Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0352

Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tal-4 ta’ Mejju 2000 li temenda d-Deċiżjoni 94/84/KE li tistabbilixxi il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjjoni ta’ laħam tat-tjur frisk minn pajjiżi terzi fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (notifkata bid- dokument numru C(2000) 1163)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 124, 25.5.2000, p. 64–64 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/04/2007; Impliċitament imħassar minn 32006D0696

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/352/oj

32000D0352



Official Journal L 124 , 25/05/2000 P. 0064 - 0064


Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni

tal-4 ta’ Mejju 2000

li temenda d-Deċiżjoni 94/84/KE li tistabbilixxi il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjjoni ta’ laħam tat-tjur frisk minn pajjiżi terzi fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(notifkata bid- dokument numru C(2000) 1163)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/352/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1991 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ laħam tat-tjur frisk u l-importazzjoni tiegħu minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/89/KE [2], u b’mod partikolari bl-Artikolu 11 u12 tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/984/KE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/254/KE [4], li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni tal-laħam tat-tjur frisk minn ċerti pajjiżi terzi; żewġ ċerifikati differenti, mudell A u mudell B huma stabbiliti; l-użu tagħhom jiddependi fuq is-sitwazzjoni tal-marda ta’ Newcastle fil-pajjiż konċernat.

(2) Ċerti partijiet tat-territorju taċ-Ċina elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 94/984/KE kienu tħallew jużaw iċ-ċertifikat mudell B sakemm ispezzjoni skopriet problemi b’din iċ-ċertifikazzjoni; minħabba f’dan, l-importazzjoni ta’ laħam tat-tjur frisk miċ-Ċina mill-1 ta’ Awissu 1996 ġiet sospiża bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/456/KE.

(3) Missjoni ta’ spezzjoni saret f’Ottubru 1999 mill-Kummissjoni fiċ-Ċina u wriet li ntlaħaq miljorament sinjifikanti mis-servizzi veterinarji Ċiniżi u assigurazzjonijiet bil-miktub ġew mogħtija biex is-sospensjoni hawn fuq imsemmija tkun tista’ titħassar.

(4) Is-sitwazzjoni tal-mard f’dak li jirrigwarda il-marda ta’ Newcastle għadha teħtieġ garanziji addizzjonali kif stabbilit fiċ-ċertifikat mudell B tad-Deċiżjoni 94/984/KE.

(5) Għal raġunijiet ta’ kjarezza din id-Deċizjoni għandha tapplika għal laħam tat-tjur frisk iċċertifikat mill-1 ta’ Ġunju 2000.

(6) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ANNESS I għad- Deċiżjoni 94/984/KE huwa emendat kif ġej:

Fil-linja "CN China (PR)" in-nota f’qiegħ il-paġna "3" wara il-kelma "Shandong" u wara l-ittra "B" u in-nota f’qiegħ il-paġna korrispondenti "3, Importazzjoni sospiża mill-1 ta’ Awissu 1996" f’qiegħ tal-paġna huma mħassrin.

Artikolu 2

Din id- Deċiżjoni għandha tgħodd għall-laħam tat-tjur frisk iċċertifikat mill-1 ta’ Ġunju 2000.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirrizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Mejju 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 35.

[2] ĠU L 300, tat-23.11.1999, p. 17.

[3] ĠU L 378, tal-21.12.1994, p. 11.

[4] ĠU L 78, tad-29.3.2000, p. 33.

--------------------------------------------------

Top