Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2114

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2114/2000 ta’ l-5 ta’ Ottubru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 fir-rigward ta’ liċenzji ta’ l-esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

    ĠU L 252, 6.10.2000, p. 6–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1282

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2114/oj

    32000R2114



    Official Journal L 252 , 06/10/2000 P. 0006 - 0006


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2114/2000

    ta’ l-5 ta’ Ottubru 2000

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 fir-rigward ta’ liċenzji ta’ l-esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1670/2000 [2], u b’mod partikolari Artikolu 26(3) tar-Regolament,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1961/2000 [4], li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1587/96 [6], fir-rigward ta’ liċenzji ta’ l-esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. Biex tassigura operazzjoni bla xkiel ta’ l-arranġamenti tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni u tnaqqas ir-riskju ta’ l-applikazzjonijiet spekolattivi u d-disturbi fl-arranġamenti ta’ ċertu prodotti tal-ħalib, minħabba s-sitwazzjoni tas-suq, il-perjodu tal-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandhom ikunu mnaqqsa u l-garanzijja stabbilità fir-Regolament għandha tiżdied.

    (2) Il-miżuri li hemm provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 174/1999 hu emendat kif ġej:

    1. Artikolu 6(a) hu mibdul b’dan li ġej:

    "(a) fl-aħħar tar-raba’ xahar wara l-ħarġa fil-każ ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 040210;"

    2. Artikolu 9(b) hu mibdul b’dan li ġej:

    "(b) 30 % għall-prodotti koperti bil-kodiċi NM 040210;"

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Ottubru 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

    [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 10.

    [3] ĠU L 20, tas-27.1.1999, p. 8.

    [4] ĠU L 234, tas-16.9.2000, p. 10.

    [5] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

    [6] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21.

    --------------------------------------------------

    Top