This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R1072
Commission Regulation (EC) No 1072/2000 of 19 May 2000 amending Regulation (EEC) No 1538/91 introducing detailed rules for implementing Regulation (EEC) No 1906/90 on certain marketing standards for poultrymeat
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1072/2000 tad-19 ta’ Mejju 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti marketing standards għal-laħam tat-tjur
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1072/2000 tad-19 ta’ Mejju 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti marketing standards għal-laħam tat-tjur
ĠU L 119, 20.5.2000, p. 21–26
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0543
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31991R1538 | Sostituzzjoni | artikolu 14BIS.13 | 01/09/2000 | |
Modifies | 31991R1538 | Żieda | anness 6BIS | 01/09/2000 | |
Modifies | 31991R1538 | Emenda | artikolu 14BIS.3 | 01/09/2000 | |
Modifies | 31991R1538 | Żieda | artikolu 14TER | 01/09/2000 | |
Modifies | 31991R1538 | Tlestija | anness 7 | 01/07/2000 | |
Modifies | 31991R1538 | Emenda | anness 8 | 01/07/2000 | |
Modifies | 31991R1538 | Tlestija | artikolu 1.2 | 01/07/2000 | |
Modifies | 31991R1538 | Tlestija | anness 4 | 01/07/2000 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32000R1072R(01) | ||||
Corrected by | 32000R1072R(02) | ||||
Corrected by | 32000R1072R(03) | (PL) | |||
Implicitly repealed by | 32008R0543 | 01/07/2008 |
Official Journal L 119 , 20/05/2000 P. 0021 - 0026
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1072/2000 tad-19 ta’ Mejju 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti marketing standards għal-laħam tat-tjur IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti marketing standards għal-laħam tat-tjur [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1101/98 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 u 9 tiegħu, Billi: (1) Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1000/96 [4], jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ marketing standards fis-settur tal-laħam tat-tjur; (2) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1101/98 l-iskop tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 ġie estiż sabiex ikopri l-kontroll tal-kontenut ta’ ilma fil-qatgħat tat-tjur. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti disposizzjonijiet dettaljati għal dawk il-kontrolli li huma simili għal dawk għall-karkassi ffriżati sħaħ u ffriżati malajr u li jinkludu l-lista ta’ prodotti kkonċernati u l-metodu xieraq ta’ kontroll. (3) Id-disposizzjonijiet għall-kontroll ta’ l-ilma għandhom jiġu addattati wkoll fir-rigward tal-miżuri nazzjonali għall-kontrolli fil-fażijiet kollha tas-suq u sabiex tiġi aġġornata l-lista ta’ laboratorji ta’ referenza. (4) L-età tal-qtil tal-wiżż żgħir, li l-isternu tiegħu ma jkunx għadu ġie ossifikat għandu jiġi stabbilit fil-kuntest ta’ l-indikazzjoni ta’ tipi partikolari ta’ biedja. (5) Il-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1538/91 huwa emendat kif ġej: 1. Il-punt (n) li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 1(2): "(n) laħam tas-saqajn tad-dunjun mingħajr għadam: koxox tad-dundjan u/jew drumsticks, mingħajr għadam, jiġifieri mingħajr il-femora, it-tibja jew il-fibula, sħaħ, imqatta’ jew maqtugħin fi strippi." 2. L-Artikolu 14(a) huwa emendat kif ġej: - fil-paragrafu 3 l-ewwel subparagrafu, "erba’" hija mibdula bi "tmienja", - il-paragrafu 13 qiegħed jiġi mibdul b’dan li ġej: "13. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri prattiċi għall-kontrolli li għalihom hemm ipprovdut f’dan l-Artikolu f’kull fażi tat-tqegħid fis-suq inklużi l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fiż-żmien tar-rilaxx mid-dwana skond l-Annessi V u VI. Għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Settembru 2000 b’dawn il-miżuri. Kull tibdil relevanti għandu jiġi kkomunikat minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni." 3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 14(b) li ġej: "L-Artikolu 14b 1. Il-qatgħat tat-tjur friski, iffriżati jew iffriżati malajr li ġejjin jistgħu jitqiegħdu fis-suq permezz ta’ negozju jew kummerċ fi ħdan il-Komunità jekk biss il-kontenut ta’ ilma ma jkunx jaqbeż il-valuri li teknikament ma jistgħux jiġu skartati stabbiliti bil-metodu ta’ analiżi deskritt fl-Anness VIa (metodu kimiku): (a) fillet tas-sider tat-tiġieġa, bil-wishbone jew mingħajra, mingħajr ġilda; (b) sider tat-tiġieġa, bil-ġilda; (ċ) koxox tat-tiġieġ, drumsticks, saqajn, saqajn b’prozjon mid-dahar, robbi tas-saqajn, bil-ġilda; (d) fillet tas-sider tad-dundjan, mingħajr ġilda; (e) sider tad-dundjan, bil-ġilda; (f) koxox tad-dundjan, drumsticks, saqajn, bil-ġilda; (g) laħam tas-saqajn tad-dunjun mingħajr għadam u mingħajr ġilda: 2. L-awtoritajiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-biċċeriji u l-impjanti ta’ qtugħ sew jekk parti mill-biċċeriji sew jekk le jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 u b’mod partikolari li: - isiru kontrolli regolari dwar l-ilma assorbit fil-biċċeriji skond l-Artikolu 14a(3) ukoll għall-karkassi tat-tiġieġ u d-dundjani maħsuba għall-produzzjoni ta’ qatgħat friski, iffriżati u ffriżati malajr elenkati fil-paragrafu 1. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu għallinqas darba f’kull perjodu tax-xogħol ta’ tmien sigħat. Il-valuri tal-limitu stabbiliti fl-Annex VII(9) għandhom japplikaw ukoll għall-karkassi tad-dundjani, - ir-riżultati tal-kontrolli għandhom jiġu rreġistrati u miżmuma għal perjodu ta’ sena, - kull lott għandu jiġi mmarkat b’tali -mod li d-data tal-produzzjoni tkun tista’ tkun identifikata; din il-marka fuq il-lott għandha tidher fir-records tal-produzzjoni. 3. Għallinqas darba kull tliet xhur għandhom isiru kontrolli fuq il-kontenut ta’ l-ilma li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, permezz ta’ teħid ta’ kampjuni, fuq qatgħat tat-tjur iffriżati u ffriżati malajr minn kull impjant ta’ qtugħ li jipproduċi qatgħat bħal dawn, skond l-Anness VIa. Dawn il-kontrolli ma għandhomx isiru għall-qatgħat tat-tjur li fir-rigward tagħhom tingħata xhieda għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti illi huma maħsubin esklussivament għall-esportazzjoni. Wara sena ta’ kontrolli sodisfaċenti f’impjant tal-qtugħ partikolari, il-frekwenza tal-kontrolli għandha titnaqqas għal darba kull sitt xhur. Kull nuqqas ta’ konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Annex VIa għandha wara tirriżulta f’li jerġgħu jibdew isiru l-kontrolli għallinqas darba kull tliet xhur għal perjodu ta’ mhux inqas minn sentejn qabel ma’ l-frekwenza mnaqqsa tkun tista’ terġa’ tiġi applikata. 4. Il-paragrafi 5 sa 13 ta’ l-Artikolu 14a għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-qatgħat tat-tjur li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1." 4. Fl-Anness IV dan li ġej għandu jiġi miżjud fir-rigward ta’ l-età minima tal-qtil: - taħt (b) "ġewwa estensiv": - "wiżż żgħir (goslings): 60 jum wara jew aktar tard", - taħt (d) "free range tradizzjonali": - "60 jum għall-wiżż żgħir (goslings)". 5. L-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness VIa. 6. L-Anness VII huwa emendat kif ġej: - il-punt 1 huwa mibdul b’dan li ġej: - "1. Għallinqas darba f’kull perjodu tax-xogħol ta’ tmien sigħat: jintgħażlu 25 karkassa b’mod każwali mil-linja fejn jitneħħa l-ġewwieni immedjatament wara li jitneħħilhom il-ġewwieni u wara li jitneħħa l-iskart u x-xaħam u qabel l-ewwel ħasla sussegwenti," - il-punt 8a li ġej huwa mdaħħal: - "8a. Minflok l-użin manwali kif deskritt taħt il-punti 1 sa 8 jistgħu jintużaw linji ta’ wżin awtomatiċi biex jiġi stabbilit il-persentaġġ ta’ assorbiment ta’ l-umdità għall-istess numru ta’ karkassi u skond l-istess prinċipji, sakemm il-linja ta’ l-użin awtomatiku tkun approvata minn qabel għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti." 7. Fl-Anness VIII, l-indirizzi tal-laboratorji ta’ referenza li ġejjin huma mibdula biex jaqraw kif indikat minn issa ’l quddiem: LABORATORJU TA’ REFERENZA TAL-KOMUNITÀ: ID/Lelystad Postbus 65 Edelhertweg 15 8200 AB Lelystad The Netherlands Il-BELĠJU Faculteit Diergeneeskunde Vakgroep "Diergeneeskundig toezicht op eetwaren" Universiteit Gent Salisburylaan 133 B-9820 Merelbeke IL-GREĊJA Ministry of Agriculture Veterinary Laboratory of Patra 15 Notara Street GR-264 42 Patra L-ITALJA Ispettorato Centrale Repressione Frodi Via Jacopo Cavedone n.29 I-41100 Modena L-OLANDA ID/Lelystad Postbus 65 Edelhertweg 15 8200 AB Lelystad IR-RENJU UNIT CSL Food Science Laboratory Sand Hutton York Y04 1LZ United Kingdom L-AWSTRIJA Bundesamt und Forschungszentrum für Landwirtschaft Spargelfeldstr.191 A-1220 Wien Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2000. Iżda, il-punti 2, 3 u 5 ta’ l-Artikolu 1 għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2000. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Mejju 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 1. [2] ĠU L 157, tat-30.4.1998, p. 12. [3] ĠU L 143, tas-7.6.1991, p. 11. [4] ĠU L 134, tal-5.6.1996, p. 9. -------------------------------------------------- ANNESS L-ANNESS VIa KALKOLAZZJONI TAL-KONTENUT TOTALI TA’ ILMA F’QATGĦAT TAT-TJUR (Test kimiku) 1. Għan u skop Dan il-metodu għandu jintuża biex jiġi stabbilit il-kontenut totali ta’ ilma f’ċerti qatgħat tat-tjur. Dan il-metodu għandu jinvolvi l-metodu ta’ kalkolazzjoni tal-kontenut ta’ ilma u proteini tal-kampjuni mill-qatgħat omoġenizzati tat-tjur. Il-kontenut totali ta’ ilma kif stabbilit għandu jitqabbel mal-valur tal-limitu mogħti permezz tal-formoli indikati fil-paragrafu 6.4, biex jiġi stabbilit jekk l-ilma żejjed ġiex imneħħi jew le waqt l-ipproċessar. Jekk l-analista jissusspetta l-preżenza ta’ xi sustanza li tista’ tfixkel l-istima, għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha li jittieħdu l-prekawzjonijiet xierqa meħtieġa. 2. Tifsiriet u proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni It-tifsiriet mogħtija fl-Artikolu 1(2) għandhom japplikaw għall-qatgħat tat-tjur li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 14b. Id-daqsijiet tal-kampjuni għandhom ikunu ta’ l-anqas kif ġej: sider tat-tiġieġ, fillet tas-sider tat-tiġieġ: nofs is-sider (mingħajr għadam) sider tad-dundjan, fillet tas-sider tad-dundjan u laħam tas-sieq mingħajr għadam: porzjonijiet ta’ bejn wieħed u ieħor 100 g qatgħat oħra: kif imfissra fl-Artikolu 1(2). Fil-każ ta’ prodotti fi kwantità ffriżati jew iffriżati malajr (qatgħat mhux ippakkjati individwalment) il-pakketti l-kbar li minnhom għandhom jittieħdu l-kampjuni jistgħu jinżammu f’0 °C sakemm il-qatgħat individwali jistgħu jitneħħew. 3. Prinċipju Il-kontenut ta’ ilma u proteini għandu jiġi stabbilit skond il-metodi ta’ l-ISO (Organizzazzjoni Nternazzjonali għall-Istandardizzazzjoni) rikonoxxutijew metodi oħra jew analiżi approvati mill-Kunsill. L-ogħla kontenut totali ta’ ilma permissibbli f’qatgħat tat-tjur għandu jiġi stmat mill-kontenut ta’ proteini tal-qatgħat, li jista’ jkollu x’jaqsam mal-kontenut fiżjoloġiku ta’ l-ilma. 4. Apparat u reaġenti 4.1. Miżien biex jintiżnu l-qatgħat u l-ippakkjar, li jkun kapaċi jiżen bi preċiżjoni aħjar minn ± 1 g. 4.2. Mannara jew serrieq tal-laħam għall-qtugħ tal-qatgħat fid-daqs xieraq għall-makna ta’ l-ikkappuljat. 4.3. Makni ta’ l-ikkappuljat li jifilħu għall-istrapazz u makni li jħalltu li jkunu kapaċi jomoġenizzaw qatgħat tat-tjur jew partijiet minnhom. Nota: Ebda makna ta’ l-ikkappuljat speċjali ma għandha tkun irrakkomandata. Għandu jkollha saħħa biżżejjed biex tagħmel ikkappuljat wkoll laħam iffriżat jew iffriżat malajr u għadam biex tipproduċi taħlita omoġena li tkun tikkorrispondi ma’ dik miksuba minn makna ta’ l-ikkappuljat li jkollha t-toqob b’dijametru ta’ 4 mm. 4.4. Apparat kif speċifikat fl-ISO 1442, biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma. 4.5. Apparat kif speċifikat fl-ISO 937, biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ proteini. 5. Proċedura 5.1. Għandhom jittieħdu ħames qatgħat b’mod każwali mill-kwantità ta’ qatgħat tat-tjur li għandhom jiġu verifikati u f’kull każ miżmuma ffriżati jew imkessħin skond il-każ sakemm jingħata bidu għall-analiżi skond il-punti 5.2 sa’5.6. Kampjuni minn prodotti fi kwantità ffriżati jew ffriżati malajr li jirreferi għalihom il-punt 2 għandhom jinżammu f’0 °C sakemm jingħata bidu għall-analiżi. Dan jista’ jsir jew bħala analiżi ta’ kull waħda mill-ħames qatgħat, jew bħala analiżi ta’ kampjun magħmul mill-ħames qatgħat. 5.2. It-tħejjija għandha tinbeda f’dik is-siegħa wara li l-qatgħat jitneħħew mill-friża jew mill-friġġ. 5.3. (a) Il-parti ta’ barra tal-pakkett għandha tintmesaħ biex jitneħħa s-silġ u l-ilma ta’ fuq barra. Kull qatgħa għandha tintiżen u titneħħa mill-materjal ta’ l-ippakkjar. Wara li l-qatgħat jinqatgħu fi bċejjeċ iżgħar, il-piż tal-qatgħa tat-tjur għandu jkun stabbilit sa l-inqas gramma wara li jitnaqqas il-piż ta’ xi materjal ta’ l-ippakkjar imneħħi biex jagħti "P1". (b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-piż totali tal-ħames qatgħat, imħejjija skond 5.3(a), għandu jiġi stabbilit biex jagħti "P5". 5.4. (a) Il-qatgħa sħiħa li l-piż tagħha huwa P1, għandha tiġi kkapuljata mill-makna ta’ l-ikkappuljat speċifikata taħt il-punt 4.3 (u, jekk meħtieġ, imħallta wkoll permezz tal-makna li tħallat) biex jinkiseb materjal omoġenu li minnu jkun jista’ jittieħed kampjun rappreżentattiv ta’ kull qatgħa. (b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-ħames qatgħat li l-piż tagħhom huwa P5 għandhom jiġu kkapuljati f’makna ta’ l-ikkappuljat kif speċifikat taħt il-punt 4.3 (u, fejn meħtieġ, imħallta wkoll permezz ta’ makna li tħallat) biex jinkiseb materjal omoġenu li minnu jistgħu jittieħdu żewġ kampjuni rappreżentattivi tal-ħames qatgħat. Iż-żewġ kampjuni għandhom jiġu analizzati kif imfisser fil-punti 5.5 u 5.6. 5.5. Għandu jittieħed kampjun tal-materjal omoġenizzat u dan għandu jiġi użat minnufih biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma skond l-ISO 1442 biex jagħti "%" għall-kontenut ta’ ilma. 5.6. Għandu jittieħed kampjun tal-materjal omoġenizzat ukoll u jintuża minnufih biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ nitroġenu skond l-ISO 937. Il-kontenut ta’ nitroġenu għandu jiġi mibdul f’kontenut ta’ proteina mhux ipproċessata "b %" billi jiġi mmultiplikat bil-figura 6,25. 6. Kalkoli tar-riżultat 6.1. (a) Il-piż ta’ l-ilma (W) f’kull qatgħa għandu jingħata b’aP1/100 u l-piż tal-proteina (RP) b’bP1/100, li t-tnejn għandhom jiġu mfissra fi grammi. Għandu jiġi stabbilit it-total tal-piżijiet ta’ l-ilma (W5) u tal-piżijiet tal-proteina (RP5) fil-ħames qatgħat analizzati. (b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-kontenut medju ta’ ilma u proteina miż-żewġ kampjuni analizzati għandu jiġi stabbilit sabiex jagħti a % u b %, rispettivament. (a) Il-piż ta’ l-ilma (W5) fil-ħames qatgħat għandu jingħata b’aP5/100, u l-piż tal-proteina (RP5) b’bP5/100, li tnejn għandhom jiġu mfissra fi grammi. 6.2. Il-piż medju ta’ l-ilma (WA) u tal-proteina (RPA) għandu jiġi kkalkolat billi W5 u RP5 jiġu diviżi b’ħamsa rispettivament. 6.3. Il-proporzjon tal-medja fiżjoloġika W/RP kif stabbilit b’dan il-metodu huwa kif ġej: - fillet tas-sider tat-tiġieġ: 3,19 ± 0,12 - saqajn u robbi tas-saqajn tat-tiġieġ: 3,78 ± 0,19 - fillet tas-sider tad-dundjan: 3,05 ± 0,15 - saqajn tad-dundjan: 3,58 ± 0,15 - laħam tas-saqajn tad-dunjun mingħajr għadam: 3,65 ± 0,17. 6.4. Jekk jiġi previst li l-kontenut minimu ta’ l-ilma li teknikament ma jistax ikun evitat assorbit matul it-tħejjija jkun jammonta għal 2 %, 4 % jew 6 % [1] skond it-tip ta’ prodotti u l-metodi ta’ tkessiħ applikati, l-ogħla proporzjon ta’ W/RP permissibbli kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jkun kif ġej: | Imkessaħ bl-arja | Imkessaħ bi sprej ta’ l-arja | Imkessaħ b’tagħdis | Fillet tas-sider tat-tiġieġa, mingħajr ġilda | 3,40 | 3,40 | 3,40 | Sider tat-tiġieġa, bil-ġilda | 3,40 | 3,50 | 3,60 | Koxox tat-tiġieġ, drumsticks, saqajn, saqajn b’biċċa mid-dahar, robbi tas-saqajn, bil-ġilda | 4,05 | 4,15 | 4,30 | Fillet tas-sider tad-dundjan; mingħajr ġilda | 3,40 | 3,40 | 3,40 | Sider tad-dundjan, bil-ġilda | 3,40 | 3,50 | 3,60 | Koxox tad-dundjan, drumsticks, saqajn bil-ġilda | 3,80 | 3,90 | 4,05 | Laħam tas-saqajn tad-dundjan mingħajr għadam, mingħajr ġilda | 3,95 | 3,95 | 3,95 | Jekk il-proporzjon tal-medja WA/RPA tal-ħames qatgħat kif ikkalkolat mill-valuri taħt il-punt 6.2 ma jkunx aktar mill-proporzjon mogħti fil-punt 6.4, il-kwantità tal-qatgħat tat-tjur soġġetta għall-kontroll għandha titqies ta’ livell. [1] Ikkalkolat fuq il-bażi tal-qatgħa, mingħajr ilma assorbit b’ mod barrani. Għall-fillets (bla ġilda) u laħam tas-saqajn tad-dundjan mingħajr għadam, il-perċentwali hija ta’ 2 % għal kull wieħed mill-metodi ta’ tkessiħ. --------------------------------------------------