EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R0547

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 547/2000 ta’ l-14 Marzu 2000 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” ipprovivdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini ta’ prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel

ĠU L 67, 15.3.2000, p. 8–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/547/oj

32000R0547



Official Journal L 067 , 15/03/2000 P. 0008 - 0011


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 547/2000

ta' l-14 Marzu 2000

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-"Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" ipprovivdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini ta' prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 Lulju 92 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel([1]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1068/97([2]), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Spanja bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' isem bħala indikazzjoni ġeografika.

(2) Wara dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni fit-tifsira t'L-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament mibgħuta lill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej([3]) ta' l-isem mogħti fl-Anness I ma' dan ir-Regolament, il-kwistjoni ġiet iċċarata bl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni l-ġdid (KE) Nru 2377/1999([4]) li jemenda l-istandard Komunitarju dwar l-asparagu.

(3) Rigward id-deskrizzjoni tal-prodott kif stabbilit fl-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, id-daqs u t-tolleranza ta' l-asparagu fil-kwistjoni ġew aġġustati u issa jikkonformaw mar-regoli l-ġodda Komunitarji dwar il-materja. Għal din ir-raġuni u għall-iskopijiet ta' kjarifika, dawk l-aspetti għandhom jiġu speċifikati billi jiffurmaw parti mill-punti prinċipali ta' l-ispeċifikazzjoni.

(4) Skond l-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament, l-applikazzjoni nstabet li tissodisfa l-ħtiġiet kollha stabbiliti fih u b'mod partikolari fiha t-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 4 tiegħu.

(5) L-isem għandu għalhekk jiġi mdaħħal fir-"Reġistru tad-denomnazzjonijiet protetti ta' l-origini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u minn issa 'l quddiem ikun protett fil-Komunità kollha bħala indikazzjoni ġeografika protetta.

(6) L-Anness I ma' dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96([5]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2107/1999([6]),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem fl-Anness I ma' dan ir-Regolament qiegħed jiġi miżjud ma' l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u qiegħed jiġi mdaħħal bħala indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) fir-"Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" ipprovdut fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Il-punti prinċipali ta' l-ispeċifikazzjoni huma ddikjarati fl-Anness II. Dan it-tagħrif jieħu l-post ta' dak ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej Ċ 207.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Marzu 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I MAT-TRATTAT TAL-KE MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Il-Frott u l-ħxejjex ta' l-ikel

SPANJA

Espárrago de Huétor-Tájar (IĠP).

ANNESS II

REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92

APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI:

ARTIKOLU 5

DPO ( ) IĠP (X)

Applikazzjoni nazzjonali Nru: -

1. Id-Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem: Subdirección General de Denominaciones de Calidad. Dirección General dePolítica Alimentaria e Industrias Agrarias y Alimentarias, Secretaría de Agricultura y Alimentación del Ministerio de Agricultura, Pesca y Almentación, Spanja

Indirizz: Paseo de la Infanta Isabel, 1, E-28071 Madrid

Nru tat-Telefon: (34) 913 47 55 58

Nru tal-Fax: (34) 913 47 54 10

2. Il-Grupp applikant:

2.1. Isem: Asociación de productores y elaboradores de espárrago autóctono de Hutéor-Tájar

2.2. Indirizz: Carretera de la Estación s/n, E-18360 Hutéor-Tájar (Granada), España

Nru tat-telefon: (34) 958 33 34 43

Nru tal-Fax: (34) 958 33 34 43

2.3. Il-Kompożizzjoni: Il-Produttur/Proċessur (X) ieħor ( )

3. It-Tip tal-prodott: Asparagu - Kategorija 1.8 - Ħxejjex ta' l-ikel

4. L-Ispeċifikazzjoni:

(Sommarju tal-ħtiġiet skond l-Artikolu 4(2))

4.1. Isem: Espárrago de Huétor-Tájar (IĠP)

4.2. Deskrizzjoni: Asparagu mkabbar mir-rimi aħdar-vjola, tari, b'saħħtu u nadif miksub minn mixtliet ta' l-asparagu tal-post, subspeċji tetraplojda ta' l-Asparagusofficinalis.

Il-Karatteristiċi:

l-għamla: asparagu irqiq, b'zokk tal-kejl ta' minn 4 sa 12-il mm fid-dijametru. It-tarf bil-ponta b'dijametru akbar mill-bqija taz-zokk. Ir-rimja hija ta' kulur vjola tagħti fil-bronż, bronż, ħadranija tagħti fil-vjola jew ħadra,

l-organolettika: tari, ta' konsistenza mlaħħma u soda, togħma delikata ħelwa-qarsa u aroma profonda,

iċ-ċitoloġika: kromosomi tetraplojdi (2n = 40)

Il-Klassijiet protetti Extra u l-Klassi I.

Id-Daqs: (skond ir-Regolament (KE) Nru 2377/1999).

(a) skond it-tul taz-zkuk (minn 20 sa 27 ċm). Id-differenza massima fit-tul fl-istess mazz 5 ċm.

(b) skond id-dijametru (bejn il-4 w l-10 mm u 10 mm u fuqhom)

It-Tolleranzi

(a) It-Tolleranzi fil-kwalità:

(i) Il-Klassi Extra: 5 % skond in-numru jew il-piż taz-zkuk li ma' jissodisfawx il-ħtiġiet għall-kategorija iżda li josservaw dawk għall-Kategorija I jew, eċċezzjonalment, ikunu ġewwa t-tolleranzi għal din il-kategorija, skond ir-Regolament (KE) Nru 2377/1999.

(ii) Il-Klassi I: 10 % skond in-numru jew il-piż taz-zkuk li ma' jissodisfawx il-ħtiġiet tal-kategorija iżda li josservaw dawk għal Kategorija II skond ir-Regolament (KE) Nru 2377/1999.

(b) It-Tolleranzi dwar id-daqs: 10 % skond in-numru jew il-piż taz-zkuk li ma jissodisfawx, b'differenza massima ta' 1 ċm fit-tul jew 2 mm fid-dijametru, il-qisien indikati u l-ħtiġiet li japplikaw għalihom skond ir-Regolament (KE) Nru 2377/1999.

Jistgħu jinbiegħu friski jew ippriservati.

4.3. Iż-żona ġeografika: Jinsab fil-parti tal-punent tal-provinċja ta' Granada, fil-pjanura alluvjali iktar baxxa tax-xmara Genil, bejn il-katina tas-Subbetika fit-tramuntana u l-katina Penibetika fin-nofsinhar. Tinkludi l-muniċipalitajiet ta' Huétor-Tájar, Illora, Loja, Moraleda de Zafayona, Salar u Villanueva de Mesías. Tkopri total ta' 78000 ettaru.

4.4. Il-prova ta' l-oriġini: Iż-żerriegħa u n-nebbieta jiġu prodotti u magħżula minn bdiewa lokali, f'mixtliet irreġistrati mal-korp regolatorju u kkontrollat minnu u jinżammu f'serer ta' l-imxietel li jkunu fiż-żona tal-produzzjoni. Il-materjal tal-propagazzjoni jiġi prodott taħt il-kontroll tal-korp regolatorju. L-għelieqi ta' l-asparagu huma lokati fiż-żona tal-produzzjoni u jiddaħħlu f'reġistru speċjali. Il-metodi tat-teknika tal-kultivazzjoni, tal-ħsad u tat-trasport lejn l-istazzjon ta' l-ippakkjar huma lkoll taħt il-kontroll tal-korp regolatorju, dan tal-aħħar huwa wkoll responsabbli mis-sorveljanza ta' l-ippakkjar ta' l-asparagu frisk u tal-proċess ta' l-asparagu pproċessat.

4.5. Il-Metodu ta' produzzjoni: Wara li jiġi magħżul mill-istazzjonijiet irreġistrati, ir-rimi tal-pjanti ta' l-asparagu tal-post jiġi ppakkjat fl-istat frisk f'mazzijiet omoġenji ta' 0,5, 1 jew 2 kg u mqiegħda f'kontenituri addattati għat-trasport.

Meta l-asparagu jkun maħsub li jinbiegħ bħala prodott ippriservat ir-rimi jgħaddi minn proċess industrijali li permezz tiegħu: iz-zkuk jinħaslu, jiġu maqtugħa skond id-daqs tal-kontenitur (sa kważi nofs l-għoli tiegħu), jiġu msajra, imnaddfa, ikklassifikati, u mqiegħda fil-kontenituri; jiġi miżjud il-likwidu, il-kontenituri jissaħħnu minn qabel u jiġu ssiġillati, sterilizzati, imkessħa, eċċ. Il-proċess kollu huwa taħt il-kontroll tal-korp regolatorju.

4.6. Ir-Rabta: L-asparagu għall-ewwel kien ikkultivat mir-Rumani tal-qedem. L-Asparagu aħdar selvaġġ huwa msemmi bħala ingredjent apprezzat fir-riċetti miġbura mill-istoriku Andalusjan Ibu Bassal f'diversi kotba dwar it-tisjir Al-Andalus, u baqa' jikber f'dan ir-reġjun sa l-aħħar tad-dinastija Narzarí tard fis-seklu XIV.

L-asparagu (essenzjalment asparagu selvaġġ) issokta jiġi mkabbar - għall-konsum minnhom stess - fl-irziezet żgħar tal-familja fil-pjanura tax-xmara Genil, b'dan ir-reġjun ikun il-pijunier fil-kultivazzjoni tal-prodott, waqt li l-produzzjoni żdiedet mill-1930 'il quddiem.

Reġjun pjan b'depożiti alluvjali u mtarraġ fejn materjal sekondarju u terzjarju jitla' fil-wiċċ. L-asparagu jitkabbar f'għoli ta' minn 450 sa 650 metru. Il-ħamrija tikkonsisti f'taħlita tqila jew medja jew, f'ċerti każi ħafifa, bil-pH bejn is-7, it-8 u t-8,4 u b'kontenut tal-karbonat, espress bħala karbonat tal-kalċju, li jaqbeż il-40 %, kontenut għoli tal-potassju u tal-manjesju minħabba n-natura dolomitika tal-karbonati preżenti, u livelli baxxi ta' fosfru u ta' materjal organiku li jistgħu jiġu assimilati. Il-kontenut għoli tal-manjesju u l-kontenut baxx tal-fosfru iwasslu għall-pigmentazzjoni qawwija tar-rimja, biz-zokk ikun aħdar aktar profond u r-ras aktar vjola. Il-kontenut għoli tal-potassju jinibixxi r-ras milli tnibbet. Il-klima Mediterranja kontinentali b'temperatura medja ta' 16,3oC, xita medja kull sena ta' madwar 350 mm u rjieħ ħfief. Il-metodi ta' teknika tal-kultivazzjoni, ix-xogħol imwettaq, u kontroll ta' l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara u l-mard jipprovdu kondizzjonijiet ideali għalbiex jitkabbar l-asparagu b'karatteristiċi marbuta ma' l-ambjent tiegħu.

4.7. Il-Korp ta' l-ispezzjon:

Isem: Consejo regulador de la denominación específica "Espárrago de Huétor-Tájar"

Indirizz: Carretera de la Estación s/n, E-18360 Huétor-Tájar (Granada)

Nru tat-Telefon: (34) 958 33 34 43

Nru tal-Fax: (34) 358 33 34 43

4.8. It-Tikkettjar: Irid jinkludi l-kliem: "Denominación Específica Espárrago de Huétor-Tájar". It-tikketti jridu jiġu approvati mill-korp regolatorju. It-tikketti sekondarji jingħataw numru u jinħarġu mill-korp regolatorju.

4.9. Il-Ħtiġiet nazzjonali: Il-Liġi Nru 25/1970 tat-2 ta' Diċembru 1970. L-Ordni tat-2 ta' April 1997 li tapprova r-regoli li jirregolaw id-denominazzjoni speċifika "Denominación específica Espárrago de Huétor-Tájar" u hija korp regolatorju.

In-Nru tal-KE: G/ES00056/97.12.04.

Id-Data ta' meta waslet l-applikazzjoni sħiħa: tal-11.2.2000.

revised by J. Zammit Mangion

proofread by Claudine Camilleri

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 156, tat-13.6.1997, p. 10.

[3] ĠU C 207, tat-3.7.1998, p. 8.

[4] ĠU L 287, ta' l-10.11.1999, p. 6.

[5] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11.

[6] ĠU L 258, tal-5.10.1999, p. 3.

Top