EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R2460

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, KEFA, Euratom) Nru 2460/98 tat-12 Novembru 1998 li jemenda r-Regolament Nru 7/66/Euratom, 122/66/KEE li jistabbilixxi l-lista ta' postijiet li ghalihom tista' tingħata allowance ghat-trasport, l-għola ammont ta' dik l-allowance u r-regoli biex tingħata

ĠU L 307, 17.11.1998, p. 4–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/10/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R1734

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2460/oj

31998R2460



Official Journal L 307 , 17/11/1998 P. 0004 - 0004


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, KEFA, Euratom) Nru 2460/98

tat-12 Novembru 1998

li jemenda r-Regolament Nru 7/66/Euratom, 122/66/KEE li jistabbilixxi l-lista ta' postijiet li ghalihom tista' tingħata allowance ghat-trasport, l-għola ammont ta' dik l-allowance u r-regoli biex tingħata

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE, KEFA, EURATOM) Nru 2458/98 tat-Novembru 1998 li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-Regolamenti l-oħra applikabbli għalihom fir-rigward ta' l-istabbiliment tar-rimunerazzjoni, pensjonijiet u drittijiet oħra finanzjarji f'euro [1], ir-Regolament Nru 7/66/Euratom, 122/66/KEE [2] għandu jiġi amendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament Nru 7/66/Euratom, 122/66/KEE il-frażi "Frank Belgjan" tinbidel bil-frażi "euro" u l-ammonti espressi fil-Frank Belgjan jinbiddlu bl-ammont ekwivalenti ta' unitajiet ta' euro bir-rata ta' konverżjoni adottata mill-Kunsill.

Ir-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' l-irrotondjar ta' l-ammonti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar ċerti dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-introduzzjoni ta' l-Euro [3] għandhom jgħoddu.

Artikolu 2

Fl-1 ta' Jannar 1999, skond dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq il-konverżjoni għall-euro ta' ammonti fil-Frank Belgjan fir-Regolament Nru 7/66/Euratom, 122/66/KEE; dawn il-valuri għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Europea f'Jannar 1999.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-12 Novembru 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Hostasch

[1] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU C 150, tat-12.8.1966, p. 2751/66.

[3] ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1.

--------------------------------------------------

Top