Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R0827

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (EEC) Nru 827/2000 tal-25 ta’ April 2000 li jemenda r-Regolament (EC) Nru 2461/1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1251/1999 f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-manifattura fil-Komunità ta’ prodotti mhux primarjament maħsuba għall-konsum uman jew ta’ l-annimali

    ĠU L 101, 26.4.2000, p. 21–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/827/oj

    32000R0827



    Official Journal L 101 , 26/04/2000 P. 0021 - 0023


    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (EEC) Nru 827/2000

    tal-25 ta’ April 2000

    li jemenda r-Regolament (EC) Nru 2461/1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1251/1999 f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-manifattura fil-Komunità ta’ prodotti mhux primarjament maħsuba għall-konsum uman jew ta’ l-annimali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1251/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta’ sostenn għall-produtturi ta’ ċerti wċuh tar-raba [1], kif emendat bir-Regolament (EC) Nru 2704/1999 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-ewwel subartikolu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (EC) Nru 1251/1999 jipprovdi illi art imwarrba tista’ tiġi wżata għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-manifattura fil-Komunita ta’ prodotti mhux primarjament maħsuba għall-konsum uman jew ta’ l-annimali, sakemm ikunu applikati sistemi ta’ kontroll effettivi.

    (2) Biex żgur tkun konformi mal-punt 7 tal-Memorandum ta’ Ftehim dwar żerriegħa taż-żejt bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fi ħdan il-qafas tal-GATT, kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/355/EEC [3], it-tielet subartikolu ta’ l-Artikolu 6(3) Tar-Regolament (EC) Nru 1251/1999 jipprovdi li jekk il-kwantita’ ta’ prodotti sekondarji għall-użu ta’ għalf u ikel l x’aktarx isiru disponibbli bħala riżultat tal-koltivazzjoni taż-żerriegħa taż-żejt fuq art imwarrba skond l-ewwel subartikolu ikun jeċċedi, fuq il-bażi tal-kwantitajiet previsti koperti b’kuntratti magħmula ma’ produtturi, miljun tunellata metrika fis-sena espress fl-ekwivalenti ta’ mżiewet tas-soya midħuna, biex tiġi limitata għall-kwantità ta’ miljun tunellata metrika, l-ammont tal-kwantità prevista skond kull kuntratt, li tista’ tiġi wżata għall-użu ta’ għalf jew ikel, għandha titnaqqas.

    (3) Biex ikunu jistgħu jiġu mplimentati r-regoli mniżżla fit-tielet subartikolu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (EC) Nru 1251/1999, is-sistema ta’ munitra[[ għall-istima tal-kwantita’ ta’ prodotti sussidjarji, introdotta bir-Regolament tal-Kummissijoni (EEC) Nru 2461/1999 [4], għandha tkun amplifikata.

    (4) Huwa meħtieġ ukoll li jiġi definit il-metodu ta’ kalkolazzjoni li għandu jiġi wżat mill-Kummissjoni bħala parti mis-sistema ta’ munitra[[ u biex tiġi ntrodotta proċedura għall-iffissar tal-koeffiċjent għat-tnaqqis tal-kwantitajiet ta’ prodotti sussidjarji maħsuba għall-użu ta’ għalf jew ikel li għandhom jiġu applikati għal kull kuntratt meta l-limitu ta’ miljun tunnellata jinqabez. F’din is-sitwazzjoni, il-kontenut pur ta’ proteina huwa l-fattur deċiżiv biex jiġi stabbilit il-metodu ta’ kalkolazzjoni.

    (5) Biex jiġi żgurat li l-kwantita’ massima ta’ prodotti sussidjarji maħsuba għall-konsum ta’ l-annimali jew dak uman ma jinqabiżx, huwa meħtieġ kontroll dwar il-kwantitajiet ta’ prodotti sussidjarji li jmorru għal swieq mhux tal-għalf jew ta’ l-ikel, li għandha tiġi provduta mar-rilaxx tal-garanzija magħmula mill-kollettur jew l-ewwel proċessur.

    (6) Biex ikunu jistgħu jsiru verifiki effettivi dwar il-konformita’ mal-ħtieġa li ma jinqabiżx il-limitu ta’ miljun tunellata, huwa meħtieġ li jiġi mpost limitu ta’ żmien biex jiġu allokati l-kwantitajiet ta’ bi-prodotti maħsuba għall-swieq mhux tal-għalf jew ta’ l-ikel.

    (7) Ir-regoli l-ġodda dwar is-sostenn ta’ żvilupp rurali addottati fl-1999 m’għadhomx jeskludu espressament għajnuna agri-ambjentali għall-art li tikkwalifika skond l-arranġamenti tal-Komunità għal art imwarrba li tiġi wżata għat-tkabbir ta’ wċuh mhux għall-għalf jew għall-ikel. Fl-interess tal-konsistenza, għandhom jiġu addottati dispożizzjonijiet li jkunu jipprojbixxu l-aggregazzjoni ma’ skemi ta’ sosten oħra tal-Komunità.

    (8) Minn mindu ġie ppubblikat il-Memorandum ta’ Ftehim fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fl-1993, operaturi huma meqjusa li jkunu konxji tal-kontenut tiegħu minn dik id-data. Minħabba t-theddida li l-limitu ta’ miljun tunellata jista’ jinqabeż fis-sena kummercjali 2000/01, huwa meħtieġ li jsiru disposizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżuri li jinsabu f’dan ir-Regolament għall-kuntratti kollha konklużi dwar dik-is-sena kummercjali.

    (9) Il-miżuri mniżżla f’dan ir-regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali,

    ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (EC) Nru 2461/1999 qiegħed b’dan jiħi emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 4(4) qiegħed jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "4. Meta l-kuntratti dwar żerriegħa tan-nevew, żerriegħa tal-kolza, żerriegħa tal-ġirasol jew miżwet tas-soya koperti bil-kodiċi CN ex12050090, 12060091, 12060099 jew 12010090, l-applikanti għandhom jiżguraw illi, b’żieda mat-tagħrif meħtieġ skond il-paragrafu 2, għandhom jispeċifikaw it-total tal-kwantita’ mistennija ta’ prodotti sussidjarji u l-kwantita’ mistennija ta’prodotti sussidjarji maħsuba għall-użi oħra għajr dawk ta’ konsum uman jew ta’ l-annmali, skond l-ispeċi fiż-żewġ każi.

    Il-kwantitajiet għandhom ikunu kalkolati fuq il-bażi tal-proporzjonijiet li ġejjin:

    (a) 100 kilogramma ta’ żerriegħa tan-nevew u/jew żerriegħa tal-kolza koperti bil-kodiċi CN 12050090 għandhom ikunu meqjusa ekwivalenti għal 56 kilogramma ta’ prodott sussidjarju;

    (b) 100 kilogramm ta’ żerriegħa tal-ġirasol koperta bil-kodiċi CN 12060091 jew 12060099 għandhom jitqiesu ekwivalenti għal 56 kilogrammi ta’ prodotti sussidjarju;

    (ċ) 100 kilogramm ta’ mżiewt tas-soya koperti bil-kodiċi CN 12010090 għandhom jitqiesu ekwivalenti għal 78 kilogrammi ta’ prodotti sussidjarju."

    2. L-Artikolu 14 qiegħed jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "1. Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 13, kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena li fiha tinħasad il-materja prima, l-awtoritajiet kompetenti li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-kwantita’ totali ta’ kull speċje ta’ bi-prodotti maħsuba għall-konsum uman jew dak ta’ l-annimali li jirriżultaw mill-kuntratti li għalihom jipprovdi l-Artikolu 4, li jkunu jkopru żerriegħa tan-nevew, żerriegħa tal-kolza, żerriegħa tal-ġirasol u mżiewt tas-soya li jaqgħu taħt il-kodifiki CN ex12050090, 12060091, 12060099 u 12010090.

    2. Fuq il-bażi tat-tagħrif provdut skond il-paragrafu 1, il-Kummissjon għandha tikkalkola l-kwantita totali prevista ta’ prodotti sussidjarji għall-konsum uman u dak ta’ l-annimali, espress f’termini ta’ ekwivalent ta’ mżiewet tas-soya midħuna, bl-applikazzjoni tal-metodu bażat fuq il-koeffiċjenti li ġejjin:

    - kejk tas-soya: 48 %,

    - kejk tal-kolza: 32 %,

    - kejk tal-ġirasol: 28 %.

    Jekk, bħala riżultat tal-kalkolazzjoni magħmula skond l-ewwel subartikolu, il-Kummissjoni ssib li jinqabeż il-limitu ta’ miljun tunellata ta’ prodott sussidjarju maħsuba għall-użu ta’ l-ikel jew dawk tal-għalf, għandha tiffissa, kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena li fiha tinħasad il-materja prima, il-perċentwali ta’ tnaqqis li għandu jkun applikat għal kull kuntratt, biex tiġi kalkolata l-kwantita’ massima ta’ prodotti sussidjarji għall-konsum uman u dak ta’ l-annimali."

    3. L-Artikolu 15(4) qiegħed jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "4. Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata fuq bażi ta’ proporzjon bil-kondizzjon li l-awtorita’ kompetenti tal-kollettur jew l-ewwel proċessur konċernat ikollu fil-pussess tagħha il-provi:

    (a) illi l-kwantita ta’ meterja prima in kwistjoni kienet ġiet proċessata skond il-ħtiġijiet imniżżla fl-Artikolu 4(2)(f), fil-waqt li jittieħed kont, fejn meħtieġ, ta’ kull tibdil skond l-Artikolu 8; u

    (b) meta l-kuntratti jkunu dwar iż-żerriegħa tan-nevew, żerriegħa tal-kolza, żerriegħa tal-ġirasol jew imżiewet tas-soya koperti bil-kodiċi CN ex12050090, 12060091, 12060099 jew 12010090 u l-proċedura mniżżla fl-Artikolu 14(2) tkun tapplika, illi l-kwantita’ ta’ bi-prodotti li tkun teċċedi l-kwantita’ massima għall-konsum uman jew dak ta’ l-annimali tkun sabet swieq oħra barra minn dawk tal-għalf jew ta’ l-ikel."

    4. L-Artikolu 16(2) qiegħed jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "2. Dan li ġej għandu jkun jikkostitwixxi ħtiġijiet primarji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar- REGOLAMENT (EEC) Nru 2220/85:

    (a) l-obbligu li jiġu proċessati l-kwantitajiet ta’ materja prima prinċipalment fil-prodotti finali speċifikati fil-kuntratt;

    (b) meta l-proċedura mniżżla fl-Artikolu 14(2) tkun tapplika, l-obbligu li jinstabu swieq oħra minn barra dawk tal-għalf u ikel għall-kwantitajiet ta’prodotti sussidjarji li jkunu jeċċedu il-kwantita massima għall-konsum uman jew dak ta’ l-annimali.

    L-ipproċessar f’wieħed jew aktar mill-prodotti finali speċifikati fl-Anness III għandu jitwettaq sal-31 ta’ Lulju tat-tieni sena li tiġi wara s-sena li fiha l-applikant jaħsad l-materja prima. Meta l-proċedura mniżżla fl-Artikolu 14(2) tkun tapplika, l-egħluq tal-limitu taż-żmien għandu jiġi osservat ukoll għal bejgħ fi swieq oħra minn barra dawk tal-għalf u ta’ l-ikel tal-kwantita’ ta’ prodotti sussidjarji li tkun teċċedi il-kwantita’ massima għall-konsum uman jew dak ta’ l-annimali."

    5. Il-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 25 qiegħdin jiġu mibdula b’dan li ġej:

    "(a) l-iffinanzjar mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji Ewropea skond l-Artikolu 1(2)(a) u (b) tar-Regolament (EC) Nru 1258/1999;

    (b) Għajnuna tal-Komunità kif provdut fil-Kapitolu VIII tar-regolament (EC) Nru 1257/1999 bl-eċċezzjoni tas-sostenn dwar in-nefqa taż-żerriegħa ta’ speċji li jikbru malajr li dwarhom jipprovdi t-tieni subartikolu ta’ l-Artikolu 31(3) tiegħu."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat il-Ġazzetta Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jkun japplika għall-kuntratti kollha mitmuma dwar is-sena kummercjali 2000/01 u dawk li jiġu wara, irrispettivament mid-data ta’ meta jintemmu.

    Minkejja l-paragrafu preċedenti, l-emendi għall-Artikoli 4(4) u 14(1) tar-Regolament (EC) Nru 2461/1999 li għalih jipprovdi dan ir-Regolament għandhom ikunu japplikaw għall-kuntratti mitmuma dwar is-sena kummercjali 2001/02 u dawk li jiġu wara.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fil-25 ta’ April 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.

    [2] ĠU L 327, tal-21.12.1999, p. 12.

    [3] ĠU L 147, tat-18.6.1993, p. 25.

    [4] ĠU L 299, ta’ l-20.11.1999, p. 16.

    --------------------------------------------------

    Top