Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0390

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2000 li tagħraf fil-prinċipju t-tkomplija tal-inkartament sottomess għal eżami dettaljat bil-ħsieb tad-dħul possibbli ta’ l-EXP60707B (acetamiprid) fl-Anness I ta’ mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (notifikata bin-numru tad-dokument K(2000) 1562)

    ĠU L 145, 20.6.2000, p. 36–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/390/oj

    32000D0390



    Official Journal L 145 , 20/06/2000 P. 0036 - 0036


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-7 ta’ Ġunju 2000

    li tagħraf fil-prinċipju t-tkomplija tal-inkartament sottomess għal eżami dettaljat bil-ħsieb tad-dħul possibbli ta’ l-EXP60707B (acetamiprid) fl-Anness I ta’ mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

    (notifikata bin-numru tad-dokument K(2000) 1562)

    (2000/390/KE)

    IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tirrigwarda t-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/80/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 6(3) miġjub fiha,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva 91/414/KEE (minn issa ‘l quddiem imsejha "id-Direttiva") ipprovdiet għall-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi awtorizzati sabiex jiġu inkorporati fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

    (2) Nisso Chemical Europe Gmbh issottomettiet inkartament dwar is-sustanza attiva EXP60707B (acetamiprid) lill-awtoritajiet Griegi fit-22 ta’ Ottubru 1999.

    (3) L-awtoritajiet imsemmija għarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ eżami tal-bidu tal-inkartament sabiex jiġi żgurat illi jiġi provvdut it-tagħrif kollu preskritt fl-Anness II u, għall-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva interessata, fl-Anness III tad-Direttiva. Sussegwentement, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 6(2), l-applikant issottometta l-inkartament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

    (4) L-inkartament għall-EXP60707B (acetamiprid) kien riferit lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fit-22 ta’ Frar 2000.

    (5) L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jeħtieġ il-konferma uffiċjali fil-livell tal-Komunità illi kull inkartament iwettaq il-ħtiġijiet dwar it-tagħrif preskritt fl-Anness II u, għall-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva interessata, fl-Anness III tad-Direttiva.

    (6) Din il-konferma hija meħtieġa sabiex tippermetti l-eżami dettaljat tal-inkartament u sabiex tippermetti lill-Istati Membri li jikkonċedu awtorizzazzjoni proviżorja filwaqt li jitħarsu l-kondizzjonijiet preskritti fl-Artiklu 8(1) tad-Direttiva u, partikolarment il-kondizzjoni li għandha x’taqsam ma’ l-istima dettaljata dwar is-sustanzi attivi u l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tal-ħtiġijiet preskritti bid-Direttiva.

    (7) Din id-deċiżjoni ma tippreġudikax illi jista jintalab iktar tagħrif minn għand l-applikant sabiex jiġu ċarati ċerti punti fl-inkartament. It-talba mill-Istat Membru rapporteur dwar is-sottomissjoni ta’ iktar tagħrif meħtieġ sabiex jiċċara l-inkartament ma għandhiex taffettwa l-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tar-rapport riferit fl-artikolu 9.

    (8) L-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu illi l-Greċja trid twettaq eżami dettaljat dwar l-inkartament EXP60707B (acetamiprid).

    (9) Il-Greċja trid tirrapporta l-konklużjonijiet ta’ l-eżami tagħha akkumpanjati b’kull rakkommandazzjoni dwar id-dħul jew it-tħollija barra u dwar kull kondizzjoni li għandha x’taqsam magħhom malajr kemm jista’ jkun fi żmien ta’ sena mid-data tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni.

    (10) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inkartament li ġej jissodisfa, fil-prinċipju, il-ħtiġijiet dwar il-fatti magħrufa u t-tagħrif provduti fl-Anness II u, għall-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza interessata, fl-Anness III tad-Direttiva, filwaqt li jitqiesu l-użi proposti:

    l-inkartament sottomess min-Nisso Chemical Europe Gmbh lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jiddaħħal l-EXP60707B (acetamiprid) bħala sustanza attiva fl-Anness I ta’ mad-Direttiva 91/414/KEE u li kien riferit lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fit-22 ta’ Frar 2000.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-7 ta’ Ġunju 2000.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 210, tal-10.8.1999, p. 13.

    --------------------------------------------------

    Top