Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0589

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2001 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-network Ewropew dwar l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent.

    ĠU L 213, 7.8.2001, p. 65–65 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/589/oj

    Related international agreement

    32001D0589



    Official Journal L 213 , 07/08/2001 P. 0065 - 0065


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-18 ta' Ġunju 2001

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-network Ewropew dwar l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent.

    (2001/589/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi:

    (1) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-network Ewropew dwar l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent ġew stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1210/90 [3].

    (2) Il-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu (Diċembru 1997) għamel il-parteċipazzjoni fil-programmi u l-aġenziji tal-Komunità mezz ta' kif tiġi mtejba l-istrateġija ta' qabel id-dħul għall-pajjiżi taċ-ċentru u l-lvant ta' l-Ewropa. Fil-każ ta' l-aġenziji, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jipprovdu li "l-aġenziji tal-Komunità li jistgħu jipparteċipaw fihom il-pajjiżi applikanti għandhom jiġu determinati każ każ".

    (3) Il-Kunsill Ewropew ta' Ħelsinki (Diċembru 1999) afferma mill-ġdid in-natura inklussiva tal-proċess tad-dħul, li issa jinkludi 13-il pajjiż kandidat fi struttura waħda bil-pajjiżi kandidati jipparteċipaw fil-proċess tad-dħul fuq bażi ugwali.

    (4) Il-Kunsill, fl-14 ta' Frar 2000, awtorizza l-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati mal-pajjiżi applikanti għad-dħul fuq il-parteċipazzjoni tagħhom fl-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent. Il-Kummissjoni iffirmat l-Att Finali tan-negozjati fid- 9 ta' Ottubru 2000.

    (5) Il-Ftehim kif imsemmi f'din id-Deċiżjoni għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u fin-network Ewropew dwar l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent qed jiġi approvat f'isem il-Komunità.It-test ta' dan il-Ftehim jinsab stabbilit bħala l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill hu awtorizzat jinnomina l-persuna(i) awtorizzata(i) biex jiddeposita(aw) n-notifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 ta' dan il-Ftehim.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fil-Lussemburgu, 18 ta' Ġunju 2001.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    M. Winberg

    [1] ĠU C 120 E, 24.04.2001, p. 195.

    [2] L-Opinjoni mibgħuta tal- 31.5.2001 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 120, 11.05.1990, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 933/1999 (ĠU L 117, 05.05.1999, p. 1).

    --------------------------------------------------

    Top