Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R2788

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2788/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE dwar l-addittivi fl-għalf rigward l-irtirar ta’ l-awtorizzazjoni għal ċerti promoturi tat-tkabbir

    ĠU L 347, 23.12.1998, p. 31–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/10/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2788/oj

    31998R2788



    Official Journal L 347 , 23/12/1998 P. 0031 - 0032


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2788/98

    tat-22 ta’ Diċembru 1998

    li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE dwar l-addittivi fl-għalf rigward l-irtirar ta’ l-awtorizzazjoni għal ċerti promoturi tat-tkabbir

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxil-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l- Artikolu 151 flimkien mat-Titolu VII(E)(4) ta’ l-Anness XV tiegħu, u l-emendi għat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/19/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

    Billil-Isvezja kienet awtorizzata skond l-Anness XV ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni sabiex iżżomm il-leġislazzjoni tagħha fis-seħħ qabel l-adeżjoni sal-31 ta’ Diċembru 1998 rigward il-projbizzjoni ta’ l-użu ta’ l-addittivi fl-għalf li jappartjenu għall-gruppi tal-promoturi tat-tkabbir; billi fl-10 ta’ April 1997 u fit-2 ta’ Frar 1998 hija ssottomettiet applikazzjonijiet għal aġġustamenti rigward il-karbadoss u l-olaqwindoss, akkumpanjati minn raġjonament xjentifiku ddettaljat; billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għall-aġġustamenti ssottomessi mill-Isvezja sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1998;

    Billi, skond l- Artikolu 11 tad-Direttiva 70/524/KEE, Stat Membru li, b’riżultat tat-tagħrif ġdid jew ta’ stima mill-ġdid tat-tagħrif eżistenti magħmula minn mindu d-disposizzjonijiet fil-kwistjoni ġew adottati, ikollu raġunijiet iddettaljati sabiex ikun jista’ jistabbilixxi illi l-użu ta’ wieħed mill-addittivi elenkati fid-Direttiva jikkostitwixxi periklu għas-saħħa ta’ l-annimali jew tal-bniedem jew lill-ambjent jista’ jissospendi temporanjament l-awtorizzazjoni biex jiġi wżat dan l-addittiv;

    Billi r-Renju ta’ l-Olanda pprojbixxa l-użu fit-territorju tiegħu tal-karbadoss fl-għalf fis-6 ta’ Settembru 1997; billi huwa kkomunika r-raġunijiet iddettaljati għal din id-deċiżjoni lill-Istati Membri l-oħra u lill- Kummissjoni fit-18 ta’ Lulju 1997;

    Billi bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3a(b) tad-Direttiva 70/524/KEE ma għandhiex tingħata awtorizzazzjoni għal sustanza jekk din, minħabba l-kondizzjonijiet ta' l-użu, ikollha effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali;

    Billi l-Kummissjoni ikkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku tan-Nutrizzjoni ta’ l-Annimali (KXNA) dwar jekk, fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni, l-użu tal-karbadoss u l-olakwinoss kwinoksalini-N-diossidi kienux ippreżentaw riskju lill-konsumaturi, lill-operaturi jew lill-annimal innifsu;

    Billi, wara li studjat it-tagħrif fornit lill-Kummissjoni, il-KXNA innota fl-opinjoni tagħha maħruġa fil-10 ta’ Lulju 1998 illi huwa kien qiegħed isostni l-opinjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-aċċettabbiltà tal-karbadoss u l-olakwindoss kwinoksalini-N-diossidi, fil-limiti tal-kondizzjonijiet ta’ l-użu kif iddefiniti preċedentement;

    Billi, madanakollu, il-KXNA għaraf illi ebda waħda minn dawn iż-żewġ sustanzi ma kellha profil ideali ta' sigurtà fit-testijiet tal-laboratorju fuq l-annimali u illi x'aktarx illi ma jiġux żviluppati addittivi oħra b’dawn il-proprjetajiet ġenotossiċi fil-futur;

    Billi l-KXNA għaraf illi l-karbadoss huwa ġenotossiku u karċinoġeniku għall-annimali gerriema u li l-olakwindoss huwa tumoriġeniku għall-annimali gerriema;

    Billi l-KXNA jinnota, u l-Kummissjoni min-naħa tagħha taqbel bis-sħiħ, illi l-esposizzjoni possibbli tal-ħaddiema hija mingħajr dubju riskju, billi dawn jiġu esposti għall-mollekuli ġenituri; billi l-individwi li jbiddlu l-mattijiet li jiffiltraw l-arja fl-impjanti ta’ l-għalf jinsabu f’riskju ġenotossiku jew karċinoġeniku speċjali wara esposizzjoni possibbli permezz mill-ġilda jew mill-imnifsejn; billi teżisti l-possibbiltà illi l-individwi esposti għall-addittivi f'fabbrika jew f'razzett jassorbu s-sustanza ġenituri;

    Billi l-KXNA huwa konxju illi jridu jiġu soddisfatti ħafna kondizzjonijiet qabel ma dawn is-sustanzi jkunu jistgħu jintużaw b’sigurtà; billi l-KXNA jixtieq ikun jaf jekk dawn il-kondizzjonijiet jintlaħqux fil-prattika; billi l-KXNA jirrakkommanda b’mod partikolari illi l-esposizzjoni għall-karbadoss u l-olakwindoss fuq il-post tax-xogħol tiġi evalwata mill-ġdid u li jsiru studji epidemjoloġiċi dwar l-istat tas-saħħa tal-ħaddiema esposti għall-addittivi;

    Billi l-Kummissjoni, min-naħa tagħha, temmen illi mhux possibbli illi dak li jkun jistabbilixxi livell minimu għal addittiv ġenotossiku illi iktar baxx minnu ma jeżisti l-ebda riskju għall-konsumatur, minħabba li saħansitra kwantità żgħira ta’ fdalijiet ta’ l-addittiv tista’ tipprovoka mutazzjoni li tista’ tikkawża tumur; billi għalhekk ma jistax jiġi ffissat żmien għall-irtirar li jiżgura l-ħarsien tal-konsumatur;

    Billi l-Kummissjoni temmen illi deskrizzjoni preċisa tal-kompożizzjoni tat-tħejjijiet u r-rakkommandazzjonijiet sabiex jintlibsu maskli u lbies protettiv m’humiex biżżejjed biex wieħed jiggarantixxi l-ħarsien ta’ l-operaturi fil-livell ta' l-impjanti jew l-irziezet; billi fil-fatt ġew irrappurtati każijiet lill-Kummissjoni ta’ kabbara tal-bhejjem li, minħabba n-nuqqas ta’ protezzjoni, ġew esposti permezz tan-nifs jew b'kuntatt mal-ġilda għal sustanzi ġenotossiċi jew sustanzi ġenituri potenzjalment karċinoġeniċi;

    Billi, minħabba l-effett possibbilment avvers tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem, l-awtorizzazjonijiet għall-promoturi tat-tkabbir tal-karbadoss u l-olakwindoss għandhom jiġu rtirati;

    Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR- REGOLAMENT:

    L- Artikolu 1

    Id-dħul fl-Anness B tad-Direttiva 70/524/KEE għall-promoturi tat-tkabbir li ġejjin huma mħassra:

    "— il-Karbadoss,

    — l-Olakwindoss."

    .

    L- Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 1999.

    Madanakollu, fil-każ li Stat Membru ma jkunx ipprojbixxa wieħed jew iktar mill-promoturi tat-tkabbir imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament skond il-liġi Komunitarja fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, dan jew dawn il-promoturi tat-tkabbir jibqgħu awtorizzati f’dan l-Istat Membru sal- 31 ta’ Awwissu 1999.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-22 ta’ Diċembru 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1.

    [2] ĠU L 96, tat-28.3.1998, p. 39.

    --------------------------------------------------

    Top