jinxtraw għall-ħażna għall-intervent għandhom ikunu kif ġej:

- il-kategorija A, il-klassi O2 l-u klassi O3,

- l-Irlanda il-kategorija Ċ, il-klassi O4,

- ir-Renju Unit - l-Irlanda ta’ Fuq: il-kategorija Ċ, il-klassi O4,

2. B’deroga mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEC) Nru 562/2000 jew b’żieda miegħu:

(a) Dan li ġej ma għandux jixtara għall-ħażna għall-intervent:

(i) il-karkassi u n-nofs karkassi tal-bhejjem ikkastrati mkabbra fir-Renju Unit li għandhom aktar minn 30 xahar għomor;

(ii) fl-Istati Membri l-oħra, il-karkassi u n-nofs karkassi ta’ bhejjem ikkastrati li għandhom aktar minn 30 xahar għomor u li ma jkunux ġew issoġġettati għal wieħed mit-testijiet imħaffa approvati elenkati f’Anness IVa mad-Deċiżjoni 98/272/KE;

(b) il-kwarti ta’ quddiem b’ħames kustilji miksuba billi tintuża qatgħa dritta mill-karkassi jew in-nofs karkassi riferiti f’Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000; il-prezz tal-kwarti ta’ quddiem għandu jiġi kkalkolat billi jiġi applikat il-koeffiċjent ta’ 0,80 mal-prezz tal- karkassi.

3. Minkejja Artikolu 4(2)(g) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000, għat-tieni kwart tas-sena 2001, il-piż massimu tal-karkassi riferit fih għandu jkun ta’:

- 430 kg għall-ewwel żewġ proċeduri ta’ l-offerti,

- 410 kg għat-tielet u r-raba’ proċeduri ta’ l-offerti,

- 390 kg għall-aħħar żewġ proċeduri ta’ l-offerti.

4. Minkejja l-ewwel sentenza ta’ Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 562/2000, il-limitu taż-żmien sabiex jiġu ssottomessi l-offerti fit-tieni kwart tas-sena 2001 għandu jkun nofsinhar (ħin ta’ Brusel) tad-dati li ġejjin:

- is-17 ta’ April,

- l-1, il-15 u d-29 ta’ Mejju,

- it-12 u s-26 ta’ Ġunju.

5. Minkejja Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000, il-perjodu tal-kunsinna għall-aħħar proċedura ta’ l-offerti f’Marzu 2001 għandu jintemm fil-21 ta’ April 2001.

6. Minkejja Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 562/2000:

(a) fil-każ ta’ sejħa għall-offerti skond Artikolu 47(3) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, l-ammont li jrid jiżdied mal-prezz medju tas-suq għandu jkun ta’ 14 Ewro għal kull 100 kg piż tal-karkassa;

(b) fil-każ tas-sejħiet għall-offerti skond Artikolu 47(5) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, l-ammont li għandu jiżdied mal-prezz medju tas-suq għandu jkun ta’ 7 Ewro għal kull 100 kg piż tal-karkassa;

7. Ix-xiri għall-ħażna skond ir-Regolament (KE) Nru 562/2000 u dan ir-Regolament għandu wkoll ikun miftuħ għall-karkassi u n-nofs karkassi tal-bhejjem maskili ta’ oriġini Komunitarju taħt il-għomor ta’ 12-il xahar fil-kategorija A u taħt il-għomor ta’ 4-il xahar fil-kategorija Ċ.

F’dan il-każ:

- il-bhejjem għandhom ikunu tar-razez mhux elenkati f’Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2342/1999,

- il-piż tal-karkassa għandu jkun bejn il-140 u l-200 kg u l-karkassi ma għandu jkollhom l-ebda deformità jew anomalija fil-piż vis-a-vis il-għomor tal-bhima,

- meta l-karkassi u n-nofs karkassi ppreżentati għall-intervent ikunu ta’ bhejjem li jkollhom mill-anqas il-għomor ta’ 9 xhur, il-prezz tax-xiri għall-ħażna li għandu jitħallas lil min jirbaħ l-offerta għandu jitnaqqas bi 68 Ewro għal kull nofs karkassa kkunsinnata. Madankollu, meta tiġi pprovvduta prova li ma tkun saret l-ebda applikazzjoni għall-premium speċjali dwar il-bhima interessata, dan it-tnaqqis ma għandux jiġi applikat,

- il-prezz offrut għandu jkun mingħajr referenza għall-kwalità tal-prodott,

- Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000 għandu japplika għax-xiri għall-ħażna kif riferit f’dan l-Artikolu. Madankollu, il-koeffiċjent stabbilit jista’ jkun differenti minn dawk stabbiliti skond dan l-Artikolu fil-każ tax-xiri għall-ħażna ta’ prodotti oħra

- id-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 562/2000 ma għandhomx japplikaw;

(a) Artikolu 4(3)(b) u (ċ), bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jirrigwardaw il-għoti tal-marki li jindikaw il-kategorija u n-numru tal-qatla;

(b) Artikolu 18(3);

(ċ) Artikolu 20 fil-każ tal-bhejjem li jkollhom anqas minn 12-il xahar għomor;

(d) Artikolu 36;

(e) it-tagħrif f’Anness II li għandu x’jaqsam mal-klassifika tal-prodotti.

Barra minn dan, rigward il-prodotti mixtrija skond dan l-Artikolu:

- minkejja Artikolu 11(5)(a) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000, l-offerti għandhom mill-inqas ikollhom x’jaqsmu ma’ 5 tunellati metriċi,

- meta jinnotifikaw l-offerti lill-Kummissjoni, l-aġenziji ta’ l-intervent iridu jispeċifikaw il-kwantitajiet interessati,

- dawn il-prodotti għandhom jinħażnu separatament, skond il-proċedura ta’ l-offerta jew skond ix-xahar tal-ħażna, f’lottijiet li jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment,

- in-notifiki provduti f’Artikolu 31(1), (2), (3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000 għandhom jintbagħtu separatament minn dawk meħtieġa għal prodotti oħra ta’ l-intervent.

Artikolu 2

Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 562/90 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 20

Il-Ħtieġa tat-tneħħija tal-għadam

L-aġenziji ta’ l-intervent għandu jkollhom il-laħam kollu mixtri għall-ħażna bil-għadam imneħħi."

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 1 għandu japplika għall-proċeduri ta’ l-offerti miftuħa matul it-tieni kwart tas-sena 2001. Iżda, il-punt 5 għandu japplika għall-aħħar proċedura ta’ l-offerta miftuħa f’Marzu 2001.

Artikolu 2 għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2001.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Marzu 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[2] ĠU L 68, tas-16.3.2000, p. 22.

[3] ĠU L 73, tal-15.3.2001, p. 16.

[4] ĠU L 99, tal-20.4.1996, p. 14.

[5] ĠU L 131, ta’ l-1.6.2000, p. 37.

[6] ĠU L 305, tas-6.12.2000, p. 35.

[7] ĠU L 2, tal-5.1.2001, p. 28.

[8] ĠU L 122, ta’ l-24.4.1998, p. 59.

[9] ĠU L 281, ta’ l-4.11.1999, p. 30.

[10] ĠU L 29, tal-31.1.2001, p. 27.

--------------------------------------------------

Top