Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0409

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 409/2001 tat-28 ta’ Frar 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1162/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross

    ĠU L 60, 1.3.2001, p. 27–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/08/2003

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/409/oj

    32001R0409



    Official Journal L 060 , 01/03/2001 P. 0027 - 0028


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 409/2001

    tat-28 ta’ Frar 2001

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1162/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 13(11) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1667/2000 [4] u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 13(15) tiegħu,

    Billi:

    (1) Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2851/2000 [5] jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ tariffi ta’ kwoti Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u tranżitorja, ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli previsti fil-Ftehim Ewropew mal-Polonja. It-tneħħija tar-rifużjonijiet għall-qamħ komuni, għad-dqiq u n-nuħħala esportati lejn il-Polonja hija waħda mill-konċessjonijiet.

    (2) L-awtoritajiet Pollakki ntrabtu li jiżguraw li dawk il-konsenji biss ta’ prodotti tal-Komunità li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tas-CN 100190, 1101, 1102 u ex2302 u li għalihom ma tkun ingħatat ebda rifużjoni huma permessi li jiġu importati fil-Polonja. Għal dak l-għan, għandu jiddaħħal Artikolu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2110/2000 [7], li jipprovdi għall-obbligu li tiġi ppreżentata kopja awtentikata tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, inkluż tagħrif speċifiku li jiggarantixxi li ma tkun ingħatat ebda rifużjoni għall-prodotti msemmija fiha. Biex tiġi stabbilita rabta bejn il-prodotti importati u dawk indikati fil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, l-operaturi huma obbligati, biex waqt l-importazzjoni fil-Polonja, jippreżentaw kopja awtentikata tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni li jkun fiha tagħrif speċifiku li jirreferi għal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni.

    (3) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni taċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 7a li ġej għandu jiżdied mar-Regolament (KE) Nru 1162/95:

    "L- Artikolu 7a

    1. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu għall-esportazzjoni lejn il-Polonja ta’ pordotti li jaqgħu fil-kodiċijiet tas-CN 100190, 1101, 1102 u ex2302, bl-eċċezzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 230250, imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92.

    2. L-esportazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Polonja ta’ kopja ċertifikata tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa skond dan l-Artikolu 7(3a), u ma’ dan l-Artikolu, kopja debitament ċertifikata tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni għal kull kunsinna. L-oġġetti m’għandhomx ikunu ġew esportati qabel lejn pajjiż terz ieħor.

    3. Il-liċenzji għandu jkun fihom:

    (a) fil-kaxxa 7, il-kelma 'Polonja';

    (b) fil-kaxxa 15, deskrizzjoni ta’ l-oġġetti skond in-Nomenklatura Kombinata;

    (ċ) fil-Kaxxa 16, il-kodiċi bi tmien ċifri tan-Nomenklatura Kombinata u l-kwantità f’tunellati metriċi għal kull prodott imsemmi fil-kaxxa 15;

    (d) fil-kaxxi 17 u 18, il-kwantità totali tal-prodotti msemmija fil-kaxxa 16;

    (e) fil-kaxxa 20, wieħed minn dawn li ġejjin;

    - Exportación a Polonia. Artículo 7 bis del Reglamento (CE) no 1162/95

    - Udførsel til Polen. Artikel 7a i forordning (EF) nr. 1162/95

    - Ausfuhr nach Polen. Artikel 7a der Verordnung (EG) Nr. 1162/95

    - Εξαγωγή στην Πολωνία. Άρθρο 7α του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1162/95

    - Export to Poland. Article 7a of Regulation (EC) No 1162/95

    - Exportation en Pologne. Article 7 bis du règlement (CE) no 1162/95

    - Esportazione in Polonia. Articolo 7 bis del regolamento (CE) n. 1162/95

    - Uitvoer naar Polen. Artikel 7 bis van Verordening (EG) nr. 1162/95

    - Exportação para a Polónia. Artigo 7.oA do Regulamento (CE) n.o 1162/95

    - Vienti Puolaan. Asetuksen (EY) N:o 1162/95 7 a artikla

    - Export till Polen. Artikel 7a i förordning (EG) nr 1162/95;

    (f) fil-kaxxa 22, b’żieda mal-kliem previst fl-Artikolu 7(3a), wieħed minn dawn li ġejjin:

    - Sin restitución por exportación

    - Uden eksportrestitution

    - Ohne Ausfuhrerstattung

    - Χωρίς επιστροφή κατά την εξαγωγή

    - No export refund

    - Sans restitution à l'exportation

    - Senza restituzione all'esportazione

    - Zonder uitvoerrestitutie

    - Sem restituição à exportação

    - Ilman vientitukea

    - Utan exportbidrag;

    (g) Il-liċenzji għandhom ikunu validi biss għall-prodotti u l-kwantitajiet hekk speċifikati.

    4. Il-liċenzji maħruġa skond dan l-artikolu għandhom iġorru magħhom obbligazzjoni li ssir l-esportazzjoni lejn id-destinazzjoni li tidher fil-Kaxxa 7.

    5. Fuq it-talba tal-parti kkonċernata, għandha tinħareġ kopja awtentikata tal-liċenzja endorsjata.

    6. Fl-ewwel Tnejn ta’ kull xahar l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjoni bil-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji imqassmin skond il-kodiċi tan-nomenklatura kombinata."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-28 ta’ Frar 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

    [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1.

    [3] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18.

    [4] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 3.

    [5] ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 7.

    [6] ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, p. 2.

    [7] ĠU L 250, 5.ta' l-10.2000, p. 23.

    --------------------------------------------------

    Top