Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0023

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 23/2001 tal-5 ta’ Jannar 2001 li jistabbilixxi miżuri speċjali għas-settur taċ-ċanga li mhumiex skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Numru 800/1999, tar-Regolament (KEE) Numru 3719/88, tar-Regolament (KE) Numru 1291/2000 u tar-Regolament (KEE) Numru 1964/82

    ĠU L 3, 6.1.2001, p. 7–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2004; Imħassar b' 32004R2247

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/23/oj

    32001R0023



    Official Journal L 003 , 06/01/2001 P. 0007 - 0008


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 23/2001

    tal-5 ta’ Jannar 2001

    li jistabbilixxi miżuri speċjali għas-settur taċ-ċanga li mhumiex skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Numru 800/1999, tar-Regolament (KEE) Numru 3719/88, tar-Regolament (KE) Numru 1291/2000 u tar-Regolament (KEE) Numru 1964/82

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella [1], u partikolarment Artikoli 29(2)(a), 33(12) u 41 tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 565/80 [2], kif emendat bir-Regolament (KEE) Numru 2026/83 [3], jistabbilixxi regoli ġenerali dwar il-ħlas bil-quddiem ta’ rifużjonijiet dwar l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 800/1999 [4], kif emendat bir-Regolament (KE) Numru 1557/2000 [5], jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijieti dwar l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli.

    (3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Numru 3719/88 [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Numru 1127/1999 [7], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 1291/2000 [8] (għal liċenzji li kien hemm applikazzjoni għalihom mill-1 ta’ Ottubru 2000) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni u l-iffissar bil-quddiem ta’ ċertifikati għal prodotti agrikoli.

    (4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 1445/95 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Numru 1659/2000 [10], jistabbilixxi regoli ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella.

    (5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Numru 1964/82 [11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1470/2000 [12], jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijieti speċjali dwar l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam bil-għadma.

    (6) Wara l-każi li kien hemm tal-marda tal-BSE, il-miżuri dwar is-saħħa meħuda mill-awtoritajiet ta’ ċerti pajjiżi terzi dwar l-esportazzjoni ta’ l-annimali tal-ifrat u tal-laħam tagħhom affettwaw serjament l-interessi finanzjarji ta’ l-esportaturi. Il-possibbiltajiet għal esportazzjoni taħt il-kundizzjonijiet tar-Regolamenti (KEE) Numru 565/80, (KE) Numru 800/1999, (KEE) No 3719/88, (KE) Numru 1291/2000 u (KEE) Numru 1964/82 ġew serjament ristretti.

    (7) Huwa għalhekk meħtieg li jkun limitat l-impatt negattiv fuq l-esportaturi billi jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali, notevolment l-estensjoni ta’ ċerti skadenzi stabbiliti fir-regolamenti dwar ir-rifużjonijiet, li jirrelataw għal operazzjoni ta’ l-esportazzjoni li f’dawn iċ-ċirkostanzi ma kienx possibbli li jitwasslu sal-konkluzjoni.

    (8) Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jibbenifikaw minnhom biss operaturi li jistgħu juru fuq il-bażi tad-dokumenti msemmija f’Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Numru 4045/89 [13], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Numru 3235/94 [14], li fiċ-ċirkustanzi huma ma rnexxilhomx jesportaw lejn il-pajjiżi li adottaw il-miżuri tas-saħħa f’dan il-każ.

    (9) Minħabba l-mod kif żviluppat is-sitwazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament.

    (10) Il-miżuri intiżi f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar ic-Ċanga u l-Vitella,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti elenkati f’Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Numru 1254/1999.

    2. Għandu japplika biss f’każi meta l-esportatur juri għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li ma rnexxilux jesporta minħabba l-introduzzjoni tal-miżuri tas-saħħa mill-awtoritajiet tal-pajjiżi destinatarji biex jikkumbattu l-BSE.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw il-ġudizzju tagħhom fuq id-dokumenti kummerċjali msemmija f’Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Numru 4045/89.

    Artikolu 2

    1. Fuq it-talba ta’ min ikollu l-liċenzja, liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa skond ir-Regolament (KE) Numru 1445/95 li l-applikazzjoni għalihom kienet saret sal-15 ta’ Diċembru 2000 għandhom, jekk il-validità tagħhom ma kenitx għalqet qabel l-1 ta’ Novembru 2000, ikunu kanċellati u l-garanzija rilaxxjata.

    2. Fuq l-applikazzjoni ta’ l-esportatur fil-każ ta’ prodotti li għalihom, sal-15 ta’ Diċembru 2000:

    - il-formalitajiet doganali dwar l-esportazzjoni kienu ġew kompletati jew li kienu mqiegħda taħt xi waħda mill-proċeduri tal-kontroll doganali msemmija f’Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KEE) Numru 565/80, l-iskadenza ta’ 60 jum biex tinħareġ mit-territorju doganali tal-Komunità msemmi f’Artikolu 30(1)(b)(i) tar-Regolament (KEE) Numru 3719/88, Artikolu 32(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Numru 1291/2000 u Artikoli 7(1) u 34(1) tar-Regolament (KE) Numru 800/1999 hija miżjuda għal 150 jum,

    - il-formalitajiet doganali dwar l-esportazzjoni kienu ġew kompletati imma ma kienux laħqu telqu mit-territorju doganali tal-Komunità jew li kienu mqegħda taħt xi waħda mill-proċeduri tal-kontroll doganali msemmija f’Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KEE) Numru 565/80, l-esportatur għandu jrodd lura kull rimborż li jkun tħallas bil-quddiem u d-diversi titoli ta’ garanzija li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet għandhom ikunu rilaxxjati

    - il-formalitajiet doganali kienu ġew kompletati u li kienu telqu mit-territorju doganali tal-Komunità, jistgħu jinġabu lura u rilaxxjati f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità. L-esportatur għandu jrodd lura kull rimborż li jkun tħallas bil-quddiem u d-diversi titoli ta garanzija li jkollhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet għandhom jiġu rilaxxjati

    - il-formalitajiet doganali kienu ġew kompletati u li kienu telqu mit-territorju doganali tal-Komunità, jistgħu jinġiebu lura biex jitqiegħdu taħt proċedura sospensiva f’żona ħielsa, maħżen ħieles jew f’maħżen doganali għal mhux aktar minn 120 jum sakemm jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhom. Dan m’għandux jaffettwa l-ħlas tar-rimborż għad-destinazzjoni finali attwali jew il-garanzija depożitata dwar il-liċenzja.

    Artikolu 3

    Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 6(1) tar-Regolament (KEE) Numru 1964/82, fuq it-talba ta’ l-esportatur huwa għandu, jekk il-formalitajiet doganali dwar l-esportazzjoni jew il-formalitajiet biex titqiegħed merkanzija taħt xi wieħed mill-proċeduri tal-kontroll doganali msemmija f’Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KEE) Numru 565/80 ma kenux kompletati sal-15 ta’ Diċembru 2000 għall-kwantità totali tal-laħam imdaħħal fiċ-ċertifikat kif intiż f’Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Numru 1964/82 maħruġ qabel il-15 ta’ Diċembru 2000, jżomm ir-rifużjonijiet speċjali fuq il-kwantitajiet esportati u rilaxxjati għal konsum f’pajjiz terz. Il-ħtiġiet ta’ Artikolu 6(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Numru 1964/82 m’għandhomx japplikaw f’dawn il-każi.

    Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom japplikaw ukoll jekk, bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tat-tieni jew it-tielet inċiż ta’ Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament, parti mill-kwantità totali miktuba fiċ-ċertifikat intiż f’Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Numru 1964/82 ma kenitx rilaxxjata għall-konsum f’pajjiż terz.

    Artikolu 4

    1. Artikolu 18(3)(a), it-tnaqqis ta’ 20 % intiż fit-tieni inċiż ta’ Artikolu 18(3)(b), u iż-żidiet ta’ 10 % u 15 % maħsuba f’Artikolu 25(1) u t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Numru 800/1999 rispettivament m’għandhomx japplikaw għall-esportazzjoni magħmulha taħt liċenzji li l-applikazzjoni għalihom kienet saret sal-15 ta’ Diċembru 2000.

    2. Jekk id-dritt għar-rifużjonijiet jintilef, il-penali speċifikata f’Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Numru 800/1999 m’għandhiex tapplika.

    Artikolu 5

    Għal kull sitwazzjoni indikata f’Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom kull nhar ta’ Ħamis jinnotifikaw il-kwantitajiet tal-prodotti konċernati għall-ġimgħa ta’ qabel, waqt li jispeċifikaw id-data tal-ħruġ tal-liċenzji u tal-kategorija rispettiva.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Jannar 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

    [2] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.

    [3] ĠU L 199, tat-22.7.1983, p. 12.

    [4] ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 11.

    [5] ĠU L 179, tat-18.7.2000, p. 6.

    [6] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

    [7] ĠU L 135, tad-29.5.1999, p. 48.

    [8] ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, p. 1.

    [9] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 35.

    [10] ĠU L 192, tat-28.7.2000, p. 10.

    [11] ĠU L 212, tal-21.7.1982, p. 48.

    [12] ĠU L 165, tas-6.7.2000, p. 16.

    [13] ĠU L 388, tat-30.12.1989, p. 18.

    [14] ĠU L 338, tat-28.12.1994, p. 16.

    --------------------------------------------------

    Top