Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0383

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2001 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2000/666/KE li tistabbilixxi r-rekwiziti tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ għasafar minnbarra tjur domestiċi u l-kondizzjonijiet għall-kwarantina (notifikata taħt id-dokument numru C(2001) 1168)Test b’riferenza għaż-ŻEE

    ĠU L 137, 19.5.2001, p. 28–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R0318

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/383/oj

    32001D0383



    Official Journal L 137 , 19/05/2001 P. 0028 - 0028


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-3 ta’ Mejju 2001

    li temenda d-Deċiżjoni Nru 2000/666/KE li tistabbilixxi r-rekwiziti tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ għasafar minnbarra tjur domestiċi u l-kondizzjonijiet għall-kwarantina

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2001) 1168)

    (Test b’riferenza għaż-ŻEE)

    (2001/383/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li twaqqaf il-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa publika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunita ta’ annimali,semen, ova u embrijoni mhux suġġetti għall-imsemmija ħtiġijiet imwqqfa f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE [1] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/176/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2)(b) u (3) u l-Artikolu 18(1), l-ewwel u r-raba’ inċiżi tiegħu,

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE twaqqaf il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u l-ħtiġijiet ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta’ għasafar minbarra t-tjur domestiċi minn ċerti terzi pajjiżi [3].

    (2) Ċerti Stati Membri talbu aktar żmien biex jippreparaw b’mod sħiħ għall-implimentazzjoni tal-ħtiġijiet għall-kwarantina imwaqqfa fid-deċiżjoni hawn fuq msemmija. Fiċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tikkonsidra li huwa xieraq li tippermetti aktar żmien biex jaġġustaw ghal-ħtiġijiet tal-miżuri ġodda u għalhekk id-data ta’ l-implimentazzjoni mwaqqfa f’din id-Deċiżjoni għandha tkun emendata skond dan.

    (3) Il-miżuri li hemm previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterenarju,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-data fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 2000/666/KE għandha tigi rimpjazzata min "1 ta’Novembru 2001".

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, fit-3 ta’ Mejju 2001.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54.

    [2] ĠU L 117, ta’ l-24.5.1995, p. 23.

    [3] ĠU L 278, tal-31.10.2000, p. 26.

    --------------------------------------------------

    Top