Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0508

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta' konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

    ĠU L 229, 17.8.1998, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/10/2002

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/508/oj

    Related international agreement

    31998D0508



    Official Journal L 229 , 17/08/1998 P. 0001 - 0002


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-18 ta' Ġunju 1998

    dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta' konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

    (98/508/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza, u (3), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 228(4) ta' l-istess,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi l-Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta' konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja ġie nnegozjat u inizjalat fid-19 ta' Lulju 1996 u għandu jiġi approvat;

    Billi ċerti responsabbilitajiet għall-implimentazzjoni ġew attribwiti lill-Kumitat Konġunt imwaqqaf mill-Ftehim, u b' mod partikolari l-poter li jemendata ċerti aspettti ta' l-Anness Settorali għall-istess;

    Billi għandhom jitwaqqfu proċeduri interni xierqa sabiex jassikuraw il-funzjonament tajjeb tal-Ftehim, u billi huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tingħata l-poter li tagħmel ċerti emendi tekniċi għall-Ftehim u tieħu ċerti deċiżjonijiet sabiex jiġi implimentat,

    IDDEĊIDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta' konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja, inklużi l-Anness ta' miegħu u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti mehmuża miegħu, huma b'dan approvati f'isem il-Komunità Ewropea.

    It-testi tal-Ftehim, l-Annessi u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar lill-persuni mogħtija l-jedd li jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbtu l-Komunità u jittrasmettu, f'isem il-Komunità, in-nota li għaliha jiddisponi l-Artikolu 14 tal-Ftehim [1].

    Artikolu 3

    1. Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt skond kif jiddisponi l-Artikolu 12 tal-Ftehim, assistit mill-kumitat speċjali nnominat mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipproċedi, wara konsultazzjoni ma' dan il-kumitat speċjali, bil-ħatra, notifiki, bdil ta' informazzjoni u talbiet għall-verifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 12(4)(c), (d) u (e) tal-Ftehim.

    2. Il-posizzjoni tal-Komunità rigward id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita, rigward l-emendi għas-Sezzjonijiet I sa IV ta' l-Anness Settorali (L-Artikolu 12(4)(a) u (b) u (6) tal-Ftehim) u aċċertar ta' konformità skond l-Artikolu 8 u l-Artikolu 12(6)(d) tal-Ftehim, mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat speċjali imsemmi fl-1 paragrafu ta' dan l-Artiklu.

    3. F'kull każ ieħor, il-posizzjoni li tittieħed mill-Komunità fi ħdan il-Kunitat Konġunt għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fit-18 ta' Ġunju 1998.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    G. Strang

    [1] Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    --------------------------------------------------

    Top