EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0379

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-11 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ fi prodotti tessili

ĠU L 169, 15.6.1998, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/379/oj

Related international agreement

31998D0379



Official Journal L 169 , 15/06/1998 P. 0001 - 0001


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-11 ta' Mejju 1998

dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ fi prodotti tessili

(98/379/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi l-Kummissjoni innegozjat ftehim f'isem il-Komunità, bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ fil-prodotti tessili, mniehdi fit-28 ta' Marzu 1998;

Billi dan il-ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Mejju 1998 sad-dħul tal-proċeduri neċessarji biex jiġi konkluż, u soġġett għall-applikazzjoni temporanja reċiproka tal-ftehim mill-Federazzjoni Russa,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ fi prodotti tessili għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Mejju 1998 sal-konklużjoni formali u soġġett għall-applikazzjoni temporanja reċiproka ta' dan il-ftehim mill-Federazzjoni Russa.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta' Mejju 1998.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. Battle

--------------------------------------------------

Top