Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0028

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/28/KE ta’ l-20 ta’ April 2001 li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid għall-bejgħ ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti li jinkludu KBR 2738 (fenhexamid) bħala sustanza attiva

    ĠU L 113, 24.4.2001, p. 5–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/28/oj

    32001L0028



    Official Journal L 113 , 24/04/2001 P. 0005 - 0007


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/28/KE

    ta’ l-20 ta’ April 2001

    li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid għall-bejgħ ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti li jinkludu KBR 2738 (fenhexamid) bħala sustanza attiva

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid għall-bejgħ ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti (’) kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/21/KE [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

    Billi:

    (1) Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE (aktar ’il quddiem imsemmija bħala ‘id-Direttiva’) ir-Renju Unit irċieva fit-8 ta’ Mejju 1997 applikazzjoni minn għand il-Bayer plc (‘l-applikant’) biex tiġi inkluża s-sustanza attiva KBR 2738 (fenhexamid) fl-Anness I tad-Direttiva.

    (2) Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva, fid-Deċiżjoni tagħha 98/398/KE [2] il-Kummissjoni ikkonfermat li l-inkartament mibgħut għall-KBR 2738 (fenhexamid) jista’ jiġi kkunsidrat bħala li jissodisfa, fil-prinċipju, il-kondizzjonijiet rigward id-data u l-informazzjoni ta’ l-Anness II u għal prodott li jipproteġi l-pjanti li jkun fih din is-sustanza attiva, ta’ l-Anness III tad-Direttiva.

    (3) Skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva, sustanza attiva għandha tiġi inkluża fl-Anness I għal perijodu ta’ mhux aktar minn 10 snin jekk ikun mistenni li la l-użu ta’, u lanqas ir-residwi mill-prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva ma jkollhom xi effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew dik ta’ l-annimali jew fuq l-ilma naturali jew xi influwenza mhux aċċettabbli fuq l-ambjent.

    (4) Għall-KBR 2738 (fenhexamid), ġew assessjati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, skond il-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva, għall-użu ssuġġerit mill-applikant. Ir-Renju Unit, fil-kapaċità tiegħu ta’ Stat Membru relatur innominat, fil-15 ta’ Ottubru 1998 issottometta lill-Kummissjoni abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni li jikkonċerna s-sustanza.

    (5) Dak ir-rapport ta’ valutazzjoni ġie analizzat mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti. L-analiżi intemmet fid-19 ta’ Ottubru 2000 taħt il-forma tar-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni għall-KBR 2738 (fenhexamid). Jekk ir-rapport ta’ analiżi jrid jiġi aġġornat biex jiġu kkunsidrati żviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-kondizzjonijiet għall-inklużjoni tal-KBR 2738 (fenhexamid) fl-Anness I tad- Direttiva jridu wkoll jiġu emendati skond id-Direttiva.

    (6) L-inkartament u l-informazzjoni mir-rapport intbagħtu lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti għall-opinjoni tiegħu fil-31 ta’ Marzu 2000. Dan il-Kumitat ta l-opinjoni tiegħu fl-20 ta’ Lulju 2000 fil-minuti tal-laqgħa (SCP/REPT/021 finali) [3] fejn ġie iddikjarat li l-Kumitat ma xtaqx li jqajjem xi argumenti fir-rigward ta’ din is-sustanza attiva. Il-Kumitat innota wkoll li awtorizzazzjonijiet nazzjonali kienu jinvolvu immaniġġar speċifiku ta’ riskju skond l-Anness VI [4] (Prinċipji uniformi) tad-Direttiva.

    (7) Mid-diversi eżamijiet li saru deher li prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom is-sustanza attiva konċernata jistgħu jkunu mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 5(1)(a), (b) u (3) tad-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-użu li kienu ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ analiżi tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li s-sustanza attiva konċernata tiġi inkluża fl-Anness I, sabiex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva konċernata jistgħu jingħataw skond il-dispożizzjonijiet ta’ l-imsemmija Direttiva.

    (8) Wara li tkun saret l-inklużjoni, huwa meħtieġ żmien raġonevoli li jippermetti lill-Istati Membri li jimplimentaw il-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom KBR 2738 (fenhexamid) u b’mod partikolari li jiġu analizzati, f’dan il-perijodu, awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti jew li jingħataw, sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ dan il-perijodu, awtorizzazzjonijiet ġodda skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Jista’ jkun hemm il-ħtieġa ta’ perijodu itwal għal prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom KBR 2738 (fenhexamid) u sustanzi attivi oħra inklużi fl-Anness I.

    (9) Huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li r-rapport ta’ analiżi finali (ħlief għal informazzjoni konfidenzali taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva) jinżamm jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri sabiex ikun jista’ jiġi kkonsultat minn kull min hu interessat.

    (10) Ir-rapport ta’ analiżi huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni xierqa mill-Istati Membri, ta’ diversi sezzjonijiet tal-Prinċipji Uniformi preskritti fl-Anness VI tad-Direttiva, fejn dawk il-prinċipji jirreferu għad-Direttiva ta’ l-evalwazzjoni tad-data li jkunu intbagħtu bl-iskop ta’ inklużjoni tas-sustanza attiva f’L-Anness I tad-Direttiva.

    (11) Il-miżuri maħsuba f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti mogħtija fid-19 ta’ Ottubru 2000,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    It-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414KEE għandha tiġi emendata biex tinkludi l-annotazzjoni fir-rigward ta’ KBR 2738 (fenhexamid) imsemmija f’dan l-Anness.

    Artikolu 2

    1. 1L-1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolmenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jissodisfaw din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awissu 2001. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’din ir-referenza meta jiġu ippubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tiġi magħmula din ir-referenza.

    2. Madankollu, fir-rigward ta’ l-evalwazzjoni u t-teħid tad-deċiżjoni skond il-prinċipji uniformi maħsuba fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ inkartament li jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-Anness III tagħha, il-perijodu stipulat fl-ewwel paragrafu jiġi estiż għal awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom KBR 2738 (fenhexamid) sa l-1 ta’ Awissu 2002.

    3. Madankollu, għal prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom KBR 2738 (fenhexamid) flimkien ma’ sustanza attiva oħra li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, il-perijodu li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 jiġi estiż sal-punt li jiġi ipprovdut, permezz tad-dispożizzjonijiet preskritti fid-Direttiva li temenda l-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, biex tiġi inkluża s-sustanza fl-Anness.

    4. 4.L-Istati Membri għandhom iħallu disponibbli r-rapport ta’ evalwazzjoni għall-KBR 2738 (fenhexamid) (ħlief għal informazzjoni konfidenzali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva) biex jista’ jiġi kkonsultat minn membri interessati jew għandhom jgħadduhomlhom fuq talba speċifika tagħhom.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2001.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ April 2001.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] (’) ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 69, ta’ l-10.3.2001, p. 17.

    [3] ĠU L 176, ta’ l-20.6.1998, p. 34.

    [4] Minuti tal-21 laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, Brussel, 20 ta’ Lulju 2000.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    ANNOTAZZJONI LI TRID TIĠI INSERITA FIT-TABELLA FL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 91/414/KEE

    "Num. | Isem, numri ta' identifikazzjoni | Isem IUPAC | Purezza | Dħul fis-seħħ | Egħluq iż-żmien tad-dħul | Dispożizzjonijiet speċifiċ |

    13 | (fenhexamid) SAK No 126833-17-8 CIPAC NRU 603 | N-(2,3-dichloro-4-hydroxyphenyl)-1-methyl-cyclohexanecarboxamide | < 950 g/kg | fl-1 ta' Ġunju 2001. | 31ta' Mejju 2011 | Jistgħu jiġu awtorizzati biss għall-użu bħala funguċida. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet skond il-Prinċipji Uniformi l-Istati Membri għandhom jagħtu kas partikolari ta' l-impatt potenzali fuq organiżmi ta' l-ilma u jridu jiżguraw li li l-kondizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn hu xieraq, miżuri biex inaqqsu r-riskju. Data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti meta r-rapport ta' analiżi ġie iffinalizzat: 19 ta' Ottubru 2000 |

    --------------------------------------------------

    Top