EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1268

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 ta' l-21 ta' Ġunju 1999 dwar l-għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta' qabel l-Adeżjoni għal żvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa ċentrali u ta' lvant matul il-perjodu ta' qabel l-Adeżjoni

ĠU L 161, 26.6.1999, p. 87–93 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1085

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1268/oj

31999R1268



Official Journal L 161 , 26/06/1999 P. 0087 - 0093


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999

ta' l-21 ta' Ġunju 1999

dwar l-għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta' qabel l-Adeżjoni għal żvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa ċentrali u ta' lvant matul il-perjodu ta' qabel l-Adeżjoni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [4],

(1) Billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 u 13 ta' Diċembru 1997 provdew għal strateġija imsaħħa ta' qabel l-Adeżjoni għal pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u ta' lvant u għal strateġija speċifika ta' qabel l-Adeżjoni għal Ċipru;

(2) Billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jipprovdu li l-għajnuna ipprovduta f'dan ir-Regolament għandha tkun mgħotija għal issa lill-19 pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u ta' lvant;

(3) Billi l-Komunità iddeċidiet li tipprovdi assistenza speċjali fil-għamla ta' għajnuna ta' qabel l-Adeżjoni għal pajjiżi li applikaw għall-Adeżjoni sabiex iwettqu azzjoni ta' appoġġ tal-proċess kurrenti ta' riforma ekonomika u soċjali f'dawk il-pajjiżi u biex tħejji u tiffaċilita l-integrazzjoni ta' l-ekonomiji tagħhom fl-ekonomija tal-Komunità;

(4) Billi assistenza mill-appoġġ tal-Komunità għal miżuri ta' qabel l-Adeżjonigħal żvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u ta' lvant fil-perjodu ta' qabel l-Adeżjoni flimkien ma' l-assistenza mill-Komunità taħt ir-Regolament tal-Kunsill 1267/1999 ta' l-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi Strument għal Politika Strutturali għal qabel l-Adeżjoni [5] għandhom ikunu kordinati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill 1266/1999 ta' l-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-kordinament ta' għajnuna lill-pajjiżi applikanti fil-qafas ta' strateġija ta' qabel l-adeżjoni u jemenda Regolament (KEE) Nru 3906/89 [6] u għandhom ikunu suġġetti għad-disposizzjonijiet kondizzjonali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 622/98 tas-16 ta' Marzu 1998 dwar l-assistanza lill-pajjiżi applikanti fil-qafas ta' strateġija ta' qabel l-Adeżjoni, u partikolarment it-twaqqif ta' Sħubija ta' Adeżjoni [7];

(5) Billi paragrafu 17 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu tat-12 u t-13 ta' Diċembru 1997 jipprovdi li għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi nvoluti fil-proċess ta' tkabbir għandha ykun ibbażata, fl-allokazzjoni ta' għajnuna, fuq il-prinċipju ta' trattament ugwali, indipendentament miż-żmien ta' l-adeżjoni, b'attenzjoni partikolari tingħata lill-pajiżi l-aktar fil-bżonn;

(6) Billi għajnuna tal-Komunità ta' qabel l-Adeżjoni għandha tkun deċiża partikolarment biex ikunu riżolti problemi ta' prijorità fl-addattazzjoni ta' l-ekonomiji tal-pajjiżi applikanti b'mod sostenibbli u li tiffaċilita l-implimentazzjoni minnhom ta' l-acquis communautaire, tiffoka partikolarment fuq il-politika agrikola komuni (PAK);

(7) Billi għajnuna ta' qabel l-Adeżjoni għall-agrikoltura għandha ssegwi il-prijoritajiet tal-PAK kif riformata; billi tali għajnuna għandha tkun applikata għal żoni ta' prijorità li jridu jiġu definti għal kull pajjiż, bħal ma huma strutturi ta' żvilupp għal proċessar ta' prodotti agrikoli u tas-sajd, distribuzzjoni, kontroll tal-kwalità ta' l-ikel kif ukoll kontrolli veterinarji u tas-saħħa tal-pjanti u t-twaqqif ta' gruppi ta' produtturi; billi għandu wkoll ikun possibli li jkunu iffinanzjati proġetti integrati għal żvilupp rurali biex jappoġġjaw inizjattivi lokali ta' miżuri agri-ambjentali, biex titjieb l-effiċjenza ta' l-irziezet, biex tiġi addottata infrastruttura kif ukoll miżuri li jħaffu ir-rikonverżjoni strutturali;

(8) Billi, fis-settur agrikolu, l-għajnuna tal-Komunità se tkun implimentata fil-għamla ta' programmi multi-annwali stabbiliti skond il-linji ta' gwida u l-prinċipji għal programmi operattivi applikati fil-qafas ta' politika strutturali sabiex tiffaċilita fil-pajjiżi applikanti l-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-proċeduri fis-seħħ;

(9) Billi, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi disposizzjonijiet ġenerali dwar Fondi Strutturali [8], assistenza tista' tingħata biss għal kwalunkwe miżura minn wieħed mill-istrumenti finanzjarji tal-Komunità fi ħdan perjodu speċifiku, suġġett, fil-każ tal-Bank Ewropew ta' l-Investimenti (EIB) għar-regoli tiegħu dwar id-disposizzjoni ta' l-assistenza;

(10) Billi fondi tal-Komunità m'għandhomx jieħdu post fondi disponibbli f'kull pajjiż applikant u billi l-assistenza tal-Komunità tikkonstitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja għat-twettieq tal-proġetti;

(11) Billi għajnuna ta' qabel l-Adeżjoni fis-settur agrikolu trid tkun mgħotija fil-għamla ta' kontribuzzjoni finanzjarja u suġġetta għal regoli speċifiċi finanzjarji stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni [9];

(12) Billi l-allokazzjoni ta' riżorsi lill-pajjiżi applikanti ffissati mill-awtoritàta' l-estimi fil-preambolu ta' dan l-istrument għandhom jagħtu konsiderazzjoni sħieħa tal-prosperità nazzjonali fuq il-bażi tal-prodott gross domestiku, tal-ħaddiema fl-agrikoltura, ta' żoni agrikoli wżati u, jekk neċessarju, ta' partikolaritajiet speċifiċi territorjali;

(13) Billi pajjiżi applikanti għandhom jissottomettu il-pjanijiet tagħhom malajr kemm jista jkun sabiex jevitaw dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' qabel l-Adeżjoni mill-1 ta' Jannar 2000;

(14) Billi t-tħejjija ta' dawk il-programmi, l-implimentazzjoni tagħhom u l-mekkaniżmi ta' segwiment għandhom ikunu konformi mar-regoli speċifiċi tal-Fond Strutturali u b'hekk jiffaċilitaw it-trasferiment tal-acquis communautaire;

(15) Billi għandu jkun imwettaq stimar dettaljat qabel riżorsi tal-Komunità jkunu kommessi sabiex jiġi assigurat li l-programm ikun konformi mal-ħtiġijiet reali, biex jippermettu flessibilità fl-implimentazzjoni ta' intervent tal-Komunità biex tieħu akkont ta' l-informazzjoni relevanti u tar-riżultati finali tal-miżuri, u biex titqawwa s-sorveljanza u l-evalwazzjoni ta' wara ħalli tkun assigurata l-effettività ta' l-impatt antiċipat;

(16) Billi għandha ssir disposizzjoni għal kumitat ta' sorveljanza biex jassisti lill-Kummissjoni fit-twettieq ta' kull programm;

(17) Billi d-deċiżjonijiet neċessarji għandhom ikunu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u għal punti finanzjarji speċifiċi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999;

(18) Billi rapporti għandhom ikunu sottomessi lill-Parlament, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-progress milħuq fl-implimentazzjoni ta' għajnuna agrikola ta' qabel l-Adeżjoni;

(19) Billi, matul il-perjodu transitorju (1 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Diċembru 2001) kull referenza għall-euro għandha bħala regola ġenerali tkun meqjusa bħala referenza għall-euro bħala unità monetarja, skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta' l-euro [10];

(20) Billi l-implimentazzjoni tal-miżuri se jgħinu ħalli jintlaħqu l-għanijiet tal-Komunità; billi t-Trattat ma jipprovdix, għal addozzjoni ta' dan ir-Regolament poteri oħra barra dawk stabbiliti fl-Artikolu 308,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU 1

GĦANIJIET U TIPI TA' MIŻURI

Artikolu 1

Għanijiet

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-qafas għal għajnuna mill-Komunità għal żvilupp agrikolu sostenibbli u żvilupp rutali sostenibli għal perjodu ta' qabel l-Adeżjoni għal dawn il-pajjiżi applikanti: Bulgarija, ir-Repubbilka Ċeka, Estonja, Ungerija, Latvja, Liwanja, Polonja, Rumanija, Slovakkja u Slovenja.

2. Għajnuna tal-Komunità għandha tkun konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-qafas tas-sħubija ta' Adeżjoni u għandha tirrelata partikolarment ma':

(a) kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-acquis communautaire li jikkonċerna l-politika agrikola komuni u l-politiċi relatati;

(b) s-soluzjoni ta' problemi prijoritarji u speċifiċi ta' addattazzjoni sostenibbli tas-settur agrikolu u żoni rurali fil-pajjiżi applikanti.

Artikolu 2

Miżuri

Skond il-prijorità kif definiti mill-pajjiżi applikanti u kif definiti fl-Artikolu 4(3), sostenn għal żvilupp agrikolu u rurali għandu jkun irrelatat ma wieħed jew aktar minn dawn il-miżuri li ġejjin, li għandhom ikunu konsistenti ma' l-acquis communautaire relevanti:

- investimenti f'azjendi agrikoli,

- titjib fil-proċessar u fit-tqegħid fis-suq ta' prodotti agrikoli u tas-sajd,

- titjib fl-istrutturi għal kwalità, kontrolli veterenarji u tas-saħħa tal-pjanti, għall-kwalità ta' oġġetti ta' l-ikel u għal protezjoni tal-konsumatur,

- metodi ta' produzzjoni agrikola iddisinjati biex iħarsu l-ambjent u jipproteġu l-kampanja,

- żvilupp u diversifikazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi, li jipprovdu għal attivitajiet multipli u dħul alternattiv,

- it-twettieq ta' eżenzjoni fl-irziezet u servizzi ta' amministrazzjoni ta' l-irziezet,

- it-twettieq ta' gruppi ta' produtturi,

- ir-rinovament u l-iżvilupp ta' rħula u l-ħarsien u l-konservazzjoni tal-wirt rurali,

- l-iżvilupp ta' l-art u tqassim mill-ġdid,

- it-twaqqif u l-aġġornament tar-reġistri tal-art,

- l-iżvilupp ta' taħriġ vokazzjonali,

- l-iżvvilupp u t-titjib ta' l-infrastruttura rurali,

- l-amministrazzjoni tar-riżorsi ta' l-ilma agrikolu,

- afforestazzjoni, inkluża afforestazzjoni ta' żoni agrikoli, investimenti f'azjendi tal-forestrija li jkunu propjetà ta' sidien privati tal-forestrija u proċessar u tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-forestrija,

- assistenza teknika għal miżuri koperti minn dan ir-Regolament, inklużi studji biex jassistu fit-tħejjija u s-sorveljanza tal-programm, informazzjoni u kampanji publiċi.

TITOLU II

ASSISTENZA

Artikolu 3

Assistenza kumplimentarja u teknika

1. L-azzjoni tal-Komunità għandha tikkunplimenta l-azzjonijiet nazzjonali korrespondenti jew tikkontribwixxi lejhom. Għandha tkun stabbilita b'kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni, il-pajjiż applikant, l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi u s-sħab ekonomiċi u soċjali fil-livell xieraq. Tali koperazzjoni għandha tkopri t-tħejjija, implimentazzjoni inkluż il-finanzjament u evalwazzjoni, miżuri ta' sorveljanza u evalwazzjoni.

2. Fil-qafas ta' l-assistenza teknika, il-Kummissjoni għanhda tieħu inizjattivi u miżuri li jassiguraw li l-miżuri tal-Komunità isostnu l-objettivi ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 1 u li jkunu ta' valur miżjud għal inizjattivi nazzjonali.

Artikolu 4

Programmar

1. Miżuri għal agrikoltura u żvilupp rurali sostenibbli taħt dan it-Regolament għandhom ikunu s-suġġett ta' pjan li jrid ikun imħejji fil-livell ġeografiku l-aktar xireaq. Il-pjan għandu jkun imħejji mill-awtoritajiet kompetenti nominati mill-pajjiż applikant u għandu jkun sottomess minn dawk il-pajjiżi lill-Kummissjoni wara li l-awtoritajiet kompetenti u l-organizazzjonijiet fil-livell xieraq ikunu ġew ikkonsultati.

2. Il-pjan għandu jkopri perjodu ta' seba snin mis-sena 2000 u suġġett għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1(2), għandu jinkludi:

- deskrizzjoni kwantifikata tas-sitwazzjoni kurrenti li turi id-disparitajiet, in-nuqqasijet u l-potenzal għal żvilupp, ir-riżultati prinċipali ta' l-operazzjonijiet ta' qabel li kienu meħuda bl-assistenza tal-Komunità, ir-riżorsi finanzjarji użati u l-evalwazzjoni tar-riżultati disponibbli,

- deskrizzjoni ta' l-istrateġija proposta, l-objettivi kwantifikati tagħha, il-prijoritajiet mgħażula u l-iskop ġeografiku,

- evalqazzjoni minn qabel li turi l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni, inkluż l-effett fuq l-impjiegi,

- tabella finanzjarja ġenerali indikattiva li tgħamel sommarju tar-riżorsi nazzjonali, tal-Komunità u, fejn xieraq, tal-finanzi privati provvduti u li jkunu jikkorrispondu għal kull prijorità ta' żvilupp rurali adottat fil-kuntest tal-pjan, inkluż, jekk neċessarju, miżuri finanzjati mill-EIB u strumenti oħra finanzjarji internazzjonali,

- profil finanzjarju indikattiv għal kull sena koperta mill-programar tal-perjodu għal kull għajn ta' kontribuzzjoni lejn il-programm,

- fejn xieraq, informazzjoni dwar il-ħtieġa ta' kwalunkwe studji, taħriġ jew assistenza teknika għal operazzjonijiet dwar it-tħejjija, implimentazzjoni jew adattazzjoni tal-miżuri kkonċernati,

- l-ismijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi responsabbli għat-twettieq tal-programm, inkluża l-aġenzija li tgħamel il-pagament,

- definizzjoni tal-"benefiċjarji finali", lijistgħu jkunu organizazzjonijiet, impriżi pubbliċi jew privati responsabbli għat-twettieq ta' l-operazzjonijiet. F'każi fejn għajnuna pubblika tkun mgħotija minn awtoritajiet oħra inkarigati mill-pajjiżi applikanti, il-benefiċjarji finali għandhom ikunu l-istituzzjonijiet li jiddeċiedu l-għoti ta' l-għajnuna pubblika,

- deskrizzjoni tal-miżuri kkonpemplati għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet, u partikolarment skemi ta' għajnuna, inklużi l-punti neċessarji għall-istimar tar-regoli tal-kompetizzjoni,

- disposizzjonijiet li jassiguraw l-implimentazzjoni korretta tal-programm, inklużi sorveljanza u evalwazzjoni u d-definizzjoni ta' indikaturi kwantifikati għal evalwazzjoni u l-arranġamenti għal kontrolli u multi,

- ir-riżultati ta' konsultazzjonijiet u disposizzjonijiet addottati għal assoċjazzjonijiet ta' awtoritajiet u korpi kompetenti kif ukoll sħab ekonomiċi, soċjali u ambjentali xierqa.

3. Fil-pjanijiet tagħhom, il-pajjiżi applikanti għandhom jassiguraw li tingħata prijorità lill-miżuri biex titjieb l-effiċjenza tas-suq, il-kwalità u l-istandards tas-saħħa u miżuri bie joħolqu impjieg ġdid fiż-żoni rurali, b'ħarsien tad-disposizzjonijiet dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent.

4. Kemm-il darba miftiehem mod ieħor mal-pajjiż applikant, il-pjan għandu jkun sottomess mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

5. Fuq il-bażi tal-pjan ta' kull pajjiż applikant, Programm għal Żvilupp Agrikolu u Rurali għandu jkun approvat mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 fi żmien sitt xhur tas-sottomissjoni tal-pjan, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni kollha relevanti tkun disponibbli. Il-Kummissjoni għandha partikolarment tevalwa l-pjan propost ħalli tiddetermina jekk dan ikunx konsistenti ma dan ir-Regolament.

6. Il-programm jista', jekk neċessarju, ikun rivedut u emendat bħala riżultat:

- ta' żvilupp soċjo-ekonomiku, informazzjoni ġdida relevanti u r-riżultati osservati mill-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet konċernati, inklużi r-riżultati ta' sorveljanza u evalwazzjoni, kif ukoll il-ħtieġa li jkunu aġġustati l-ammotni ta' għajnuna disponibbli,

- bil-għan ta' azzjonijiet meħuda fil-qafas ta' sħubija ta' adeżjoni u tal-programm nazzjonali għall-adozzjoni tal-acquis communautaire,

- ta' riallokazzjoni ta' riżorsi kif stabbiliti fl-Artikolu 15.

Artikolu 5

Apprezzament, sorveljanza u evalwazzjoni ex-ante

1. Sabiex tkun studjata l-effettività tagħhom, sostenn għal miżuri inklużi fil-programm għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni minn qabel f'nofs il-perjodu, sorveljanza attiva u evalutazzjoni ex-post iddisinjati ħalli jkun evalwat is-suċċess fir-rigward ta' l-objettivi definiti.

2. Il-Kummissjoni u l-pajjiż applikant għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-programm. Tali -sorveljanza għandha tkun imwettqa permezz ta' proċeduri konġunti miftiehma.

is-sorveljanza għandha tiġi mwettqa b'referenza għal indikaturi speċifiċi fiżiċi ambjentali u finanzjarji miftiehma u stabbiliti bil-quddiem.

Pajjiżi applikanti għandhom jissottometu rapporti annwali ta' progress lill Kummissjoni mhux aktar tard mit-tmiem ta' l-ewwel sitt xhur tas-sena ta' wara, li għandu jkun fihom mill-anqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

3. Kumitat ta' sorveljanza għandu jkun stabbilit għal kull programm ta' żvilupp rurali skond l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

Artikolu 6

Kompatibilità

Miżuri mgħotija sostenn tal-Komunità għandhom ikunu konformi ma l-impenji addottati fis-Sħubija ta' Adeżjoni u għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipji tal-programm nazzjonali għall-addozzjoni ta' l-acquis communaitaire.

Miżuri iffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet tal-Ftehim Ewropej, inklużi d-disposizzjonijiet li jimplimentaw dawk il-ftehim fir-rigward ta' għajnuniet Statali.

Miżuri iffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi ma' l-objettivi tal-CAP, partikolarment dawk rigward l-organizazzjoni komuni tas-suq, u ma miżuri strutturali tal-Komunità. Huma m'għandhomx joħolqu tfixkil kummerċjali.

TITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 7

Riżorsi

1. Assistenza mill-Komunità permezz ta' dan ir-Regolament għandha tkun mgħotija matul il-perjodu mill-2000 sa' l-2006. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità ta' l-estimi fi ħdan il-limiti tal-perspettiva finanzjraja.

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għat-twettieq tal-programm ta' żvilupp rurali għandha tkun mgħotija fil-għamla ta' pagamenti bil-quddiem, li jiffinanzjaw parzjalment u li jiffinanzjaw skond il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

Pagamenti ta' assistenza finanzjarja tista' tieħu l-għamla ta' pagamenti bil-quddiem għall-implimentazzjoni tal-programm u ta' pagamenti kontra l-ispiża minfuqa.

3. L-allokazzjonijiet finanzjarji lil kull pajjiż applikant għal għajnuna ta' qabel l-Adeżjoni permezz taħt dan l-istrument għandhom ikunu ibbażati fuq l-objettivi li ġejjin:

- il-popolazzjoni ta' l-għelieqi,

- l-art agrikola,

- il-prodott gross domestiku (GDP) per ċapita fil-kapaċità ta' akkwist,

- sitwazzjoni territorjali speċifika.

4. Għal perjodu msemmi fl-Artikolu 4(2), sa 2 % ta' l-allokazzjoni annwali tal-fondi tista' tkun iddedikata għal finanzjament ta' miżuri meħuda fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal studji preliminari, skambju ta' żjajjar, evalwazzjoni u kontrolli.

Artikolu 8

Rata ta' kontribuzzjoni Komunitarja

1. Il-kontribuzzjoni mill-Komunità tista tammonta sa 75 % tan-nefqa pubblika totali eliġibbli.

Għal miżuri msemmija fl-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 2 u l-Artikolu 7(4), il-kontribuzzjoni tal-Komunità għal finanzjar tista tammonta sa 100 % ta' l-ispiża totali eliġibbli.

2. Għal investiment li jiġġeneraw introjtu, l-għajnuna publika tista tammonta sa 50 % ta' l-ispiża totali eliġibbli li minnhom il-kontribuzzjoni tal-Komunità tista tammonta sa 75 %. Fi kwalunkwe każ il-kontribuzzjoni mill-Komunità għandha tkun konformi mal-limiti fuq rati ta' għajnuna u akkumulazzjoni stabbilita għal għajnuna Statali.

3. Is-sostenn finanzjarju u l-pagamenti għandhom ikunu espressi f'euro.

Artikolu 9

Kontroll finanzjarju

1. Is-sostenn finanzjarju għandu jkun konformi mal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1258/1999.

Il-Kummissjoni għandha timplimenta taħt dan ir-Regolament u skond ir-Regolament Finanzjarju applikabli għall-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej fuq il-bażi ta' memorandum ta' finanzjar li jrid ikun imħejji bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż applikant.

2. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12, għandha taddotta metodi għat-tmexxija tal-programm, id-disposizzjonijiet għas-sorveljanza u l-kontroll tat-twettieq tiegħu, is-sistemi għal prevenzjoni u kontroll ta' irregolaritajiet u l-proċeduri għall-irkuprar ta' ammoni mħalsa mhux kif imiss. Dawn il-miżuri għandhom ikunu addottati bħala pre-rekwiżit għall-approvazzjoni tal-programm msemmi fl-Artikolu 4(5).

3. Mingħajr preġudizzju għal kontrolli mwettqa mill-pajjiżi benefiċjarji, il-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri jistgħu, permezz ta' l-aġenti tagħhom jew ta' rappreżentanti awtorizzati kif suppost, iwettqu verifiċi tekniċi jew finanzjarji fuq il-post, inklużi kontrolli fuq bażi ta' kampjuni u verifiċi finali.

Artikolu 10

Tnaqqis, sospensjoni u tħassir ta' għajnuna

1. Jekk l-implimentazzjoni ta' miżura ma tkunx tidher li tiġġustifika kwalunkwe parti mill-finanzi allokati lilha, il-Kummissjoni għandha twettaq eżaminazzjoni xierqa tal-każ, partikolarment billi titlob lill-pajjiż applikant jew lill-awtoritajiet innominati minnu biex jimplimentaw il-miżuri ħalli jgħamlu l-kummenti tagħhom fi ħdan perjodu speċifikat.

2. Wara dik l-eżaminazzjoni, il-Kummissjoni tista' tnaqqas jew tissospendi l-għajnuna għall-miżura kkonċernata jekk l-eżaminazzjoni tikkonferma l-eżistenza ta' irregolarità jew ta' modifikazzjoni importanti li taffettwa n-natura jew il-kondizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-miżura u li għaliha approvazzjoni tal-Kummissjoni ma tkunx ġiet akkwistata.

3. Kwalunkwe ammont irkuprat permezz ta' pagament żejjed għandu jkun trasferit lill-Kummissjoni. L-ammonti mhux trasferiti għandhom ikunu suġġett għal imgħax fuq l-arretrati skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 11

Il-Kummissjoni għandha talloka ir-riżorsi disponibbli lill-pajjiżi applikanti għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 7(2). Fi żmien tliet xhur mill-addozzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkomunika d-deċiżjonijiet tagħha lill kull pajjiż applikant dwar l-allokazzjoni finanzjara indikattiva għal seba' snin.

TITOLU IV:

REGOLI TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 12

1. Il-Kummissjoni għandha taddotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

2. Il-Kummissjoni għandha taddotta regoli finanzjarji dettaljati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999. Dawn għandhom jirragwardaw, partikolarment, ma' disposizzjonijiet xierqa biex jassiguraw konformità mad-dixxiplina ta' l-estimi.

TITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET OĦRA

Artikolu 13

Rapporti

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar is-sostenn tal-Komunità mgħoti taħt dan ir-Regolament lill-Parlemnt Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

F'tali rapporti il-Kummissjoni għandha tniżżel partikolarment il-progress magħmul lejn l-akkwist tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1.

TITOLU VI:

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Informazzjoni u pubbliċità

1. Il-programmi stabbiliti fl-Artikolu 4(5) għandhom ikunu suġġetti għal publiċità xierqa fil-pajjiżi applikanti.

2. Il-publiċità għandha tinvolvi partikolarment:

- l-informazzjoni lill-benefiċjarji potenzali u ta' l-organiżazzjonijiet professjonali ta' l-assistenza disponibbli,

- informazzjoni lill-publiku ġenerali dwar ir-rwol tal-Komunità fir-rigward ta' l-għajnuna.

Il-proposti kkontemplati u l-miżuri addottati għal dak il-għan għandhom ikunu ikkomunikati lill Kummissjoni.

Artikolu 15

Ma' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea, pajjiż għandu jitlef id-dritt tiegħu għal sostenn permezz taħt dan ir-Regolament. Riżorsi li jkunu saru disponibbli bħala riżultat ta' pajjiż applikant li jingħaqad ma' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu riallokati lill-pajjiżi applikanti oħra huma mniżżla fl-Artikolu 1(1). Riallokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-ħtiġijiet tal-pajjiżi applikanti u l-kapaċità tagħhom biex jassorbu assistenza u fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7(3).

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jieħu deċiżjoni li tagħti l-approċċ ġenerali għar-riallokazzjoni.

Fid-dawl tad-deċiżjoni msemmija fit-tieni paragrafu mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-riallokazzjoni tar-riżorsi disponibbli fost il-benefiċjarji skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12(1).

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mil-1 ta' Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-21 ta' Ġunju 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Verheugen

[1] ĠU C 175, 9.6.1998, p. 7 uOJ C 27, 2.2.1999, p. 18.

[2] Opinjoni mogħtija fis-16 ta' Mejju 1999 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Ufficjali).

[3] ĠU C 101, 12.4.1999.

[4] ĠU C 93, 6.4.1999.

[5] Ara paġna 73 ta' dan il-Ġurnal Ufficjali.

[6] Ara paġna 68 ta' dan il-Ġurnal Ufficjali.

[7] ĠU L 85, 20.3.1998, p. 3.

[8] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Ufficjali.

[9] ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

[10] ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

Top