Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2603

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2603/2000 tas-27 ta' Novembru 2000 li jimponi taxxa kompensatorja u l-ġbir definittiv tad-dazji proviżjonali imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tereftalat tal-polietilene li joriġina mill-Indja, Malasja u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment kontra s-sussidji fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' ċerti tereftalat tal-polietilene li joriġina mill-Indonesja, r-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan

    ĠU L 301, 30.11.2000, p. 1–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/03/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2603/oj

    32000R2603



    Official Journal L 301 , 30/11/2000 P. 0001 - 0020


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2603/2000

    tas-27 ta' Novembru 2000

    li jimponi taxxa kompensatorja u l-ġbir definittiv tad-dazji proviżjonali imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tereftalat tal-polietilene li joriġina mill-Indja, Malasja u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment kontra s-sussidji fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' ċerti tereftalat tal-polietilene li joriġina mill-Indonesja, r-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni mill-importazzjonijiet issussidjati minn pajijżi li mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 15 tiegħu,

    Wara li kkonsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. MIŻURI PROVIŻJONALI

    (1) Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1741/2000 [2], ("Regolament Proviżjonali"), taxxi kompensatorji proviżjonali ġew imposti fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti tereftalat tal-polietilene li joriġina mill-Indja, Malasja, t-Tajwan u t-Tajlandja.

    (2) Bħala riżultat ta' investigazzjoni dwar anti-dumping parallel, dazji anti-dumping proviżjonali kienu imposti taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1742/2000 [3] dwar importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti tereftalat tal-polietilene li joriġina mill-Indja, Indonesja, Malasja, r-Repubblika tal-Korea, t-Tajwan u t-Tajlandja.

    (3) Qed jiġi mfakkar li l-investigazzjoni ta' ssussidjar u danni kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottibru 1998 sat-30 ta' Settembru 1999 ("IP"). L-eżami tat-tradizjonijiet relevanti għall-analiżi tad-danni kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 1996 sa' l-aħħar ta' l-IP ("il-perjodu analizzat").

    B. PROĊEDURA SUSSEGWENTI

    (4) Wara l-iżvelar tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom ġie deċiż li jkunu imposti l-miżuri proviżorji, ħafna partijiet interessati ssottomettew il-kummenti tagħhom bil-miktub. Skond id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru. 2026/97 ("Regolament bażiku"), il-partijiet interessati kollha li talbu li jkollhom smiegħ ingħatatilhom opportunità li jinstemgħu mill-Kummissjoni.

    (5) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għas-sejbiet definittivi.

    (6) Il-partijiet kollha kienu informati bil-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien intiż li tkun irrakkomandata l-imposizzjoni ta' taxxi kompensatorji definittivi u l-ġabra definittiva ta' ammonti garantiti permezz ta' dazji proviżjonali.

    Ingħatalhom ukoll perjodu li fiħ dawn setgħu jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom wara li jkun sar l-iżvelar.

    (7) L-argumenti orali u bil-miktub ssotemessi mill-partijiet ġew ikkunsidrati, u, fejn instab li kien xieraq, meqjusa għas-sejbiet definittivi.

    (8) Wara li ġew rieżaminati s-sejbiet proviżjonali fuq il-bażi ta' l-informazzjoni miġbura sa minn dak iż-żmien, ġie konkluż li s-sejbiet l-iktar importanti huma stabbiliti fir-Regolament Proviżjonali għandhom b'dan jiġu kkonfermati.

    C. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILARI

    1. Prodott ikkonċernat

    (9) Ir-Regolament proviżjonali ddeskriva l-prodott ikkonċernat bħala tereftalat tal-polietilene ("PET") b'koeffiċjent ta' viskożità ta' 78ml/g jew ogħla, skond id-DIN (Deutsche Industrienorm) 53728, li jaqa' fi ħdan il-kodiċi CN nru 39076020 u l-kodiċi CN ex39076080 (kodiċi TARIC 3907608010). Minħabba li ma ġew irċevuti l-ebda osservazzjonijiet ġodda fir-rigward ta' din id-definizzjoni, is-sejbiet proviżjonali fir-rigward tal-prodott ikkonċernat huma b'dan ikkonfermati.

    2. Prodott similari

    (10) Fil-premessa nru. 16 tar-Regolament proviżjonali, instab li PET magħmul mill-industrija tal-Komunità u mibjugħ fis-suq tal-Komunità kif ukoll PET magħmul fil-pajjiżi kkonċernati u esportat lejn il-Komunità huma prodotti similari, minħabba li ma kienx hemm diferenzi fil-karatteristiċi bażiċi fiżikali u tekniċi u użu tat-tipi differenti li jeżistu ta' PET. Minħabba li ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza ġdida, is-sejbiet proviżjonali fir-rigward tal-prodott similari huma kkonfermati.

    D. SUSSIDJI

    (11) Is-sejbiet magħmula fir-Regolament Proviżjonali fir-rigward tas-sussidji kompensatorji miġjuba mill-produtturi u esportaturi huma b'dan definittavement kkonfermati, sakemm ma jkunx espressament miktub diversament f'dan id-dokument.

    I. INDJA

    Punti Ġenerali

    1. Inizjazzjoni

    (12) Il-Gvern ta' l-Indja (GOI) jallega li l-Kummissjoni bidet din l-investigazzjoni fi vjolazzjoni ta' l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim tal-WHO dwar is-Sussidji u Miżuri Kompensatorji (Ftehim SCM). Il-GOI jallega li l-informazzjoni fl-ilment dwar l-issussidjar u d-danni ma kienitx eżatta u kompluta u b'hekk ma kkostitwietx biżżejjed evidenza sabiex jinbeda' dan il-proċediment.

    (13) F'risposta għal dan l-argument, instab li l-ilment kellu biżżejjed evidenza ta' ssusidjar u danni fl-ambitu ta' l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Bażiku u l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim SCM. L-ilment kellu informazzjoni dwar issusidjar, danni u każwalità li kienet raġonevolment għad-dispożizzjoni ta' min għamel l-ilment. Fir-rigward ta' ssusidjar, għandu jiġi mfakkar li l-parti l-kbira tal-programmi għad-dispożizzjoni fl-Indja diġa' ġew eżaminati u kkontrollati f'investigazzjonijiet preċedenti li involvew importazzjonijiet mill-Indja e.g. film tal-PET, prodotti ta' l-azzar ċatt eċċ. L-evidenza fl-ilment ġiet eżaminata mill-Kummissjoni għall-adegwatezza u l-eżattezza tagħha skond l-Artikolu 10(3) tar-Regolament bażiku, u nstab li din kienet biżżejjed sabiex tassigura l-inizjazzjoni tagħha. B'hekk, din l-allegazzjoni ma tistgħax tiġi milqugħa.

    2. Nota ta' inizjazzjoni

    (14) Il-GOI jallega li n-nota ta' inizjazzjoni [4] ma tilħaqx il-kriterji ta' l-Artikolu 22(2) tal-Ftehim SCM minħabba li din m'għandiex informazzjoni fuq il-bażi li fuqha qed jiġi allegat is-sussidjar fl-applikazzjoni, u taqsira tal-fatti li fuqhom hi bbażata l-allegazzjoni ta' danni

    (15) L-Artikolu 22(2) tal-Ftehim SCM jistabbilixxi li nota pubblika ta' investigazzjoni għandu jkollha biżżejjed informazzjoni dwar, inter alia, deskrizzjoni tal-prattiċi ta' ssussidjar u taqsira tal-fatti li fuqhom hi bbażata l-allegazzjoni tad-danni. Fir-rigward ta' l-allegazzjoni ta' sussidjar, intqal fin-nota ta' inizzjazzjoni li "huwa allegat li l-produtturi tal-prodott ikkonċernat mill-Indja bbenefikaw min-numru ta' sussidji mogħtija mill-Gvern ta' l-Indja. Dawn is-sussidji huma eżenzjoni mit-taxxa tad-dħul, importazzjonijiet ta' materja prima u prodotti kapitali mingħajr ħlas ta' dazji ta' l-importazzjoni u benefiċji għall-azjendi orjentati lejn l-esport u azjendi li jinstabu f'żoni ta' pproċessar għall-esportazzjoni", u li "Huwa allegat li l-iskemi msemmija hawn fuq huma sussidji minħabba li dawn jinvovlu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Gvern ta' l-Indja u jikkonferixxu benefiċju fuq ir-reċipjenti, i.e. fuq l-esportaturi tat-tereftalat tal-polietilene. Dawn, huwa allegat, huma kontinġenti fuq l-effiċjenza ta' l-esportazzjoni u b'hekk speċifika u kompensattiva". Fir-rigward ta' l-allegazzjoni ta' danni, kien stabbilit fin-nota ta' inizjazzjoni li "l-ilmentarju pprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja, l-Indonesja, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malasja, Tajwan u t-Tajlandja żiedu f'termini assoluti u f'termini ta' sehem tas-suq" u aktar minn dan "Huwa allegat li l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott importat ikkonċernat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq is-sehem tas-suq u l-livell tal-prezzijiet mitluba mill-produtturi tal-Komunità, b'riżultat ta' effetti sostanzjalment kontrarji fuq l-efiċċjenza totali u s-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-industrija tal-Komunità"

    It-test t'hawn fuq ikkostitwixxa taqsira adegwata ta' l-allegazzjonijiet marbuta ma' sussidji u danni.

    Sussidji

    1. Skemi Passbook ta' Intitolar għad-Dazji (DEPB)

    (a) DEPB fuq bażi pre-esportazzjoni

    (16) Il-GOI jippremetti li d-DEBO fuq il-bażi ta' pre-esportazzjoni ġiet abolita fl-1 ta' April 2000. B'hekk, l-ebda dazji kompensattivi m'għandhom jiġu imposti taħt dan il-programm minħabba li l-imposizzjoni ta' dazji tmur kontrarju għall-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku

    (17) Wara l-iżvelar, il-GOI ssottometta evidenza li dan il-programm effettivament skada u mhux ser jibqa' jikkonferixxi benefiċji lill-produtturi u esportaturi fl-Indja. B'hekk, dan l-ilment huwa aċċettat u l-benefiċċju huwa eskluż mill-kalkolazzjoni tar-rati ta' sussidju. Minħabba li dan il-programm m'ghadux miżmum, m'huwiex neċessarju li jittieħed kont ta' l-ilmenti l-oħrajn magħmulin mill-partijiet interessati fir-rigward ta' dan il-programm.

    (b) DEPB fuq bażi post-esportazzjonijiet

    (18) Il-GOI jippremetti li l-Kummissjoni għamlet żball manifest fl-istima tal-kompensazzjoni ta' din l-iskema. B'mod partikolari, il-Kummissjoni ikkonkludiet ħażin li l-GOI m'għandu l-ebda sistema ta' verifikazzjoni li tivverifika liema oġġetti huma kkonsmati fil-proċess ta' produzzjoni u li din is-sistema hija applikata b'mod effettiv. Aktar minn dan, dawn jallegaw li l-istima tal-Kummissjoni tal-benefiċċji taħt dawn l-iskemi ma kienitx korretta minħabba li d-dazju eċċessiv seta' jkun ikkunsidrat bħala sussidju skond l-Artikolu 2 tar-Regolament Bażiku.

    (19) Il-Kumissjoni użat il-metodu segwenti sabiex tistabbilixxi jekk id-DEPB fuq il-bażi post-esportazzjoni tikkostitwixxi sussidju kompensatorju u jekk iva, sabiex tikkalkola l-ammont ta' benefiċċju. Skond l-Artikolu (2)(1)(a)(ii) tal-Regolament bażiku, ġie konkluż li din l-iskema tinvolvi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI minħabba li d-dħul tal-gvern (i.e. dazji fuq l-importazzjoni) li tkun dovuta ma tiġix miġbura.

    (20) Mandakollu, l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku jipprovdi għal eċċezzjoni għal din ir-regola ġenerali dwar, inter alia, skemi drawback u ta' sostituzzjoni ta' drawback li jkunu konformi mar-regoli stretti mniżżla fl-Anness I(i) u l-Anness II (definizzjoni u regoli għad-drawback) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sostituzzjoni tad-drawback) tiegħu.

    (21) L-analiżi żvelat li DEPB fuq bażi post-esportazzjoni m'hijiex skema ta' drawback jew sostituzzjoni ta' drawback. L-iskema investigata m'għandiex obbligazzjoni fiha li jiġu importati biss prodotti li huma kkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni (L-Anness II tar-Regolament bażiku). Aktar min dan, m'hemm l-ebda sistema ta' verifikazzjoni sabiex tikkontrolla jekk l-importazzjonijiet humiex attwalment ikkonsmati fil-proċess tal-produzzjoni. Ukoll, din m'hijiex skema ta' sostituzzjoni drawback minħabba li l-prodotti importati m'għandhomx bżonn li jkunu ta' l-istess kwantità u karatteristika bħall-prodotti li ġejjin domestikament u li kienu użati għall-produzzjoni intiża għall-esportazzjoni (L-Anness III tar-Regolament Bażiku). Fl-aħħar, il-produtturi u esportaturi huma eliġibbli għall-benefiċċji DEPB mingħajr distinzjoni jekk dawn jimportawx prodotti sabiex jikkonsmawhom fil-produzzjoni. Esportatur jottjeni l-benefiċju sempliċiment billi jesporta l-prodotti mingħajr il-bżonn li juri li kwalunkwe materjal użat fil-produzzjoni kien fil-fatt importat; b'hekk, il-produtturi li jesportaw li jottjenu l-materjali użati fil-produzzjoni lokalment u li ma jimportawx oġġetti li jistgħu jkunu użati fil-produzzjoni huma xorta intitolati għall-benefiċji DEPB. B'hekk, id-DEPB fuq il-bażi post-esportazzjoni m'hix konformi ma' l-ebda mid-dispożizzjonijiet ta' l-Annessi I sa III. Minħabba li din l-eċċezzjoni għad-definizzjoni ta' l-Artikolu 2 ma tapplikax, il-benefiċju kompensatorju huwa r-remissjoni tad-dazji kollha ta' l-importazzjoni normalment applikabbli għall-importazzjonijiet.

    (22) Minn dan t'hawn fuq, ikompli b'mod ċar li r-remissjoni żejda tad-dazji ta' l-importazzjoni hija l-bażi sabiex jiġi kkalkolat l-ammont ta' benefiċju biss fil-każijiet ta'skemi ta' drawback bona fide. Minħabba li huwa stabbilit li d-DEPB fuq il-bażi ta' post-esportazzjoni ma taqgħax f'waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji, il-benefiċju huwa r-remissjoni totali tad-dazji ta' importazzjoni, u mhux kwalunkwe remissjoni ta' suppost dazji żejda.

    (23) Fir-rigward tas-sistema ta' verifikazzjoni, dan l-argument huwa marbut mal-punt jekk id-DEPB fuq il-bażi post-esportazzjoni tistgħax tiġi kkonsidrata bħala skema ta' drawback jew ta' sostituzzjoni ta' drawback. Minħabba li kien stabbilit li d-DEPB fuq il-bażi ta' post-esportazzjoni m'hijiex skema ta' drawback jew ta' sostituzzjoni ta' drawback kif definiti fl-Annessi II u III tar-Regolament bażiku m'hemm għalfejn li ssir l-ebda eżaminazzjoni ulterjuri. Anke jekk id-DEPB kellha tolqot il-kriterji ta' l-Annessi II u III, ġie konkluż li ma teżisti l-ebda sistema ta' verifikazzjoni raġonevoli. In-normi ta' oġġetti ta' dħul/ħruġ huma lista ta' oġġetti possibli li jistgħu jkunu kkonsmati fil-proċess tal-produzzjoni u dak li għaliħ din tammonta. Madankollu, n-normi ta' oġġetti ta' dħul/ħruġ m'humiex sistema ta' verifikazzjoni fl-ambitu tal-paragrafu 5 ta' l-Anness II tar-Regolament bażiku. Dawn in-normi ma jipprovdux għal verifikazzjoni ta' oġġetti ta' dħul li huma attwalment ikkonsmati fil-proċess ta' produzzjoni u ma jipprovdux għal sistema ta' verifikazzjoni jekk dawn l-oġġetti ta' dħul kienux effettivament importati.

    (24) Għar-raġunijiet hawn fuq imsemmija, din l-allegazzjoni ma tistgħax tiġi milqugħa u s-sejbiet proviżjonali fir-rigward tal-kompensabilità ta' din l-iskema u l-kalkolazzjoni tal-benefiċċju huma kkonfermati.

    2. Żoni ta' Proċessar ta' l-Esportazzjonijiet (EPZ/Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (EOU))

    (25) Produttur u esportatur wieħed u l-GOI allegaw li l-benefiċċji ottenuti mill-iskema EOU m'għandhomx ikunu kkonsidrati bħala li jikkostitwixxu sussidju, minħabba li l-eżenzjoni mis-sisa u d-dazju taħt din l-iskema hija mogħtija biss għall-kwantita ta' oġġetti ta' dħul ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodott finali li huwa esportat. Din l-iskema, huwa allegat, tikkostitwixxi sistema ta drawback f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I (i) u l-Anness II tar-Regolament bażiku.

    (26) Żewġ esportaturi Indjani jinsabu fl-EOU. Mingħajr preġudizzju għad-domanda jekk l-iskema tikkostittwix sistema drawback skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, wara eżaminazzjoni ulterjuri, taċċetta li m'hemm, filfatt, l-ebda remissjoni żejda ta' dazju fil-każ ta' kwalunkwe mill-ażjendi kkonċernati. B'konsegwenza ta' dan, fl-investigazzjoni preżenti, l-eżenzjoni mid-dazji fuq materja prima m'għandiex tkun kompensatorja għal-dawn l-azjendi.

    (27) L-ammont ta' sussidji għaż-żewġ azjendi li jinstabu fil-EPZ/EOU ġew limitati għal-dazji doganali eżentati mill-oġġetti kapitali, u ġew rispettivament mnaqqsa minn 0,37 % u 4,43 %.

    3. Skema ta' Promozzjoni għall-Esportazzjoni ta' Oġġetti Kapitali (EPCGS)

    (28) Il-GOI jinnota li taħt l-iskema EPCD m'hemm l-ebda obbligazzjoni imposta fuq il-benefiċjarju sabiex jesporta il-prodotti kollha magħmulin minn oġġetti kapitali, u li min għandu l-liċenza huwa ħieles sabiex ibiegħ parti mill-produzzjoni fis-suq domestiku. Il-GOI b'hekk argumenta li kwalunkwe benefiċju mogħti taħt din l-iskema għandha tiġi allokata fuq il-produzzjoni kollha.

    (29) F'risposta għal dan l-argument, għandu jingħad illi, kif spjegat fil-premessa nru. 52 tar-Regolament proviżjonali, skond il-livell ta' involviment fl-esportazzjoni li azjenda ppreparata li tieħu, l-azjenda għandha titħalla timporta oġġetti kapitali kemm jekk b'rata ta' dazju ta' żero jew b'rata mnaqqsa. Din l-iskema, b'hekk hija kontinġenti bil-liġi fuq l-effiċċjenza fl-esportazzjoni minħabba li l-ebda benefiċċju ma jista' jkun ottenut mingħajr involviment fl-esportazzjoni tal-prodotti. Bħala tali, huwa kkunsidrat li huwa speċifiku taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Minħabba li s-sussidju huwa sussidju fuq l-esportazzjoni, huwa kkonsidrat li jgħin biss lill-bejgħ fl-esportazzjonijiet. F'konklużjoni, id-denominatur korrett huwa l-bejgħ totali ta' l-esportazzjoni.

    (30) Minħabba li ma ġewx irċevuti kummenti oħrajn fir-rigward ta' din l-iskema wara l-iżvelar tas-sejbiet proviżjonali, is-sejbiet fil-premessi 50 sa 57 tar-Regolament proviżjonali huma b'dan ikkonfermati.

    4. Ammont ta' sussidji kompensatorji

    (31) Is-sussidji kollha li nstabu kienu identifikati bħala sussidji ta' l-esportazzjoni. L-ammont ta' sussidji kompensatorji ta' l-esportazzjoni, espressi ad valorem, għall-produtturi u esportaturi investigati huwa kif ġej:

    Tip ta' sussidju | DEPB | EPCGS | EPZ/EOU | Total |

    Post-export |

    Reliance Industries Limited | 6,52 % | 1,71 % | 8,23 % |

    Futura Polymer Limited | | | 0,37 % | 0,37 % |

    Pearl Engineering Polymers Limited | 5,01 % | 0,79 % | | 5,8 % |

    Elque Polyesters Limited | | | 4,43 % | 4,43 % |

    L-oħrajn kollha | | | | 8,23 % |

    (32) Il-medja peżata tal-marġini ta' sussidju għall-produtturi u esportaturi kollha investigati, li jirrapreżentaw iktar minn 90 % ta' l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità u li joriġina mill-Indja huwa ogħla mill-marġini ta' 3 % de minimis applikabbli għal dan il-pajjiż.

    (33) Fid-dawl tal-livell għoli ta' kooperazzjoni, r-rata residwali għall-azjendi li ma jikkooperawx kienet determinata bħala l-ogħla marġini ta' sussidju ta' l-azjendi li kkooperaw, i.e 8,23 %.

    II. INDONESJA

    (34) Minħabba li ma ġewx irċevuti l-ebda kummenti sostanzjali wara l-iżvelar tas-sejbiet proviżjonali, il-konklużjoni li l-marġini ta' sussidju għall-Indonesja għandu jiġi kkonsidrat bħala negliġibbli u s-sejbiet tal-premessa nru. 78 tar-Regolament proviżjonali huma b'dan ikkonfermati. B'hekk, il-proċediment fir-rigward ta' l-Indonesja għandu jiġi mitmum.

    III. KOREA

    (35) Minħabba li ma ġewx irċevuti l-ebda kummenti sostanzjali wara l-iżvelar tas-sejbiet proviżjonali, il-konklużjoni li l-marġini ta' sussidju għall-Korea għandu jiġi kkonsidrat bħala negliġibbli u s-sejbiet tal-premessa nru. 79 tar-Regolament proviżjonali huma b'dan ikkonfermati. B'hekk, il-proċediment fir-rigward ta' l-Indonesja għandu jiġi mitmum.

    IV. MALASJA

    1. Introduzzjoni

    (36) Fir-Regolament Proviżjonali, il-benefiċċju miġjub mill-Istatus ta' Pijunier ġie stabbilit fil-premessa nru. 132 u li hi klassifikata ħażin bħala sussidju ta' l-esportazzjoni. Mandankollu, is-sejbiet ta' kompensazzjonijiet ta' l-iskema fil-premessi nru. 93 so 95 bħala sussidju speċifiku domestiku huma b'dan ikkonfermati. Dan jimplika li l-ammont ta' sussidju misjub m'għandux aktar jiġi paċut mad-dazji anti-dumping.

    (37) Minħabba li ma ġewx irċevuti l-ebda kummenti wara l-iżvelar tas-sejbiet proviżjonali, s-sejbiet tal-premessi nru. 80 sa 133 tar-Regolament proviżjonali huma b'dan ikkonfermati, soġġetti għall-korrezjoni ta' ċerti żbalji ta' kalkolazzjoni.

    2. Ammont ta' sussidji kompensatorji

    (38) L-ammont ta' sussidji kompensatorji ta' l-esporti skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espressi ad valorem, għall-produtturi u esportaturi investigati huma kif ġej:

    Tip ta' sussidju | Esport | Domestiku | Domestiku | Esport | Total |

    Tnaqqis Doppju | Status ta' Pijunier | Eżenzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni u eżenzjoni mit-taxxi tal-bejgħ | Eżenzjoni fuq id-dazji ta' l-importazzjoni u eżenzjoni fuq it-taxxa tal-bejgħ |

    Hualon Corporation (M) Sdn. Bhd. | 0 | 3,3 % | 0 | 0,27 % | 3,57 % |

    MPI Polyester Industries Sdn. Bhd. | 0 | 0 | 0,91 % | 0 | 0,91 % |

    L-oħrajn kollha | | | | | 3,57 % |

    (39) Il-medja peżata tal-marġini ta' sussidju għall-produtturi u esportaturi kollha investigati, li jirrapreżentaw iktar minn 90 % ta' l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità u li joriġina mill-Malasja huwa ogħla mill-marġini ta' 2 % de minimis applikabbli għal dan il-pajjiż.

    V. TAJWAN

    (40) Kumpanija waħda sostniet li l-Kummissjoni għamlet żball fil-kalkolazzjoni għall-benefiċċju tagħha miġjub taħt l-iskema ta' eżenzjoni tad-dazji għall-makkinarju. Il-benefiċju miġjub taħt din l-iskema gie rikalkolat u instab li sar żball fil-kalkolazzjoni. L-iżball ġie kkoreġut u l-benefiċċju taħt dan il-programm ġie mnaqqas minn 1,92 % għal 0,27 %.

    (41) Il-Kummissjoni, wara dan, għamlet investigazzjoni sħiħa tad-dossier kollu tat-Tajwan, inklużi kontrolli tal-kalkolazzjonijiet għall-erba' esportaturi u produtturi kollha sabiex jiġi investigat l-impatt ta' din ir-reviżjoni u b'hekk jiġi determinat il-marġini tas-sussidju tal-pajjiż.

    (42) Ġie stabbilit li, bħala riżultat tat-tnaqqis fir-rata tas-sussidju ta' l-azjenda t'hawn fuq, il-marġini tal-pajjiż kien imnaqqas għal 0,94 %, li huwa inqas mill-limitu ta' 1 % de minimis għal dan il-pajjiż. B'hekk, l-investigazzjoni dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajwan għandhom jiġu mwaqqfa.

    VI. TAJLANDJA

    1. Ġenerali

    (43) Fl-istadju proviżjonali, instab li għalkemm żona waħda fit-Tajlandja (żona nru. 3) hija kjarament żona ġeografikament nominata li taqa'taħt id-definizzjoni ta' reġjun żvantaġġat skond l-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċji ta' l-iskemi differenti tas-sussidji huma settoralment speċifiċi minħabba li l-aċċess għall-programmi huwa limitat għal ċerti industriji. Il-Gvern tat-Tajlandja (GOT) jallega li l-iskemi huma disponibbli għal varjetà ta' industriji u huma, bħala konsegwenza, ġeneralment disponibbli.

    (44) Instab li l-GOT stabbilixxa lista limitata ta' attivitajiet li huma eliġibbli għall-promozzjoni ta' l-investiment, li mid-definizzjoni tillimita l-aċċess għas-sussidji minħabba li l-azjendi li jimmanifatturaw il-prodotti u li m'humiex ippromwovuti m'humiex eliġibbli għall-benefiċċji taħt l-Att dwar il-Promozzjoni ta' l-Investiment. Aktar minn dan, il-lista għandha tiġi kkunsidrata bħala lista pożittiva, li ċarament tiddefinixxi l-prodotti speċifiċi, l-produtturi li huma ppreferuti fuq oħrajn. Il-fatt li l-benefiċċji taħt l-Att dwar il-Promozzjoni ta' l-Investiment huma disponibbli għal 200 prodott differenti huwa rrelevanti minħabba li l-azjendi, li ma jipproduċux dawn il-prodotti huma esklużi minn kwalunkwe benefiċċju. B'hekk, is-sejbiet proviżjonali fir-rigward ta' l-ispeċifikalità huma kkonfermati.

    (45) Fil-premessi nru, 193 u 196 tar-Regolament proviżjonali, nstab li l-proġetti li japplikaw għall-inċentivi tal-Bord ta' l-Investiment (BOI) għandhom jilħqu standard miżjud ta' 20 %. Instab proviżjonalment li din il-kondizzjoni tinkoraġġixxi intrapriżi sabiex jużaw prodotti domestiċi minflok dawk importati, u huwa konsegwentament, speċifiku taħt l-Artikolu 3(4)(b) tar-Regolament bażiku

    (46) Wara l-iżvelar, il-GOT issottometta evidenza li l-kriterju tal-valur miżjud ma jobbligax lill-produtturi tal-PET sabiex jużaw oġġetti domestiċi fil-proċess tal-produzzjoni minflok oġġetti importati. Il-GOT ipprovda evidenza li turi li l-kriterju tal-valur miżjud jista' jintlaħaq biss jew il-materja prima importata hija użata għall-produzzjoni tal-prodotti lest. B'hekk, għall-prodott taħt l-investigazzjoni, il-programm m'huwiex kontinġenti fuq l-użu tal-prodott domestiku minflok dak importat fl-ambitu ta' l-Artikolu 3(4)(b) tar-Regolament bażiku.

    2. Eżenzjoni mit-taxxa tad-dħul għall-korpi ġuridiċi

    (47) Il-produttur li qed jesporta allega li dan għażel li juża t-telf nett akkumulat mis-snin preċedenti, minflok l-eżenzjoni mit-taxxa tad-dħul tal-korpi ġuridiċi, sabiex ipaċi l-profitt taxxabbli attwali, u konsegwentement ma' ottjena l-ebda benefiċċju waqt il-perjodu ta' l-investigazzjoni.

    (48) Kien stabbilit li kumpanija li tibbenefika mill-eżenzjoni mit-taxxa tad-dħul u li fl-istess ħin tista tpaċi l-profitti mat-telf li jkun tmexxa ’l quddiem taħt dispożizzjonijiet normali tat-taxxa tista' tuża waħda miż-żewġ għażliet. Il-Ministeru tat-Tassazzjoni u l-Bord ta' l-Investiment Tajlandiż ikkonfermaw dan. Fil-każ preżenti, ġie stabbilit li l-produttur u esportatur uża l-eżenjoni mit-taxxa tad-dħul għall-korpijiet ġuridiċi minħabba li l-ammont ta' taxxi pagabbli ma ġiex ibbilanċjat mat-telf nett akkumulat. Fil-fatt, it-telf nett akkumulat kiber matul l-aħħar sena finanzjarja (minn 1655089790 Baht għal 1704894309 Baht). Jekk il-produttur u esportatur għażel li jibbilanċja l-profitti tiegħu mat-telf nett akkumulat, ma jkunx issodisfa s-sezzjoni tad-dħul mhux taxxabbli, li hija valida biss għad-dħul li jibbenefika mill-eżenzjoni BOI. Aktar minn dan, il-Bord ta' l-Appell tal-WHO stabbilixxa, fil-każ tal-ajruplan ċivili tal-Kanada [5], li sabiex jiġi ddeterminat jekk kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens ta' l-Artikolu 1(1)(a)(I) tal-Ftehim SCM jikkonferixxi "benefiċċju", i.e. xi vantaġġ, huwa neċessarju li jiġi ddeterminat jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja tpoġġix lir-reċipjent f'sitwazzjoni iktar vantaġġuża milli dan kien ikun kieku ma kellux il-kontribuzzjoni finanzjarja. Kif msemmi hawn fuq, il-produttur u esportatur jinsab f'pożizzjoni iktar vantaġġuża bl-użu ta' l-eżenzjoni mit-taxxa tad-dħul tal-korp ġuridiku, minħabba li din tkun tista' tmexxi 'l quddiem għall-użu futur ammont ikbar ta' telf akkumulat milli kieku din ma kienitx il-każ. B'hekk, il-produttur u esportatur, uża l-eżenzjoni mit-taxxa tad-dħul u ġab benefiċċju. B'hekk din it-talba ma tistgħax tiġi milqugħa.

    3. Eżenzjoni mid-dazju ta' l-importazzjonijiet fuq il-makkinarju

    (49) Minħabba li ma ġewx riċevuti ebda kummenti fir-rigward ta' din l-iskema, il-konklużjonijiet tal-premessi 202 sa 208 tar-Regolament proviżjonali huma b'dan ikkonfermati.

    4. Ammont ta' sussidji kompensatorji

    (50) Fuq il-bażi tal-kummenti riċevuti wara s-sejbiet proviżjonali, l-ammont ta' sussidji kompensatorji skond id-disposizzjonjiet tar-Regolament provizzjonali, espressi ad valorem, għall-produttur u esportatur investigat huwa ddeterminat bir-rata segwenti:

    | Eżenzjoni mit-taxxa tad-dħul | Eżenzjoni mit-taxxa ta' l-importazzjonijiet tal-makkinarju | Total |

    Thai Shingkong, Industry Corporation Limited | 8,13 % | 0,35 % | 8,4 % |

    (51) Minħabba li l-produttur u esportatur investigat akkonta għal virtwalment l-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità u li joriġinaw mit-Tajlandja, il-medja peżata tal-pajjiż tas-sussidju hija ħafna iktar mill-marġini applikabbli ta' 2 % de minimis.

    E. DEFINIZZJONI TA' INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ'

    (52) Fin-nuqqas ta' nformazzjoni ġdida ssottomessa fir-rigward tad-definizzjoni ta' l-industrija tal-Komunità, s-sejbiet kif stabbiliti fil-premessi 226 sa 231 tar-Regolament proviżjonali huma kkonfermati.

    F. DANNI

    1. Rimarki preliminary

    (53) Ċerti partijiet interessati saqsew għaliex l-informazzjoni ssottmessa mill-industrija tal-Komunità ġiet użata biss għall-perjodu mill-1996 ’l quddiem filwaqt li żviluppi fis-suq li seħħew qabel dan il-perjodu kienu bbażati fuq informazzjoni minn investigazzjonijiet indipendenti tas-suq.

    (54) Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-informazzjoni ssottomessa mill-industrija tal-Komunità għas-sena 1995 ma setgħetx tiġi użata minħabba l-qasma bejn Kodak u Eastman fl-1995 u l-attività ta' ristrutturar ta' Shell. La Shell u lanqas Eastman ma setgħu jipprovdu figuri kompluti għal din is-sena.

    (55) Madanakollu, il-Kummissjoni kkunsidrat bħala essenzali li tagħti dehra ġenerali tal-kriżi ta' nuqqas li seħħet fis-suq tal-Komunità fl-1995 fid-dawl ta' l-impatt ta' dan li ġara kemm fil-prezzijiet u l-profitibilità ta' l-industrija tal-Komunità. Għalhekk, l-użu ta' riċerka indipendenti fis-suq kienet ikkunsidrata bħala xierqa sabiex tiġi stabbilita d-data neċessarja għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità waqt il-perjodu ta' l-analiżi, kif spjegat fil-premessa nru. 236.

    2. Konsum

    (56) Fin-nuqqas ta' informazzjoni ġdida ssottomessa li tgħid il-kuntrarju, s-sejbiet fir-rigward tal-konsum tal-prodott kkonċernat fil-Komunità kif spjegat fil-premessi 239 u 240 tar-Regolament proviżjonali huma kkonfermati.

    3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

    Importazzjonijiet li joriġinaw mill-Korea, l-Indonesja u t-Tajwan

    (57) Is-sejbiet kif deskritti fil-premessa nru. 242 tar-Regolament proviżjonali fir-rigward tal-marġini tas-sussidji de minimis għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Korea u l-Indonesja huma kkonfermati. Iż-żewġ pajjiżi huma b'hekk esklużi mill-istima tad-danni.

    (58) Fid-dawl tas-sejbiet il-ġodda kif deskritti hawn fuq, il-marġini tas-sussidji li nstabu għall-importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajwan huma issa de minimis, b'hekk, dawk l-importazzjonijiet m'humiex meħuda f'konsiderazzjoni għall-istima tad-danni.

    Importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja, Malasja u t-Tajlandja

    (a) Kumulazzjoni

    (59) Il-GOT allega li l-impotazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiż tiegħu m'għandomx jiġu stmati b'mod kumulattiv ma' importazzjonijiet oħrajn ikkonċernati minħabba li l-importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajlandja għandhom l-iżgħar sehem tas-suq mit-tlett pajjiżi kkonsidrati u li dawn ma kienux qed jinżlu taħt il-prezzijiet ta'l-industrija tal-Komunità u b'hekk juru li l-esportatur mit-Tajlandja ma weriex l-istess imġieba bħall-esportaturi mill-pajjiżi l-oħrajn. Kien ikkunsidrat li dawn l-elementi ma kienux ġodda u b'hekk ġew miċħuda u huwa kkonfermat li l-importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajlandja għandhom jiġu stmati kumuluttivament ma' importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja u l-Malasja.

    (60) Il-gvernijiet ta' l-Indja u tal-Malasja allegaw li importazzjonijiet issussidjati biss li joriġinaw fil-pajijżi rispettivi tagħhom għandhom jiġu akkumulati. Minħabba li kien stabbilit li l-marġini tal-medja tal-pajjiż peżata għall-importazzjonijiet investigati li joriġinaw mill-Indja u mill-Malasja kienu ogħla mill-marġini de minimis applikabbli għas-sussidji, l-esportazzjonijiet kollha tagħhom, lejn il-Komunità ġew meqjusa. Din l-allegazzjoni ġiet b'hekk miċħuda u kien konkluż li l-importazzjonijiet kollha li joriġinaw mill-Indja, Malasja u t-Tajlandja għandhom jiġu akkumulati sabiex issir l-istima tad-danni sofferti mill-industrija tal-Komunità.

    (b) Volum ta' l-importazzjonijiet

    (61) Kif turi t-tabella li jmiss, il-volum ta' l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja, l-Malasja u t-Tajlandja żdiedu b'mod qawwi bejn l-1996 u l-IP (żieda ta' kważi seba' darbiet iktar) sabiex tilħaq livell ta'

    123563

    tunnellata.

    Importazzjonijiet | 1996 | 1997 | 1998 | IP |

    Total: Indja, Malasja, Tajlandja | 17831 t | 44708 t | 118113 t | 123563 t |

    Indiċi (1996-100) | 100 | 251 | 662 | 693 |

    (62) Wara tkabbir sostanzjali bejn l-1996 u l-1998 meta l-importazzjonijiet żdiedu aktar mid-doppju, t-tkabbir ta' l-importazzjonijiet sar livell mill-1998 sal-IP. Għandu jiġi nnutat madankollu, li l-importazzjonijiet baqgħu jiżdiedu, għalkemm b'rata iktar baxxa, minkejja l-isforz magħmul mill-industrija tal-Komunità sabiex tqabbel il-kompetizzjoni tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet issussidjati u tilħaq is-sehem tas-suq.

    (ċ) Ishma tas-suq

    (63) Is-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet ikkonċernati żviluppaw kif ġej:

    Ishma tas-suq ta' l-importazzjonijiet | 1996 | 1997 | 1998 | IP |

    Total: Indja, Malasja, Tajlandja | 2,2 % | 4,1 % | 9,0 % | 9,2 % |

    Indiċi (1996-100) | 100 | 190 | 417 | 424 |

    (64) Is-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja, Malasja u t-Tajlandja laħqu id-9.2 % waqt il-IP. Din il-figura kienet aktar minn erba' darbiet mil-livell milħuq fl-1996, il-bidu tal-perjodu ta' analiżi. Bejn l-1998 u l-IP, is-sehem tas-suq ta' dawn l-importazzjonijiet sar livell, bħala riżultat ta' tnaqqis fil-volum ta' importazzjonijiet kif deskritt hawn fuq.

    (d) Prezzijiet ta' l-importazzjonijiet

    (65) Il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw mill-Indja, l-Malasja u t-Tajlandja naqqsu b'34 % fuq il-perjodu ta' bejn 1996 u l-IP. Fuq bażi annwali dawn naqqsu b' 16 % bejn l-1996 u 1997, b' 5 % bejn 1997 u 1998 u bi 13 % bejn 1998 u l-IP. Fuq medja, id-dazju cif tal-prezz mhux imħallas għall-prodott ikkonċernat li joriġina f'dawn il-pajjiżi kien ta' 516 EUR/t waqt l-IP. Kien ikkonfermat, waqt l-investigazzjoni, li numru kbir ta' esportaturi kienu qed ibiegħu b'telf lejn il-Komunità, li jindika politika ta' pprezzar aggressiva fir-rigward tas-suq tal-Komunità.

    (e) Bejgħ taħt il-prezz

    (66) Il-bejgħ taħt il-prezz ta' l-importazzjonijiet mill-importazzjonijiet issussidjati, kkalkolata kif spjegat fil-premessa nru. 254 tar-Regolament proviżjonali, huwa kkonfermat kif ġej:

    Il-varjozzjonijiet |

    Indja | Malasja | Tajlandja |

    1,2 -7,9 % | 11,8 -12,9 % | 0 % |

    (67) Fin-nuqqas ta' rappreżentazzjonijiet u informazzjoni ġdida mill-partijiet interessati li jissuġġerixxu l-kuntrarju, is-sejbiet li jirrigwardjaw il-bejgħ taħt il-prezzijiet kif msemmi fil-premessa nru. 254 tar-Regolament proviżjonali huma kkonfermati. B'mod partikolari huwa nnotat li r-rati medji baxxi ta' bejgħ taħt il-prezz kienu minħabba l-oppressjoni li kienet ottenuta mill-mod ta' kif ġabu ruħhom il-produtturi u esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati li biegħu il-prodotti kkonċernati fis-suq tal-Komunità bi prezzijiet li ma kienux biss issussidjati imma anke li għamlu t-telf.

    4. Impatt fit-tibdil ta' l-importazzjonijiet ikkonċernati għall-istima tad-danni u l-kawżazzjoni

    (68) Għandu jiġi nnutat li l-esklużjoni ta' l-importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajwan mill-analiżi tad-danni ma tbiddilx it-tradizzjoniet stabbiliti għall-importazzjonijiet ikkonċernati fir-Regolament proviżjonali. Huwa b'dan konkluż li s-sejbiet stabbiliti fir-Regolament proviżjonali dwar l-impatt ta' l-importazzjonijiet kkonċernati fis-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità u r-rabta każwali m'humiex mibdula mill-informazzjoni riveduta kif murija hawn fuq.

    5. Sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità

    (69) Skond l-Artikolu 8 [6] tar-Regolament bażiku, l-eżaminazzjoni ta' l-impatt ta' l-importazzjonijiet issussidjati fuq l-industrija tal-Komunità jinkludi evalwazzjoni tal-fatturi relevanti kollha u l-indiċijiet li għandhom influwenza fuq l-istat ta' l-industrija tal-Komunità.

    Din l-eżaminazzjoni inkludiet il-fatturi mniżżla speċifikament fl-Artikolu 8 [7] tar-Regolament bażiku, Madanakollu, ċerti fatturi ma ġewx ikkunsidrati fid-dettal minħabba li nstab li dan ma kienx relevanti għall-istima tas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità fil-kors ta' l-investigazzjonijiet (għall-pagi u stokk ara isfel). Fir-rigward ta' l-impatt fuq l-industrija tal-Komunità bill-magnitudni ta' l-ammont ta' sussidji kompensatorji, minħabba l-volum u l-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, l-impatt ma jistgħax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli.

    Fatturi eżaminati fir-Regolament proviżjonali

    — Investimenti:

    (70) Instab li ftit investimenti magħmulin minn produttur tal-Komunità li kkoopera ma' kienux ġew ikkunsidrati fl-istadju proviżjonali. Wara l-inklużjoni ta' dawn il-figuri, s-sitwazzjoni ta' l-investiment ma biddiltx imġieba stabbilita minn qabel.

    Xi partijiet interessati argumentaw li l-estent ta' l-investimenti magħmulin fl-1998 mill-industrija tal-Komunnità wrew li din kienet f'sitwazzjoni finanzjarja tajba. Oħrajn irrimarkaw li jekk il-livell ta' investimenti kien baxx waqt il-IP, dan kien konsegwenza tas-snin preċedenti li fiha l-industrija tal-Komunità rreġistrat telf u li din ma setgħetx tkun attribwita għall-effett ta' l-importazzjonijiet issusidjati waqt il-IP.

    F'dan ir-rigward, l-investigazzjoni wriet biċ-ċar li n-nefqa fl-investimenti magħmula fl-1997, 1998 u fl-IP kienet, fil-maġġor parti tagħha konsegwenza tad-deċiżjonijiet lit tieħdu fl-1995 meta l-prospetti fis-settur tal-PET kienu tajbin (għalkemm it-telf seħħ fl-1996 din is-sitwazzjoni kienet meqjusa bħala temporanja). F'din it-tip ta' industrija, huwa iktar relevanti li teżamina l-pjanijiet għall-investiment milli ż-żmien tan-nefqa attwali. Kif stabbilit fil-premessa nru. 264 tar-Regolament proviżjonali, huwa kkonfermat li, bħala konsegwenza ta' aktar deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja minħabba sussidji dannużi waqt l-IP, l-industrija tal-Komunità ma ppjanatx espansjoni sinifikanti fil-kapaċità li tlaħħaq iż-żieda fid-domanda futura.

    — Pagi u stokk:

    Kienu eżaminati ukoll il-pagi u l-istokk, pero', l-pagi ma kienux ikkunsidrati bħala fattur relevanti minħabba li s-sehem tagħhom fuq in-nefqa ġenerali hija waħda żgħira u baqgħat stabbli waqt il-perjodu analiżżat. Fir-rigward ta' stokk, minħabba n-natura staġjonali tas-suq tal-PET, instab li l-livelli tal-PET ivarjaw sinifikament matul is-sena u b'hekk ma kienux ikkunsidrati bħala relevanti għall-analiżi tad-danni.

    — Tkabbir:

    Għalkemm ma kienx espressament imsemmi fir-Regolament proviżjonali, l-Kummissjoni eżaminat ukoll it-tkabbir fl-analiżi li għamlet tas-sehem tas-suq u li wera telf minimu għall-industrija tal-Komunità waqt il-perjodu ta' analiżi.

    Fatturi oħra eżaminati

    (71) Is-sitwazzjoni ta' l-industrija fir-rigward ta' l-indikaturi segwenti kienet eżaminata f'iktar fond.

    - Kapaċità li jitkattar il-kapital:

    Kif diġa' msemmi fir-Regolament proviżjonali, l-livell ta' telf esperjenzat waqt l-IP kien tali li l-edba pjan ta' investiment ġdid ma seta' jiġi miftiehem waqt l-IP. Dan ċarament ma tejjiebx il-kapaċita' ta' l-industrija tal-Komunità li tkattar il-kapital waqt dan il-perjodu minkejja ż-żieda fid-domanda antiċipata.

    - Produttività:

    Il-produttività f'termini ta' tunnellati prodotti għall-kull impjegat żdiedet b' 67 % mill-1996 sa l-IP u b'21 % mill-1998 sa' l-IP. Din iż-żieda konsiderevoli fil-produttività turi li l-industrija tal-Komunità għamlet l-isforzi kollha possibbli sabiex tibqa' kompetittiva.

    - Ritorn fuq l-invesitmenti (ROI):

    | 1996 | 1997 | 1998 | IP |

    Fuq Il-kapital mħaddem | –6 % | –7 % | 1 % | –8 % |

    L-indikatur imsemmi hawn fuq jirrifletti s-sitwazzjoni kollha ta' l-industrija tal-Komunità (inklużi l-aktar il-linji ta' kummerċ tal-PET). Il-verifikazzjoni wriet li parti kbira tat-tradizzjoni tal-kummerċ negattiva waqt l-IP setgħet tiġi attribwita lis-settur tal-PET. Dan l-indikatur huwa konformi mad-deterjorazzjoni tal-profittibilità ta' l-industrija tal-Komunità.

    - Likwidtà:

    (EUR) |

    1996 | Likwidtà netta (ħierġa) mill-attivitajiet ta' l-operat | –79002884 |

    1997 | Likwidtà netta (ħierġa) mill-attivitajiet ta' l-operat | 84901988 |

    1998 | Likwidtà netta (ħierġa) mill-attivitajiet ta' l-operat | 132915718 |

    IP | Likwidtà netta (ħierġa) mill-attivitajiet ta' l-operat | 51115757 |

    L-indikatur t'hawn fuq jirrifletti s-sitwazzjoni ġenerali ta' l-industrija tal-Komunità (inklużi l-aktar il-linji tal-kummerċ tal-PET). Jirrappreżenta r-riżultat gross ta' l-operat ta' dawn l-azjendi, qabel il-multi finanzjarji, d-deprezzament u proviżjonijiet. Il-verifikazzjoni wriet li parti kbira mid-deterjorament waqt l-IP hija attriwibbli għas-settur tal-PET.

    6. Argumenti oħrajn li tqajjmu

    (a) Argumenti ġenerali li tqajjmu għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni

    (72) Xi partijiet interessati wrew dubju fuq il-konklużjonijiet tal-Kummisjoni dwar id-danni minħabba li ftit mill-indikaturi tad-danni wrew tradizzjonijiet stabbli jew li qed jizdiedu. F'dan ir-rigward, numru mill-partijiet interessati waħħlu fil-livell baxx tal-bejgħ taħt il-prezz, iż-żieda fil-volum tal-bejgħ u l-istabbilità ġenerali ta' l-ishma tas-suq. Dawn ikkunsidraw li dawn l-indikaturi wrew li l-industrija tal-Komunità kienet tajba u li għalkemm il-prezzijiet kienu baxxi, dawn kienu fuq livell normali tenut kont tal-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq.

    (73) Dan l-argument ma' setgħax jiġi aċċettat. Kif stabbilit fir-Regolament proviżjonali, ż-żieda fil-bejgħ u r-rekupru tas-sehem tas-suq fl-IP, wara telf ta' 5 punt perċentwali bejn l-1997 u l-1998 seħħ meta l-industrija tal-Komunità naqqset konsiderevolment il-prezzijiet tagħha sabiex tqabbilhom ma' dawk ta' l-importazzjonijiet issussidjati. Kif spjegat fir-Regolament Proviżjonali, kien stabbilit li l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet issussidjati. F'dan ir-rigward, il-livell baxx tal-bjegħ taħt il-prezz irriżulta mill-fatt li l-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità kienu baxxuti waqt l-IP. Dan id-deprezzament kien riżultat ta' l-importazzjonijiet issussidjati li kienu sostanzjali fit-termini tal-volum u s-sehem tas-suq u li ġiegħel l-industrija tal-Komunità sabiex tirreaġixxi bit-tnaqqis tal-prezzijiet.

    (b) Żviluppi li seħħew wara l-IP

    (74) Ħafna partijiet interessati u delegati mill-Istati Membri talbu l-Kummissjoni sabiex tanalizza u tagħti każ ta' ċerti żviluppi li seħħew wara l-IP. B'mod partikolari l-partijiet semmew iż-żieda mgħaġġla u sostanzjali fil-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità tal-PET fir-rigward taż-żieda fil-prezz tal-materja prima. Skond dawn il-partijiet, is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità tjiebet drammatikament mill-IP u x'aktarx li l-industrija tal-Komunità ma kienitx qed isoffri iktar danni materjali.

    (75) Għandu jiġi mfakkar li l-Artikolu 11(1) tar-Regolament bażiku jżomm li informazzjoni marbuta ma' perjodu wara l-IP, m'għandux, normalment, jingħata każ tagħha. Fuq il-bażi ta' każistika tal-Qorti, żviluppi wara l-IP jistgħu jitqiesu biss jekk dawn jagħmlu imposizzjoni ta' miżuri kompensatorji li huma manifestament mhux xierqa.

    (76) Il-Kummissjoni analiżżat żviluppi fis-suq tal-PET waqt il-perjodu ta' disa' xhur wara l-IP i.e. l-1 ta' Ottubru 1999 sat-30 ta' Ġunju 2000. Instab li l-prezzijiet tal-bejgħ ta' PET magħmulin mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità urew tkabbir kontinwu. Il-prezz medju tal-bejgħ għall-perjodu ta' disa' xhur kien madwar 40 % ogħla mill-medja li nstabet għall-IP. Din iż-żieda kienet iktar mgħaġġla miż-żieda fin-nefqa (madwar 20 %) li wasslet għal titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-industrija tal-Komunità. Madanakollu, fuq medja, waqt dan il-perjodu ta' disa' xhur, ir-ritorn tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità kien għadu negattiv b'-2 % li jindika li l-attivita' finanzjajra baqħet mhux sodisfaċenti u ‘l bogħod mil-livell li jista' jassigua l-vijabbilità ta' din l-industrija.

    (77) Din il-biddla drastika fil-prezziijet hija, l-parti kbira, dovuta minħabba żieda fil-prezzijiet taż-żejt li seħħet fin-nofs ta' l-1999 u li affettwat notevolment il-prezzijiet kollha tal-polimeri ftit xhur wara. Għandu jiġi nnutat ukoll li kien hemm żieda kostanti fil-bejgħ u s-sehem tas-suq ta' l-industrija tal-Komunità b'effet negattiv fuq l-importazzjonijiet issussidjati. Madankollu, t-tnaqqis fil-volum ta' l-importazzjonijiet issussidjati jista' jkun konsegwenza tal-ftuħ ta' investigazzjoni kontra s-sussidji. Fil-każ preżenti, l-iżvilupp fir-rata tal-kambju tad-dollar/euro għamlet l-importazzjonijiet ikkonċernati inqas attraenti.

    (78) Għandu jiġi nnutat li r-rati tal-kambju, kif ukoll il-prezz taż-żejt, huma sensittivi ħafna u l-kambjamenti jistgħu jkunu temporanji. Aktar minn dan, jekk l-investigazzjoni li għaddejja kontra s-sussidji tintemm mingħajr ma jiġu imposti miżuri, l-importazzjonijiet issussidjati jistgħu jerġgħu jieħdu sehemhom fis-suq.

    (79) Fuq il-bażi ta' dan t'hawn fuq, kien konkluż li l-iżviluppi li seħħew wara l-IP ma jurux li d-danni kawżati mill-importazzjonijiet issussidjati sparixxew. Bħala riżultat, l-imposizzjoni ta' miżuri kompensatorji m'hijiex manifestament mingħajr kawża.

    7. Koklużjoni fuq id-danni

    (80) Peress li ma ġew riċevuti l-ebda argumenti dwar id-danni sofferti mill-industrija tal-Komunità, il-konklużjoni li l-industrija tal-Komunità sofriet danni materjali fl-ambitu ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku huma stabbiliti fil-premessi nru. 265 sa 268 tar-Regolament proviżjonali, huma b'hekk ikkonfermati.

    G. KAWŻAZZJONI

    (81) Bosta partijiet interessati baqgħu jaqblu li l-Kummissjoni kkonkludiet ħażin li l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati kienu l-kawża tad-danni sofferti mill-industrija tal-Komunità filwaqt li, fl-opinjoni tagħhom, is-sitwazzjoni ta' din l-industrija u l-livell ta' prezzijeit fis-suq tal-Komunità seħħew minħabba kumbinazzjoni ta' fatturi oħrajn. F'dan il-kuntest, dawn tennew il-punti li kienu diġa' tqajjmu fl-istadju proviżjonali (inklużi l-prezz tal-materja prima, s-sitwazzjoni ta' fqiegħ tal-kapaċità, l-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-PET).

    (82) Minħabba li ma ġewx riċevuti argumenti ulterjuri dwar il-kawża tad-danni sofferti mill-industrija tal-Komunità, il-konklużjoni li l-importazzjonijiet ta' PET mill-pajjiżi kkonċernati kienet il-kaġun ta' danni lill-industrija tal-Komunità kif spjegat fil-premessa nru. 290 tar-Regolament proviżjonali hija b'dan ikkonfermata.

    H. INTERESS TAL-KOMUNITÀ'

    1. Effett li x'aktarx ikollha l-imposizzjoni ta' miżuri fuq l-industriji downstream

    (a) Investigazzjoni ulterjuri

    (83) Fid-dawl tal-livell baxx ta' kooperazzjoni mill-utenti waqt l-ewwel stadju ta' l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinvestiga iktar l-effett li x'aktarx ikollha l-imposizzjoni ta' miżuri fuq l-industriji downstream. B'hekk, il-Kummissjoni bagħtet 90 kwestjonarju, ġdid u sempliċi, lill-utenti tal-PET, ftit minnhom kienu diġa' kuntattati imma ma kienux taw risposta. 19-il azjenda li qabel ma kienux ikkooperaw issottomettew risposti fil-limiti stabbiliti.

    Il-kumpaniji l-ġodda li kkooperaw huma:

    - tlett azjendi li jbiddlu l-prefroma/fliexkun:

    Lux PET GmbH & Co. (Lussemburgu)

    Puccetti SpA (Italja)

    EBP SA (Spanja)

    - erba' produtturi tal-film PET u pjanċi bl-użu tal-prodott ikkonċernat:

    RPC Cobelplast Montonate Srl (Italja)

    Moplast SpA (Italja)

    Alusuisse Thermoplastic (Renju Unit)

    Klöckner Pentaplast BV (L-Olanda)

    - erba' produtturi ta' xorb non-alkoħoliku:

    L'Abeille (Franza)

    Pepsico Food Beverages Intl. Ltd (Italja)

    Pepsico France (Franza)

    Europe Embouteillage Snc (Franza)

    - tmien produtturi ta' ilma minerali

    Aguas Minerales Pasqual SL (Spanja)

    Eycam Perrier SA (Spanja)

    Font Vella SA & Aguas de Lanjarón SA (Spanja)

    Italaquae SpA (Italja)

    Neptune SA (Franza)

    Roxane SA (Franza)

    San Benedetto (Italja)

    Società generale delle acque minerali arl (Italja)

    Fit-total, l-informazzjoni sottomessa mill-azjendi li kkompletaw jew l-ewwel jew it-tieni kwestjonarju koprew 26 % tal-konsum tal-Komunità tal-PET waqt il-IP. Il-figuri ta' l-ispiża stabbilita billi tgħaqqad din l-informazzjoni kienet ikkunsidrata bħala rappreżentattiva tas-sotto-setturi ta' l-utenti differenti, minħabba li informazzjoni individwali tal-kumpaniji uriet livell għoli ta' konsistenza fost il-kumpaniji li jappartjenu fl-istess sotto-setturi.

    (84) Wara l-imposizzjoni tal-miżuri proviżjonali, ġew riċevuti bosta sottomissjonijiet mill-utenti jew l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom. Dawn fil-maġġoranza tagħhom kienu magħmulin minn kummenti fuq l-iżviluppi passati fis-suq tal-PET u diskussjonijiet fuq l-impatt possibbli ta' miżuri fuq is-setturi ta l-untenti. Dawn is-sottomissjonijiet oriġinaw minn:

    - Schmalbach-Lubeca, l-ikbar azjenda li titrasforma materji fl-Ewropa(18 % tal-konsum ta' PET fil-Komunità);

    - l-assoċċjazzjoni tal-"European Plastic Converters" (EUPC);

    - UNESDA, assoċċjazzjoni li tirrapreżenta l-produtturi tax-xarbiet non-alkoħoliċi;

    - il-grupp Nestlé, li tenna li l-figuri mogħtija għas-suq Franċiż huma rappreżentattivi tas-suq ġenerali Ewropew. (ix-xerrejja totali Ewropej tal-PET bil-grupp jirrapreżentaw xi 9 % tal-konsum tal-Komunità ta' PET li minnhom 3 % huma tas-suq Franċiż biss).

    Dawn is-sottomissjonijiet, kif ukoll dawk magħmulin minn assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-produtturi ta' l-ilma (li għamlu lihom infushom magħrufa waqt l-ewwel stadju ta' l-investigazzjoni) ġew meħuda f'konsiderazzjoni, u fit-total is-sottomissjonijiet kollha jirrappreżentaw ta' l-anqas nofs is-suq.

    (b) Deskrizzjoni tas-settur ta' l-utenti

    (85) Wara li l-informazzjoni mogħtija ġiet analizzata, instab li s-settur ta' l-utenti, qabel ikkunsidrat bħala tlett gruppi (il-produtturi tal-preforma, il-produtturi ta' l-ilma u il-produtturi tax-xorb non-alkoħoliku integrati), huwa aktar speċifikament deskritt bħala żewġ gruppi:

    - dawk li jittrasformaw il-materja, inklużi produtturi ta' preformi u fliexken kif ukoll produtturi ta' pjanċi. Dawn l-utenti qed jagħmlu azzjoni sempliċi ta' trasformazzjoni; b'hekk il-prezz tal-PET huwa ċertament l-iktar element tagħhom li jiswa flus. Il-produtturi tal-fliexken u l-preformi jbiegħu l-parti ‘l-kbira tal-produzzjoni tagħhom lill-bottiljaturi tax-xorb non-alkoħoliku. Il-produtturi tal-pjanċi, li jirrapreżentaw biss porzjon żgħir tas-settur tal-konvertituri, jbiegħu lit-tipi differenti ta' industriji li jużaw il-pjanċi l-aktar sabiex jippakkettaw il-prodotti tagħhom.

    - Il-bottiljaturi tax-xorb mhux alkoħoliku, inkluż ilma karbonizzat u xorb mhux karbonizzat, ħalib, spremuti tal-larinġ eċċ. Il-qasma ta' dan il-grupp ta' utenti bejn il-produtturi ta' l-ilma u tax-xorb non-alkoħoliċi m'hijiex relevanti minħabba li f'ħafna każijiet l-istess produttur jibbottilja kemm l-ilma kif ukoll xarbiet non-alkoħoliċi. Huwa iktar importanti li ssir distinzjoni bejn ix-xorb differenti li dawn jagħmlu minħabba, f'termini relattivi, s-sehem tal-PET fl-ispiża tal-produzzjoni jiddependi fuq il-prezz intrinsiku ta' dak ix-xorb (sodas, jew spremuti jeħtieġu iktar spejjeż mill-ilma). Fi kwalunkwe każ, il-PET jibqa' element tan-nefqa importanti u problemi li jkollhom jaffaċjaw il-produtturi dwar il-fornitura li dawn għandhom ta' PET hija similari minkejja kwalunkwe prodott li dawn jipproduċu.

    (86) Għandu jiġi nnutat li hemm rabta ta' l-operat qawwija bejn it-trasformaturi (bl-eċċezzjoni tal-produtturi tal-pjanċi) u l-bottijlaturi.

    - Il-bottiljaturi jixtru l-produzzjoni kważi kollha tat-trasformaturi.

    - Kull trasformatur għandu numru limitat ta' klijenti (ħafna mid-drabi wieħed biss).

    - It-trasformaturi joperaw fuq bażi kontrattwali mal-klijenti tagħhom, u dawn il-kuntratti ġeneralment jinkludu jew dispożizzjonijiet li awtomatikament jirriflettu t-tibdil fil-prezzijiet tal-PET jew huma re-innegozzjati fuq bażi regolari.

    Konsegwentement, l-impatt tal-miżuri kif deskritti hawn isfel m'għandux jiġi akkumulat minħabba li l-parti l-kbira ta' l-impatt tal-miżuri ser jiġi mgħoddi direttament fuq il-klijenti l-maġġuri tat-trasformaturi i.e. bottiljaturi ta' xorb mhux alkoħoliku.

    (Ċ) Impatt previst tal-miżuri fuq l-utenti

    (87) Wara li ġew meqjusa l-figuri l-ġodda provduti, s-sitwazzjoni ta' l-utenti, li fornew informazzjoni kwantifikata, kienet kif ġej:

    | | Konsum ta' PET bħala % mill-konsum tal-Komunità | PET bħala % tan-nefqa għall-produzzjoni. | Impjegati involuti fil-prodotti li jużaw il-PET |

    Trasformaturi | Produtturi tal-preforma u tal-fliexken | 7 | 66 | 770 |

    Produtturi tal-pjanċi | 1 | 55 | 186 |

    Bottiljaturi ta' xorb mhux alkoħoliku | Ilma minerali | 18 | 24 | 6766 |

    Xorb mhux alkoħoliku | 1 | 9 | 298 |

    TOTAL | | 26 | | 8020 |

    (d) Impatt fuq it-trasformaturi

    (88) Kien stmat li l-imposizzjoni tal-miżuri kompensatorji proposti, tenut kont tal-volumi ta' xiri ta' PET li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati waqt l-IP, jirriżulta f'żieda ta' 0.75 % fil-prezz tal-produzzjoni ta' trasformaturi li jipproduċu l-preformi u l-fliexken. Fl-istess termini, l-impatt ta' miżuri fuq il-produtturi tal-pjanċi jkun ta' madwar 0,4 %. Minħabba r-rabta kontrattwwali mal-klijenti tagħhom, x'aktarx li t-trasformaturi jkunu kapaċi jgħaddu l-parti l-kbira taż-żieda fl-ispiża tagħhom fuq il-klijenti. L-impatt tal-miżuri kompensatorji fuq il-profitibilità ta' dawn l-azjendi hija b'hekk stmata bħala waħda limitata ħafna.

    (e) Impatt fuq il-bottiljaturi tax-xorb mhux alkoħoliku

    (89) Kien stmat li l-imposizzjoni tal-miżuri kompensatorji proposti, kkonsidrat il-volum tagħhom ta' xiri tal-PET li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati waqt l-IP, jirriżulta f'żieda medja ta' inqas minn 0,2 % ta' l-ispiża tal-produzzjoni tal-bottiljaturi ta' xorb mhux alkoħoliku. B'hekk jista' jiġi kkunsidrat li ż-żieda fl-ispiża tkun negliġibbli.

    2. Il-prezz tal-bejgħ bl-imnut tax-xorb

    (90) Instab li l-prezzijiet ta' l-ilma bbottiljat u xorb mhux alkoħoliku żdied b'rata relattivament kostanti ta' 1-2 % għal kull sena fuq l-għaxar snin li għaddew (statistika tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut tal-Eurostat). Waqt l-istess perjodu, l-prezzijiet tal-PET kienu instabbli ħafna, mingħajr, madankollu, ma jinfluwenzaw il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut ta' l-ilma jew ix-xorb mhux alkoħoliku bbottiljat. B'hekk, it-talba fir-rigward ta' l-impatt potenzali ta' l-inflazzjoni fuq il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut ta' l-ilma bbotiljat u xorb mhux alkoħoliku hija miċħuda.

    3. Effett li x'aktar ikollha l-imposizzjoni ta' miżuri fuq l-industrija tal-Komunità u industriji upstream.

    (91) Il-miżuri proposti, x'aktarx, ser jibbenefikaw lill-industrija tal-Komunità, li, bl-isforzi tar-ristrutturar u ż-żieda impressjonanti fil-produttività, uriet id-determinazzjoni li żżomm il-preżenza tagħha fis-suq tal-Komunità li qiegħed dejjem jikber. L-imposizzjoni ta' miżuri ser tħalli din l-industrija titjieb sabiex iżżid il-profitabilità u jkollha l-possibilità li tagħmel invesitmenti ġodda, li huma kruċjali, f'attività daqshekk intensiva fuq il-kapital, sabiex tassigura l-preżenza vijabbli fit-tul taż-żmien fil-Komunità.

    (92) Minħabba li s-sitwazzjoni ta' l-industrija upstream tal-Komunità tiddependi fuq is-saħħa finanzjarja tal-produtturi tal-PET tal-Komunità, t-titjib tas-sitwazzjoni ta' dan ta' l-aħħar ser tibbenefika ukoll, minħabba l-imposizzjoni ta' miżuri, l-industrija upstream. Dan kien ikkonfermat mill-azjendi li kkooperaw ta' l-industriji upstream.

    4. Konklużjoniijet fuq l-interess tal-Komunità

    (93) Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni addizzjonali miġjuba mill-utenti, kien konkluż li l-impatt tal-miżuri fuq l-utenti jkun limitat. Filfatt, minħabba li t-trasformaturi huma kapaċi jmexxu l-parti l-kbira taż-żieda fl-ispiża fuq il-klijenti tagħhom, l-impatt konsolidat tal-miżuri fuq il-produtturi tax-xorb hija stmata bħala waħda marġinali fuq il-profitabilità ta' dan is-settur.

    (94) Aktar minn dan, huwa kkonfermat li r-rilokalizazzjoni tal-produzzjoni tal-preformi barra mill-komunità x'aktarx li ma sseħħx. Il-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tax-xorb alkoħoliku m'humiex affettwati ħafna s-soltu bl-inflazzjoni tal-prezzijiet tal-PET u l-imposizzjoni tal-miżuri hija ċarament fl-interess ta' l-industrija tal-Komunità u industriji upstream.

    (95) Minħabba li l-ebda argument ieħor ma kien riċevut fir-rigward ta' l-interess tal-Komunità, il-konklużjoni tar-Regolament proviżjonali li m'hemm l-ebda raġunijiet għaliex m'għandhomx jiġu mposti miżuri, kif stabbiliti fil-premessa nru. 344 tiegħu, hija b'dan ikkonfermata.

    I. DAZJI MHUX IMPOSTI

    (96) Fid-dawl tas-sejbiet imniżżla hawn fuq li l-medja peżata tal-pajjiż fir-rigward tal-marġini tas-sussidji għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indonesja, il-Korea u t-Tajwan huma de minimis, ġie deċiż b'mod definit li ma jkunux imposti miżuri kompensatorji fir-rigward ta' l-importazzjonijiet li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi. Konsegwentement, il-proċediment fir-rigward ta' l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi għandha tkun mitmuma.

    J. KORS TA' AZZJONI DEFINITTIV

    (97) Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħħqu fir-rigward ta' l-issussidjar, danni, kawżazzjoni u l-interess tal-Komunità, huwa meqjus li l-miżuri kompensatorji definittivi għandhom jittieħdu sabiex jipprevjenu iktar danni milli jkunu kawżati lill-Komunità mill-importazzjonijiet ssussidjati li joriġinaw mill-Indja, l-Malasja u t-Tajlandja.

    (98) Fin-nuqqas ta' informazzjoni ġdida, il-metodoloġija użata sabiex jkun stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni tad-danni kif deskritti fil-premessi nru. 349 u 350 tar-Regolament proviżjonali hija b'dan ikkonfermata.

    (99) Sabiex jiġi evitat li ċ-ċaqliq fil-prezz taż-żejt jirriżulta f'dazji għola, huwa kkonsidrat bħala xieraq li d-dazji fil-forma ta' ammont speċifiku għal kull tunnellata għandha tiġi imposta. Dawn l-ammonti jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' rata ta' dazji kompensatorja għall-prezzijiet ta' esportazzjoni CIF użata għall-kalkolazzjoni tal-livell ta' eliminazzjoni ta' danni waqt l-IP.

    (100) Dan wassal għar-rati ta' dazju kompensatorji li ġejjin (EUR għal kull tunnellata) għall-produtturi u esportaturi li kkooperaw:

    (a) INDJA

    Reliance Industries Limited | 41,3 EUR/t |

    Pearl Engineering Polymers Limited | 31,3 EUR/t |

    Elque Polyesters Limited | 22,0 EUR/t |

    Futura Polymer Limited | 0 |

    (b) MALASJA

    MPI Polyester Industries Sdn. Bhd. | 0 |

    Hualon Corporation (M) Sdn. Bhd. | 16,6 EUR/t |

    (ċ) TAJLANDJA

    Thai Shinkong Industry Corporation Limited | 49,1 EUR/t |

    (101) Sabiex jiġi evitat li jingħata bonus għan-nuqqas ta' kooperazzjoni, kien ikkunsidrat xieraq li r-rata ta' dazju għall-azjendi li ma kkooperawx jiġi stabbilit bħala l-ogħla rata stabbilita għal kwalunkwe produttur u esportatur, i.e, 41,3 EUR/t għall-produtturi Indjani, 16,6 EUR/t għall-produtturi mill-Malasja u 49,1 EUR/t għall-produtturi Tajlandiżi.

    (102) Id-dazji kompensatorji speċifiċi għall-azjendi individwali speċifikati f'dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta' l-investigazzjoni preżenti. B'hekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn l-azjendi. Dawn id-dazji (kif opposti mid-dazju applikabbli għall "azjendi l-oħajn kollha") huma b'hekk esklussivament applikabbli għall-entitajiet speċifiċi msemmija. Prodotti importati u pprodotti minn kwalunkwe azjenda oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operativa ta' dan ir-Regolament b'isimha, inkludiet entitajiet marbuta ma' dawk speċifikament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn id-dazji u għandhom ikunu soġġetti għad-dazji applikabbli għall-"azjendi l-oħrajn kollha".

    (103) Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazji kompensatorji individwali (eż. Wara bidla fl-isem ta' l-entità jew wara l-istabbiliment ta' produzzjoni ġdida jew entitajiet ta' bejgħ) għandha tiġi indirizzata lejn il-Kummissjoni [9], flimkien ma' l-informazzjoni relevanti kollha, b'mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet ta' l-azjenda marbuta mal-produzzjoni, domestika u bejgħ bl-esportazzjoni assoċjata ma', e.g. bidla fl-isem jew dik il-bidla fil-produzzjoni u entitajiet tal-bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk xieraq, għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif xieraq billi taġġorna l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta' dazju individwali.

    K. ĠBIR TAD-DAZJI PROVIŻJONALI

    (104) Fid-dawl ta' l-ammont ta' sussidji kompensatorji misjuba għall-produtturi li jesportaw u fid-dawl tas-serjetà tad-danni kkawżati lill-industrija tal-Komunità, kien ikkunsidrat bħala neċessarju li l-ammonti garantiti bħala dazji proviżjonali kompensatorji taħt ir-Regolament (KE) Nru. 1741/2000 ikunu miġbura definittivament sa' l-ammont ta' dazji definittivi imposti. F'dawk il-każijiet, fejn id-dazji definittivi huma għola mid-dazji proviżjonali, l-ammonti garantiti fuq il-livell ta' dazji proviżjonali biss għandhom jiġu miġbura. L-ammonti garantiti permezz ta' dazji proviżjonali kompensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tereftalat tal-polietilene li joriġina mit-Tajwan għandhom jiġu meħlusa.

    L. SERVIZZI OFFERTI

    (105) Sussegwentement għall-imposizzjoni tad-dazji proviżjonali kompensatorji, żewġ produtturi u esportaturi fl-Indja offrew prezz tas-servizzi offruti skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku.

    (106) Il-Kummissjoni tikkonsidra li s-servizzi offerti minn Reliance Industries Limited u Pearl Engineering Polymers Limited jistgħu jiġu aċċettati [10] minħabba li dawn jeliminaw l-effetti ta' danni tas-sussidji. Aktar minn dan, ir-rapport regolari u dettaljat li l-azjendi ogglibaw ruħhom li jagħtu lill-Kummissjoni ser jippermettu kontroll effettiv. Ukoll, l-istruttura tal-bejgħ ta' dawn l-azjendi hija tali li l-Kummissjoni tikkonsidra li r-riskju ta' ċirkumvenzjoni ta' l-obbligazzjonijiet tkun minima.

    (107) Sabiex ikun assigurat ir-rispett effettiv u l-kontroll ta' dawn is-servizzi, meta tiġi ppreżentata t-talba sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jiċċirkolaw liberament, l-eżenzjoni mid-dazju hija kondizzjonata fuq il-preżentazzjoni lid-dwana ta' l-Istat Membru kkonċernat ta' "Riċevuta għas-servizzi" maħruġa mill-produttur li jkun qed jesporta u li jkun accetta s-servizzi u li għandhom l-informazzjoni mniżżla f'dan l-Anness. Meta din l-irċevuta ma tkunx ippreżentata, jew fejn din ma tikkorispondix mal-prodott ppreżentat fid-dwana, r-rata xierqa ta' dazju kompensatorju għandha tiġi mħallsa sabiex tassigura l-applikazzjoni effettiva ta' l-obligazzjoni.

    (108) Fil-każ ta' ksur jew irtirar ta's-servizzi, jista' jiġi impost dazju kompensatorju, skond l-Artikolu 13(9) u (10) tar-Regolament bażiku.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    1. Dazju kompensatorju definit huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet tat-tereftalat tal-polietilene b'koeffiċjent ta' viskożità ta' 78 ml/g jew ogħla, skond id-DIN (Deutsche Industrienorm) 53728, li jaqa' fil-kodiċi CN 39076020 u l-kodiċi CN ex39076080 (kodiċi TARIC 3907608010).

    2. B'eċċezzjoni għal dak li huwa provdut fil-paragrafu 3, ir-rata tad-dazju definittiv kompensatorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għall-prodotti li joriġinaw mill-pajjiżi segwenti, għandhom ikunu kif ġej:

    Pajjiż | Dazju definit EUR għal kull tunnellata | Kodiċi TARIC addizjonali |

    Indja | 41,3 | A999 |

    Malasja | 16,6 | A999 |

    Thajlandja | 49,1 | A999 |

    3. Ir-rati t'hawn fuq m'għandhomx japplikaw għall-prodotti magħmula mill-azjendi mniżżlin hawn isfel, li għandhom ikunu soġġetti għar-rati ta' dazju kompensatorju li ġejjin:

    Pajjiż | Kumpanija | Dazju definittiv (EUR għal kull tunnellata) | Kodiċi TARIC addizjonali |

    Indja | Reliance Industries Limited | 41,3 | A181 |

    India | Pearl Engineering Polymers Limited | 31,3 | A182 |

    Indja | Elque Polyesters Limited | 22,2 | A183 |

    Indja | Futura Polymer Limited | 0 | A184 |

    Malasja | MPI Polyester Industries Sdn. Bhd. | 0 | A185 |

    Malaysia | Hualon Corporation (M) Sdn. Bhd. | 16,6 | A186 |

    Tajlandja | Thai Shingkong Industry Corporation Limited | 49,1 | A190 |

    4. Fil-każijiet fejn il-merkanzija ġiet danneġġata qabel ma daħlet fic-ċirkulazzjoni libera u, b'hekk, il-prezz li attwalment ġie mħallas jew li għandu jiġi mħallas huwa mqassam skond id-determinazzjoni tal-valur tad-dazju skond l-Artikolu 145 [11] tar-Regolament tal-Kummissjoni stabbilita hawn fuq, għandu jiġi mnaqqas b'perċentwali li jikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz attwalment imħallas jew li jrid jitħallas.

    5. Minkejja il-paragrafu nru. 1, id-dazju definittiv m'għandux japplika għall-importazzjonijiet realizzati għas-suq liberu skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu2.

    6. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fir-rigward tar-rati doganali għandhom japplikaw.

    Artikolu 2

    1. L-importazzjonijiet għandhom ikunu eżentati mid-dazji kompensatorji imposti mill-Artikolu 1 sakemm dawn huma prodotti u esportati direttament (ie. Mibjugħa u trasbordati) lill-azjenda li taħdem bħala importatur lejn il-Komunità mill-Kumpanijia msemmija fil-paragrafu nru. 3, dikjarat taħt il-kodiċi addizjonali TARIC xieraq u, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 huma milħuqa.

    2. Meta tiġi ppreżentata t-talba sabiex il-prodotti jinħelsu għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-eżenzjoni mid-dazji għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni lis-servizzi doganali ta' l-Istat Membru kkonċernat ta' "Riċevuta għas-servizzi" maħruġa mill-azjendi li jesportaw imsemmija fil-paragrafu nru.3, u li jkun fiha l-elementi essenzali mniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Eżenzjoni mid-dazji għandha tkun kondizzjonali ukoll għall-prodotti ddikjarati u ppreżentati fid-dwana u li tikkorrispondi preċiżament għad-deskrizzjoni ta' "Riċevuta għas-servizzi".

    3. Importazzjonijiet akkumpanjat b' "Riċevuta għas-servizzi" għandhom jiġu ddikjarati taħt il-kodiċi TARIC addizzjonali:

    Kumpanija | Pajjiż | Kodiċi TARIC addizzjonali |

    Reliance Industries Limited | Indja | A181 |

    Pearl Engineering Polymers Limited | Indja | A182 |

    Artikolu 3

    L-Ammonti garantiti permezz ta' dazji proviżjonali kompensatorji skond ir-Regolament (KE) Nru. 1741/2000 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' tereftalat tal-polietilene li joriġina mill-Indja, l-Malasja u t-Tajlandja għandhom jiġu miġbura bir-rata ta' dazju definittiv imposta. Ammonti garantiti li huma ta' iktar mir-rata definittiva ta' dazji kompensatorji għandhom jiġu liberati.

    Artikolu 4

    Il-proċedimant kontra l-issussidjat fir-rigward ta' importazzjonijiet tat-tereftalat tal-polietilene li joriġina mill-Indonesja, r-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan hija b'dan mitmuma.

    Artikolu 5

    L-ammonti garantiti bħala dazji proviżjonali kompensatorji skond ir-Regolament (KE) Nru. 1741/2000 fuq l-importazzjoni ta' tereftalat tal-polietilene li joriġina mit-Tajwan għandu jiġi meħlus.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jiħdħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel fis-27 ta' Novembru 2000.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Fabius

    [1] ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1.

    [2] ĠU L 199, tal-5.8.2000, p. 6.

    [3] ĠU L 199, tal-5.8.2000, p. 48.

    [4] ĠU C 319, tas-6.11.1999, p. 2.

    [5] Kanada – Miżuri li jaffettwaw l-esportazzjoni ta' ajruplani ċivili, Rapport tal-Korp ta' l-Appell, Dok. WT/DS70/AB/R, 2 ta' Awwissu 1999 (premessi nru. 149 et seq.)

    [6] Ara paġna 88 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [7] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p.1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 502/1999 (ĠU L 65, tat-12.3.1999, p. 1).

    [9] Kummissjoni EwropeaDirettorat-Ġenerali tal-KummerċDirettorat CTERV 0/13Rue de la Loi/Wetstraat 200B - 1049 Brussels.

    [10] Ara paġna 88 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [11] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat bif-Regolament (KE) Nru 502/1999 (ĠU L 65, tat-12.3.1999, p. 1).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Elementi li għandhom jiġu indikati fir-"Riċevuta għas-servizzi" msemmi fl-Artikolu 2(2):

    1. In-numru ta' l-irċevuta.

    2. Il-Kodiċi addizzjonali TARIC li taħtu l-prodotti fl-irċevuta jistgħu jkunu meħlusa fid-dwana fil-fruntiera tal-Komunità, (kif spjegat fir-Regolament).

    3. Id-Deskrizzjoni eżatta ta' l-oġġetti, inklużi:

    - in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PRC) (kif stabbilit fis-servizz offrut mill-esportatur u produttur fil-kwestjoni)

    - il-kodiċi CN

    - kwantità (li għandha tingħata bħala unitajiet)

    4. Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, inklużi:

    - price per unit,

    - it-termini tal-ħlas applikabbli

    - it-termini applikabbli sabiex jiġu trasportati lejn id-destinazzjoni intiża

    - tnaqqis u skontijiet totali.

    5. Isem tal-Kumpanija li qed taħdem bħala importatur li għaliha l-irċevuta qed tinħareġ direttament mill-Kumpanija.

    6. L-isem ta' l-Uffiċċjal tal-Kumpanija li ħareġ l-irċevuta għas-servizzi u d-dikjarazzjoni segwenti:

    "Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-prodotti koperti b'din l-irċevuta qed issir fl-ambitu u fit-termini tas-servizzi offruti minn … (kumpanija) u aċċettati mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2000/745/KE. Jien niddikjara li l-informazzjoni misjuba f'din l-irċevuta hija sħiħa u korretta."

    --------------------------------------------------

    Top