EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000D0278
2000/278/EC: Council Decision of 16 March 2000 on the approval, on behalf of the European Community, of the WIPO Copyright Treaty and the WIPO Performances and Phonograms Treaty
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu 2000 dwar l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tat-Trattat WIPO dwar id-Dritt ta' l-Awtur u tat-Trattat WIPO dwar il-Preżentazzjonijiet u l-Fonogrammi
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu 2000 dwar l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tat-Trattat WIPO dwar id-Dritt ta' l-Awtur u tat-Trattat WIPO dwar il-Preżentazzjonijiet u l-Fonogrammi
ĠU L 89, 11.4.2000, p. 6–7
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/278/oj
Official Journal L 089 , 11/04/2000 P. 0006 - 0007
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu 2000 dwar l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tat-Trattat WIPO dwar id-Dritt ta' l-Awtur u tat-Trattat WIPO dwar il-Preżentazzjonijiet u l-Fonogrammi [1] (2000/278/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolu l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tiegħu, ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni waħda ta' l-Artikolu 300(3), Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [2], Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew [3], Billi: (1) It-Trattat WIPO dwar id-Dritt ta' l-Awtur (WCT) u t-Trattat WIPO dwar il-Preżentazzjonijiet u l-Fonogrammi (WPPT) adottat f'Ġeneva fl-20 ta' Diċembru 1996 taħt il-patroċinju ta' l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali se jgħinu biex jiżguraw livell bilanċjat ta' protezzjoni għal xogħlijiet u suġġetti oħra, waqt li jħallu l-aċċess pubbliku għal materjal disponibbli min-netwerks. (2) Il-kompetenza tal-Komunità biex tikkonkludi jew taderixxi għal ftehim internazzjonali jew trattati ma tiġix biss mill-għotja espliċita mit-Trattat imma tista' tinkiseb minn disposizzjonijiet oħra tat-Trattat u minn atti adotatti skond dawn id-disposizzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità. (3) Is-suġġett tal-WCT u tal-WPPT jaqa' sa ċertu punt fil-kamp ta' applikazzjoni tad-direttivi eżistenti tal-Komunità f'dan il-qasam. (4) Dan ifisser li l-approvazzjoni tal-WCT u tal-WPPT hi ħaġa kemm għall-Komunità kif ukoll għall-Istati Membri. (5) Il-WCT u l-WPPT għandhom għalhekk ikunu approvati f'isem il-Komunità rigward materji fil-kompetenza tagħha. (6) Il-Komunità diġà ffirmat il-WCT u l-WPPT, bla ħsara għal konklużjoni finali. (7) Id-depożitu ta' l-istrumenti tal-konklużjoni tal-Komunità għandu jseħħ kemm jista' jkun possibbli fl-istess ħin mad-depożitu ta' l-istrumenti ta' ratifika ta' l-Istati Membri, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 1. It-Trattat WIPO dwar id-Dritt ta' l-Awtur hu hawnhekk approvat f'isem il-Komunità rigward materji fil-kompetenza tagħha. 2. It-Trattat WIPO dwar il-Preżentazzjonijiet u l-Fonogrammi hu hawnhekk approvat f'isem il-Komunità rigward materji fil-kompetenza tagħha. 3. It-testi tat-Trattati huma annessi ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzat biex jiddepożita l-istrumenti ta' konklużjoni mad-Direttur-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali mid-data li fiha l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li huma neċessarji biex il-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità tiġi addatta għall-obbligi li joħorġu mill-WCT u mill-WPPT. Artikolu 3 1. Il-Kummissjoni hi hawnhekk awtorizzata biex tirrappreżenta lill-Komunità fil-laqgħat ta' l-Assemblei msemmija fil-WCT u fil-WPPT. 2. Dwar il-materji kollha fl-isfera tal-kompetenza tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tinnegozja fl-Assembleji tal-WCT u tal-WPPT f'isem il-Komunità skond ir-regoli applikabbli tat-Trattat tal-KE, b'mod partikolari l-Artikolu 300 tiegħu. 3. Il-pożizzjoni li l-Komunità tista' tadotta fl-Assemblei għandha tkun ippreparata mill-grupp ta' ħidma relevanti tal-Kunsill. Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Marzu 2000. Għall-Kunsill Il-President F. Seixas da Costa [1] Żewġ affermazzjonijiet relatati ma' din id-Deċiżjoni huma mniżżla fil-ĠU C 103, tal-11.4.2000, pġ. 1. [2] ĠU C 165, 30.5.1998, pġ. 8. [3] Assent tas-16 ta' Frar 2000 (Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali) --------------------------------------------------