EUR-Lex Piekļuve Eiropas Savienības tiesību aktiem

Atpakaļ uz EUR-Lex sākumlapu

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 32001D0087

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2000 fuq l-iffirmar, f'isem il-Komunitajiet Ewropej, tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali u l-Protokoll tagħha dwar il-ħlieda ta' kontra t-traffiku klandestin tal-bnedmin, b'mod partikolari tan-nisa u tat-tfal, u l-kuntrabandu ta' immigrati bl-art, bl-ajru u bil-baħar.

ĠU L 30, 1.2.2001., 44./44. lpp. (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 11 Volum 036 P. 125 - 125

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, ET, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Dokumenta juridiskais statuss Spēkā

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/87(1)/oj

Saistītais starptautiskais nolīgums

32001D0087



Official Journal L 030 , 01/02/2001 P. 0044 - 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-8 ta' Diċembru 2000

fuq l-iffirmar, f'isem il-Komunitajiet Ewropej, tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali u l-Protokoll tagħha dwar il-ħlieda ta' kontra t-traffiku klandestin tal-bnedmin, b'mod partikolari tan-nisa u tat-tfal, u l-kuntrabandu ta' immigrati bl-art, bl-ajru u bil-baħar.

(2001/87/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikoli 47, 62(2)(a), 63 l-ewwel (3)(b), u 95 moqri konġuntivament ma' l-ewwel ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

billi:

(1) L-elementi tal-Konvenzjoni u ż-żewġ Protokolli tiegħu illi huma suġġetti għall-kompetenzi tal-Komunità ġew negozjati mill-Kummissjoni, bl-approvazzjoni tal-Kunsill, f'isem il-Komunità.

(2) Il-Kunsill ta' istruzzjonijiet ukoll lill-Kummissjoni sabiex jinnegozja l-adeżjoni tal-Komunità mal-ftehim internazzjonali in kwestjoni.

(3) In-negozjati ġew konklużi b' suċċess u l-istrumenti riżultanti ser ikunu miftuħin għall-iffirmar mill-Istati, u, fl-oqsma tal-kompetenzi tagħhom, mill-organizazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika f'Palermo mit-12 sal-15 ta' Diċembru 2000 u wara fil-kwartieri ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-perjodu ta' sentejn.

(4) L-Istati Membri filwaqt illi qalu illi huna ser jiffirmaw l-istrumenti hekk kif huma jkunu miftuħin għall-firma f'Palermo, il-Komunitajiet Ewropej għandhom ukoll ikunu kapaċi illi jiffirmaw,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikoli waħdieni

1. Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat illi jinnomina l-persuni illi għandhom is-setgħa, f'isem il-Komunità, jiffirmaw il-Konvenzjoni kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali u l-Protokoll tiegħu fuq it-taqbida ta' kontra t-traffiku klandestin tal-bnedmin, partikolarment tan-nisa u tat-tfal, u l-kuntrabandu ta' l-immigrati bl-art, bl-ajru u bil-baħar.

2. It-test tal-Konvenzjoni u l-Protokoll addizzjonali tiegħu, illi ġie adottata mill-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħqua fir-Riżoluzzjoni ANru 25 tal-15 ta' Novembru 2000, ser ikun pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ma' l-adeżjoni tal-Komunità.

Magħmul fi Brussel, 8 Diċembru 2000.

F'isem il-Kunsill

Il-President

H. Védrine

--------------------------------------------------

Augša