This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R0609
Commission Regulation (EC) No 609/2000 of 21 March 2000 amending Regulation (EC) No 3298/94 laying down detailed measures concerning the system of rights of transit (ecopoints) for heavy-goods vehicles transiting through Austria (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/2000 tal-21 ta' Marzu 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3298/94 li jistabbilixxi miżuri dettaljati dwar is-sistema tad-drittijiet tat-transitu (ekopunti) għal vetturi tal-merkanzija tqila li jkunu qed jaqsmu min-naħa għall-oħra ta' l-AwstrijaTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/2000 tal-21 ta' Marzu 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3298/94 li jistabbilixxi miżuri dettaljati dwar is-sistema tad-drittijiet tat-transitu (ekopunti) għal vetturi tal-merkanzija tqila li jkunu qed jaqsmu min-naħa għall-oħra ta' l-AwstrijaTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 73, 22.3.2000, p. 9–12
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 03/12/2016
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31994R3298 | Żieda | artikolu 1.1BIS | 11/04/2000 | |
Modifies | 31994R3298 | Sostituzzjoni | artikolu 2.1 | 11/04/2000 | |
Modifies | 31994R3298 | Sostituzzjoni | anness E. | 11/04/2000 | |
Modifies | 31994R3298 | Tlestija | artikolu 5.5 | 11/04/2000 | |
Modifies | 31994R3298 | Sostituzzjoni | artikolu 14 | 11/04/2000 | |
Modifies | 31994R3298 | Żieda | anness H | 11/04/2000 | |
Modifies | 31994R3298 | Żieda | artikolu 6.3 | 11/04/2000 |
Official Journal L 073 , 22/03/2000 P. 0009 - 0012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/2000 tal-21 ta' Marzu 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3298/94 li jistabbilixxi miżuri dettaljati dwar is-sistema tad-drittijiet tat-transitu (ekopunti) għal vetturi tal-merkanzija tqila li jkunu qed jaqsmu min-naħa għall-oħra ta' l-Awstrija (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, tal-Finlandja u ta' l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(6) u l-Anness 4 tal-Protokoll 9 dwar dan, Billi: (1) L-permessi ta' l-ECMT validi fl-Awstrija għandhom iħallu passaġġ liberu ġewwa l-Awstrija. (2) Regoli ċari għall-kanċellazzjoni ta' l-ecocards ikunu meħtieġa. L-ecocards użati jkunu meħtieġa għal skopijiet ta' statistika. (3) L-aħjar użu ta' l-ekopunti elettroniċi jsir billi dawn jiġu mqassma bosta drabi matul is-sena. (4) Vettura li tkun ħattet jew għabbiet tagħbija sħiħa fl-Awstrija għandha tkun kkunsidrata li tkun għamlet vjaġġ bilaterali u għalhekk mhux mistennija tħallas ekopunti, irrispettivament mir-rotta meħuda mill-vettura biex tidħol u toħroġ mill-Awstrija. (5) L-implimentazzjoni ta' kull ftehim biex jippermetti li trakkijiet ta' 40 tunnellata metrika jaqsmu l-Isvizzera għandha tnaqqas in-numru ta' trakkijiet li jgħaddu minn ġo l-Awstrija. Minħabba l-pożizzjoni ġeografika ta' l-Italja u l-Greċja, it-trakkijiet li jkunu sejrin lejn/ġejjin minn dawn il-pajjiżi xorta jkollhom bżonn jgħaddu mill-Awstrija. Il-Greċja u l-Italja għandhom jingħataw aktar prijorità għal ekopunti mhux użati li jintraddu lura lill-Kummissjoni. (6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3298/94 [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1524/96 [2], għandu għalhekk ikun emendat. (7) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 16 tal-Protokoll 9, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 3298/94 huwa emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1a li ġej huwa mdaħħal: "1a. Il-vjaġġi ta' transitu li jsiru fiċ-ċirkostanzi elenkati fl-Anness Ċ jew skond l-awtorizzazzjonijiet ta' l-ECMT li jkunu validi għat-territorju Awstrijak għandhom ikunu eżenti mis-sistema ta' l-ekopunti." 2. L-Artikolu 2(1) huwa mibdul b'dan li ġej: "1. Kemm-il darba kull vettura tkun qed tuża l-ecotag, l-għadd meħtieġ ta' ekopunti għandu jitwaħħal ma' l-ecocard u jkun ikkanċellat. L-ecocard għandha tkun ikkanċellata b'xi wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin: (a) it-timbrar ta' l-ecocard permezz ta' magna li tittimbra l-ecocard; (b) billi l-ecocard tiġi ttimbrata mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-konfini Awstrijak malli wieħed jidħol fl-Awstrija; (ċ) billi l-ecocard tiġi ttimbrata u ddatata mill-awtoritajiet nazzjonali tat-trasportatur qabel ma jidħol fit-territorju Awstrijak; (d) billi l-ecocard tiġi ttimbrata f' kull uffiċċju minn fejn isir l-inizjalar ta' l-ecotags. L-istazzjonijiet tal-konfini Awstrijaċi li huma attrezzati b' magna tat-timbrar ta' l-ecocard huma elenkati fl-Anness H. Għal finijiet ta' statistika, paġna 1 ta' l-ecocard mimlija għandha jew tiġi miġbura mill-awtoritajiet Awstrijaċi jew sussegwentement ritornati mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien tliet xhur mit-tmiem tal-vjaġġ lill-awtoritajiet Awstrijaċi. L-istatistika hekk miġbura għandha tgħin lill-Kummissjoni biex tagħmel proposti għal kull tqassim tar-riserva ta' l-ekopunti." 3. Fl-Artikolu 5(5), il-punt (d) li ġej huwa miżjud: "(d) jew l-ecocard ma tkunx ġiet ikkanċellata b' mod konformi mal-proċedura stabbilta fl-Artikolu 2(1)." 4. Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud: "3. L-ekopunti elettroniċi għandhom ikunu disponibbli ta' kull sena għall-Istati Membri fi tliet partijiet ugwali: l-ewwel parti qabel l-1 ta' Novembru tas-sena preċedenti, it-tieni parti qabel l-1 ta' Marzu u t-tielet parti qabel l-1 ta' Lulju." 5. L-Artikolu 14 huwa mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 14 Kull vjaġġ jitqies li jkun eżenti mill-ħlas ta' l-ekopunti jekk il-vettura tħott jew tgħabbi l-merkanzija kollha tagħha fl-Awstrija u l-vettura jkollha fuqha dokumentazzjoni xierqa biex turi dan, irrispettivament mir-rotta li tkun ħadet il-vettura biex tkun daħlet u ħarġet mill-Awstrija." 6. L-Anness E huwa mibdul bit-test li jidher fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. 7. L-Anness H, li qiegħed fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, huwa miżjud. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri Kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Marzu 2000. Għall-Kummissjoni Loyola De Palacio Viċi-President [1] ĠU L 341, tat-30.12.1994, p. 20. [2] ĠU L 190, tal-31.7.1996, p. 13. -------------------------------------------------- L-ANNESS I L-ANNESS E IL-KRITERJI GĦAD-DISTRIBUZZJONI MILL-ĠDID TA' L-EKOPUNTI Il-pożizzjoni speċjali tal-Greċja u ta' l-Italja Mir-riserva tal-Komunità ta' 3,34 % ta' l-għadd totali ta' l-ekopunti, kull proporzjon ta' l-ekopunti ekwivalenti għal 4874 ta' l-unitajiet stabbiliti fl-Anness D għandhom ikunu allokati lill-Italja u 576 ta' l-unitajiet kif stabbilit fl-Anness D lill-Greċja, fuq bażi ta' prijorità. Barra minn hekk, kull sforz meħtieġ għandu jsir biex ikun żgurat li s-sehem ta' l-ekopunti allokati lill-Greċja jagħti kas tal-ħtiġiet Griegi. L-effett ta' l-għaqda mill-ġdid tal-Ġermanja Magħduda ma' dan, kull proporzjon ta' ekopunti ekwivalenti għal 6444 jekk l-unitajiet kif stabbilit fl-anness D jiġu allokati lill-Ġermanja mir-riserva tal-Komunità. Id-distribuzzjoni mill-ġdid ta' l-ekopunti li jkunu ntraddu lura mill-Awstrija Kull ekopunt Awstrijak li jintradd lura lill-Kummissjoni biex jitqassam mill-ġdid għandu jiġi mqassam lill-Istati Membri li jitolbu aktar ekopunti fi proporzjon ma' l-użu li jsir minn vetturi tat-tagħbija goffa reġistrati fl-Istati Membri tar "Rollende Landsrasse" fl-Awstrija. Mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-ġarr ta' merkanzija u passiġġieri bil-ferrovija u t-triq, it-tqassim ta' l-ekopunti li jintraddu lura mill-Awstrija għandu jsir kif ġej: mill-ekopunti Awstrijaċi li jintraddu lura lill-Kummissjoni biex jitqassmu, 30 % għandhom jiġu allokati lill-Greċja u 30 % lil-Italja, fuq kull bażi ta' prijorità. L-ekopunti li jifdal li jkunu ntraddu lura mill-Awstrija, għandhom jitqassmu lill-Istati Membri li jitolbu aktar ekopunti fi proporzjon ma' l-użu li jsir minn vetturi tat-tagħbija goffa reġistrati fl-Istati Membri tar- "Rollende Landsraße" fl-Awstrija. L-għadd ta' ekopunti allokati lill-Istati Membri, l-għadd attwalment użat minnhom, u l-medja taċ-ċifri tan-NOx għal vetturi li jkunu fi transitu mill-Istati Membri L-ekopunti li jifdal għandhom jitqassmu lill-Istati Membri li jitolbu aktar ekopunti fi proporzjon ma' kull koeffiċjent li jiġi mfisser għal kull Stat Membru kif ġej: - in-numru ta' ekopunti meqjusa bħala meħtieġa, ibbażati fuq estrapolazzjoni ta' l-istatistiki l-aktar riċenti mill-Awstrija, - immultiplikati bil-proporzjon ta' l-ekopunti allokati lil kull Stat Membru li jkun attwalment ġie użat minn dak l-Istat Membru fis-sena preċedenti, - immultiplikati bil-medja taċ-ċifri NOx l-aktar riċenti ta' vetturi li jkunu fi transitu mill-Istat Membru, bħala kull perċentwal taċ-ċifra mmirata għas-sena. -------------------------------------------------- L-ANNESS II L-ANNESS H L-istazzjonijiet tal-konfini Awstrijaċi li huma attrezzati b' kull magna tat-timbrar ta' l-ecocard Achenkirch Arnoldstein Braunau Brennerpaß Ehrwald Hangendenstein Hörbranz Kiefersfelden Musau Nauders Neuhaus Pinswang Reit im Winkel Saalbrücke Scharnitz Schleching Sillian Springen Suben Steinpaß Walserberg Wegscheid --------------------------------------------------