Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0587

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 587/2001 tas-26 ta’ Marzu 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2461/1999 li jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 fir-rigward ta’ użu ta’ art imwarrba apposta maħsuba għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-manifattura fil-Komunità ta’ prodotti mhux maħsuba primarjament għall-konsum tal-bniedem

    ĠU L 86, 27.3.2001, p. 15–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/587/oj

    32001R0587



    Official Journal L 086 , 27/03/2001 P. 0015 - 0017


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 587/2001

    tas-26 ta’ Marzu 2001

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2461/1999 li jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 fir-rigward ta’ użu ta’ art imwarrba apposta maħsuba għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-manifattura fil-Komunità ta’ prodotti mhux maħsuba primarjament għall-konsum tal-bniedem

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1251/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jwaqqaf sistema ta’ sostenn għall-produtturi ta’ ċerti wċuħ tar-raba [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1672/2000 [2] u b’mod partikolari Artikolu 9 tiegħu,

    Billi:

    (1) Qanneb li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 5302 sab użu ġdid industrijali, per eżempju f’panewwijiet ta’ insulazzjoni jew fil-manifattura tal-brikks, mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa, f’ċerti każi, li tiġi separata l-fibra mill-parti ta’ l-għuda taz-zokk. Dan huwa użu mhux għall-ikel li jilħaq l-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2461/1999 tad-19 ta’ Novembru 1999 li jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 fir-rigward ta’ l-użu ta’ l-art imwarrba apposta għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-manifattura fil-Komunità ta’ prodotti mhux primarjament maħsuba għall-konsum tal-bniedem [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2555/2000 [4].

    (2) Sat-tmiem tas-sena tas-suq 2000/01, qanneb maħsub għal dan it-tip ta’ użu jikkwalifika għal għajnuna tal-Komunità taħt l-organizzazzjoni tas-suq tal-kittien u l-qanneb regolat bir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1308/70 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 [6], u (KEE) Nru 619/71 [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1420/98 [8], u r-Regolament tal-Kummissjoni EEC) Nru 1164/89 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1313/2000 [10]. B’effett mis-sena kummerċjali 2001/02, il-qanneb għandu jiġi nkluż fis-sistema ta’ sostenn għall-produtturi ta’ ċerti wċuħ tar-raba stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1251/1999. Iżda, biss qanneb maħsub għall-produzzjoni ta’ fibra għandu jikkwalifika għall-għajnuna reġjonali li għaliha jipprovdi dak ir-Regolament u għajnuna ta’ l-ipproċessar li għaliha jipprovdi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-kittien u l-qannebimkabbar għall-fibra [11]. Billi m’hemm ebda riskju taħt iċ-ċirkostanzi ta’ ħlasijiet moltiplikati ta’ għajnuna tal-Komunità kif eskluża bir-Regolament (KE) Nru 2461/1999, qanneb għall-ipproċessar fi prodotti mhux koperti bir-Regolament (KE) Nru 1673/2000 jista’ jiżdied f’Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2461/1999.

    (3) Biex jiġi evitat it-tkabbir illegali ta’ qanneb, it-termini ta’ koltivazzjoni u miżuri speċifiċi ta’ kontroll imniżżla għall-qanneb għall-produzzjoni ta’ fibra skond ir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/1999 [12], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2860/2000 [13], għandhom jiġu imposti.

    (4) Barra minn hekk teknoloġija ġdida tas-sħana ġiet żviluppata li biha heaters jistgħu issa jużaw ċereali totalment mhux proċessati jew ċertu żerriegħa taż-żejt bħal fażola tas-soya jew nevew, kolza jew żerriegħa tal-ġirasol bħala karburanti. Din il-materja prima tista’ wkoll tiġi proċessata fl-irżiezet għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti bħal żejt mhux maħdum tal-kolza jew għall-produzzjoni ta’ l-enerġija, bħal per eżempju l-elettriku. L-użu ta’ din il-materja prima, li għandha valur għoli ta’ sħana, huwa użu mhux għall-ikel li hu skond l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 2461/1999.

    (5) Biex jiġi faċilitat l-użu ta’ din il-materja prima bħala karburanti, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi li jawtorizzaw il-ħruq ta ‘ ċereali jew żerriegħa taż-żejt maħsuda fuq art imwarrba apposta ta’ l-applikant f’heaters użat fir-razzett agrikolu ta’ l-applikant.

    (6) Biex jiġi evitat li din il-materja prima tintuża għal għanijiet oħra, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-miżuri stipulati għall-għoti ta’ għajnuna jiġu applikati kif imiss u jipprovdu b’mod partikolari għas-snaturazzjoni taċ-ċereali jew żerriegħa taż-żejt.

    (7) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2461/1999 huwa emendat kif ġej:

    1. Il-paragrafu li ġej 1a huwa miżjud ma’ Artikolu 3:

    "1a. Fil-każ ta’ wċuħ ta’ qanneb, il-ħlas għandu wkoll ikun suġġett għall-użu ta’ varjetajiet li l-kontenut tagħhom ta’ tetrahydrocannabinol ma jkunx jeċċedi 0,2 % u li huma elenkati f’Anness XII li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2316/1999 fil-15 ta’ Mejju li jiġi qabel is-sena kummerċjali li fiha jintalab l-ħlas. Iż-żrieragħ ta’ dawn il-varjetajiet għandhom ikunu ċertifikati skond id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE [14].

    Biex isir kontroll kif imniżżel f’Artikolu 21a ta’ dan ir-Regolament, il-qanneb għandu jkompli jitkabbar ta’ l-anqas għaxart ijiem oħra wara li joħroġ il-fjura. Iżda, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-qanneb jiġi maħsud qabel il-limitu ta’ għaxart ijiem jekk il-produttur in kwistjoni jkun ġa ġie ċertifikat skond Artikolu 21a jew jekk il-kontrolli kollha skond Artikolu 21a ikunu ġew mitmuma."

    2. Artikolu 3(4) huwa mibdul b’dan li ġej:

    "4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3 l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-applikanti:

    (a) li jużaw iċ-ċereali kollha jew iż-żerriegħa taż-żejt li taqa’ fil-kodiċi NM 12010090, ex12050090 u 12060091 maħsuda fuq ċerta art imwarrba apposta:

    (i) bħala karburanti biex jiġi msaħħan il-bini agrikolu tagħhom,

    (ii) għall-produzzjoni fuq il-bini agrikolu ta’ enerġija jew bijo-karburanti;

    (b) li jipproċessaw f’bijogass li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 27112900, fl-irziezet tagħhom, il-materja prima kollha maħsuda f’ċerta art imwarrba apposta.

    F’dan il-każ l-applikanti għandhom jintrabtu, permezz ta’ dikjarazzjoni mniżżla fil-kuntratt riferit f’Artikolu 4, li jużaw jew jipproċessaw direttament il-materja prima koperta bid-dikjarazzjoni.

    L-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subartikolu għandhom jintroduċi miżuri adegwati ta’ kontroll biex jiġi żgurat li l-materja prima tiġi direttament użata fir-razzett jew li tiġi proċessata f’bijogass li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2711 29 00. Barra minn hekk ċereali jew żerriegħa taż-żejt użati direttament fir-razzett bħala karburanti għandhom jiġu snaturati skond il-metodu stipulat mill-Istat Membru.

    Il-miżuri li għalihom jipprovdu s-subartikoli li jiġu qabel u kull emendi għalihom għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Novembru tas-sena li tiġi qabel is-sena tal-ħsad li għaliha jgħoddu l-miżuri. Fil-każ tas-sena kummercjali 2001/02, il-miżuri għandhom jiġu komunkati qabel il-31 ta’ Mejju 2001.

    Artikoli 4 sa 21 għandhom jgħoddu mutatis mutandis."

    3. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-aħħar ta’ Artikolu 5:

    "Fil-każ ta’ wiċċ ta’ qanneb, l-applikazzjoni għandha wkoll:

    (a) tipprovdi tagħrif dwar il-kwantità ta’ żerriegħa wżata, f’kilogrammi kull ettaru;

    (b) tkun akkumpanjata b’tikketti uffiċċjali introdotti taħt Artikolu 10 tad-Direttiva 69/208/KEE jew b’dispożizzjonijiet addottati skond dak l-Artikolu, li jidhru fuq l-ippakkeġġar taż-żerriegħa wżata.

    Meta ż-żriegħ sseħħ wara d-data finali tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet tal-ħlas, it-tikketti għandhom jinbagħtu mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju li jiġi wara li tkun intbagħtet l-applikazzjoni.

    L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li t-tikketti għandhom jintbagħtu lura lil-kabbar wara l-preżentazzjoni tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti fil-każi fejn huma meħtieġa li jiġu preżentati lill-awtoritajiet nazzjonali oħra."

    4. Artikolu 21a li ġej għandu jiżdied mas-Sezzjoni 9 tal-Kapitolu II:

    "Artikolu 21a

    Fil-każ ta’ wċuh tal-qanneb, is-sistema għall-verifika tal-kontenut ta’ tetrahydrocannabinol fil-qanneb stabbilita mill-Istati Membri għall-qanneb għall-produzzjoni tal-fibra skond Artikolu 5a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 u Artikolu 7b(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 2316/1999 għandha wkoll tkun tgħodd."

    5. Il-kodiċi NM li ġejja hija miżjuda ma’ Anness I:

    "ex: 53021000 | Pjanta tal-kannabis, fl-istat oriġinali tagħha jew imrattab għall-ipproċessar fi prodotti li mhumiex inklużi fir-Regolament Nru 1673/2000/KE (Cannabis Sativa L)" |

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Marzu 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.

    [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 13.

    [3] ĠU L 299, ta’ l-20.11.1999, p. 16.

    [4] ĠU L 292, tal-21.11.2000, p. 18.

    [5] ĠU L 146, ta’ l-4.7.1970, p. 1.

    [6] ĠU L 328, tat-13.12.2000, p. 2.

    [7] ĠU L 72, tas-26.3.1971, p. 2.

    [8] ĠU L 19, ta’ l-4.7.1998, p. 7.

    [9] ĠU L 121, tad-29.4.1989, p. 4.

    [10] ĠU L 148, tat-22.6.2000, p. 34.

    [11] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 16.

    [12] ĠU L 280, tat-30.10.1999, p. 43.

    [13] ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 63.

    [14] ĠU L 169, ta’ l-10.7.1969, p. 3.

    --------------------------------------------------

    Top