Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R2405

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2405/97 tat-8 ta' Diċembru 1997 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2125/95 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa għall-faqqiegħ Agaricus ippriservat

    ĠU L 332, 4.12.1997, p. 32–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/2405/oj

    31997R2405



    Official Journal L 332 , 04/12/1997 P. 0032 - 0035


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2405/97

    tat-8 ta' Diċembru 1997

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2125/95 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa għall-faqqiegħ Agaricus ippriservat

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti pproċessati mill-frott u mill-ħxejjex ta' l-ikel [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2199/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-għamla ta' kwoti Komunitarji tat-tariffa għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli pprovvduti fil-Ftehimijiet Ewropej sabiex iqisu n-Negozjati Multilaterali Kummerċjali tar-Round ta' l-Urugwaj [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1595/97 [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

    Billi l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2125/95 [5], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2723/95 [6], jipprovdi li l-kwoti jiġu mqassma bejn l-importaturi tradizzjonali u importaturi ġodda u jiddefinixxi ż-żewġ kategoriji ta' importaturi; billi l-esperjenza fuq numru ta' snin ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema turi illi l-kriterji għall-eliġibbiltà għandha tintgħamel iktar rigoruża sabiex tirrestrinġi l-applikazzjonijiet għall-impriżi li jimportaw u jesportaw il-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel ipproċessati; billi għandu jkun hemm ukoll perjodu transitprju taż-żmien qabel ma tiġi applikata din id-disposizzjoni għall-importaturi tradizzjonali;

    Billi l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2125/95 għandu jiġi emendat sabiex jaġġusta l-kwoti tal-kwantitajiet il-ġodda indikati fl-Annessi VI, II u V, rispettivament, mar-Regolament (KE) Nru 3066/95;billi, madankollu, dawn il-kwoti jridu jissoktaw jiġu amministrati skond is-sena kalendarja u mhux mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju, filwaqt li jitqies illi għall-pajiżi terzi il-kwantitajiet allokati għas-sena 1997 diġà ntużaw kollha sa mit-2 ta' Jnnar 1997, kif indikat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/97 [7];

    Billi l-prodotti li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 07119060, li jkopru ċerti priservi tal-faqqiegħ mhux tat-tip Agaricus ġew miżjuda mal-kwota Pollakka għall-faqqiegħ Agaricus ippriservat fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 3066/95; billi r-Regolament (KE) Nru 2125/95 għandu jiġi emendat sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jiġu importati wkoll bir-rata preferenzali tat-tariffa;

    Billi d-Deċiżjoni Nru 1/97 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija [8], tal-Polonja [9] u t tar-Rumanija [10], min-naħa l-oħra, temenda l-Protokoll 4 mal-Ftehimijiet dwar l-Ewropa mal-Bulgarija [11], il-Polonja [12] u r-Rumanija [13] b'effett rispettiv mill-1 ta' Jannar, l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Jannar 1997; billi għandha tiġi emendata kif jixraq il-prova ta' l-oriġini tal-prodotti importati;

    Billi għandhom iġu mħassra ċerti disposizzjonijiet transitorji li ma għadhomx jgħoddu tar-Regolament (KE) Nru 2125/95;

    Billi l-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Prodotti Proċessati mill-Frott u mill-Ħxejjex ta' l-Ikel,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2125/95 huwa emendat kif ġej:

    1. Il-kelma "Agaricus" ' hija mħassra minn dan it-Titolu;

    2. L-Artikolu 1 jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 1

    1. Il-kwoti tat-tariffa għall-faqqiegħ Agaricus ippriservat li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 07119040, 20031020 u 20031030, u l-faqqiegħ ippriservat ta' ġenera oħra li jidħol fil-kodiċi tan-NM 07119060 li jiriġina fil-Polonja, muri fl-Anness I għandhom ikunu miftuħa mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

    2. Ir-rata tad-dazju li tapplika għandha tkun ta' 12 % ad valorem fil-każ tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 07119040 (Nru tas-Serje 09.4062) u ta' 23 % fil-każ tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 20031020 u 20031030 (Nru tas-Serje 09.4063). Madankollu, għandha tapplika r-rata waħdanija ta' 8,4 % fil-każ tal-prodotti ta' hawn fuq li joriġinaw fil-Bulgarija (Nru tas-Serje 09.4725) jew fir-Rumanija (Nru tas-Serje 09.4821), u għall-prodotti li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 07119060 (Nru tas-Serje 09.4821) li joriġinaw fil-Polonja.

    3. Għall-importazzjonijiet bejn l-1 ta' Lulju u l-1 ta' Diċembru 1997, ir-rata ta' l-applikazzjoni ta' 8,4 % fil-każ tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 07119060 li joriġinaw fil-Polonja ma għandhiex tkun bla ħsara għall-kondizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 2 ta' hawn taħt, Madankollu, sabiex tiġi applikata din ir-rata, trid tiġi ssottomessa applikazzjoni qabel il-31 a' Jannar 1998.";

    3. L-Artikolu 2(2) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "2. Fil-każ ta' pajjiżi għajr il-Bulgarija, il-Polonja u r-Rumanija, il-kwoti għandhom jiġu allokati fost il-pajjiżi fornituri skond l-Anness I, għajr għal parti minnhom li għandha tikkostitwixxi riserva. L-allokazzjoni tista' tiġi aġġustata fuq il-bażi tat-tagħrif li jirrigwarda l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzi sat-30 ta' Ġunju.";

    4. L-Artikolu 2(3) jiġi mħassar.

    5. L-Artikolu 4(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "1. Iż-żewġ kwantitajiet, jiġifieri dik allokata liċ-Ċina minn banda waħda u dik allokata lill-pajjiżi l-oħra kollha bl-eċċezzjoni taċ-Ċina mill-banda l-oħra skond l-Anness I għandhom jiġu mqassma kif ġej:

    (a) 85 % lill-importaturi tradizzjonali.

    "Importaturi tradizzjonali" tfisser l-importaturi li jkunu kisbu liċenzi ta' l-importazzjoni skond ir-Regolament (KEE) Nru 3107/94 jew skond dan ir-Regolament f'kull waħda mit-tliet snin kalendarji ta' qabel jew li importaw il-prodotti riferiti fl-Artikolu 1(1) f'mill-inqas tnejn mit-tliet snin kalendarji ta' qabel. Mill-1 ta' Jannar 1999, l-importaturi jridu wkoll iforni prova illi jkunu importaw ukoll u/jew esportaw mill-inqas 100 tunnellata metrika ta' prodotti pproċessati mill-frott jew mill-ħxejjex ta' l-ikel, kif riferit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 [14], matul is-sena li tiġi qabel l-applikazzjoni tagħhom.

    (b) 15 % lill-importaturi l-ġodda.

    "Importaturi ġodda" tfisser importaturi oħra għajr dawk riferiti fil-(a) li huma negozjanti, persuni naturali jew legali, individwi jew gruppi li jkunu importaw u/jew esportaw mill-inqas 50 tunnellata metrika ta' prodotti mill-frott u mill-prodotti ta' l-ikel, kif riferit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, f'kull waħda mis-sentejn ta' qabel. Il-konformità ma' din il-kondizzjoni għandha tiġi ċċertifikata f'reġistru tal-kummerċ miżmum mill-Istat Membru jew b'kull prova oħra aċċettata mill-Istat Membru u bi prova ta' l-importazzjoni u/jew l-esportazzjoni. Meta l-importaturi ta' din il-kategorija jkunu kisbu l-liċenzi ta' l-importazzjoni skond dan ir-Regolament, fis-sena kalendarja ta' qabel, iridu juru prova li jkunu ħarġu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa, f'isimhom, mill-inqas 50 % tal-kwantità allokata lilhom."

    6. il-paragrafu 4 li ġej jiġi miżjud ma' l-Artikolu 4:

    "4. Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 3719/88, id-drittijiet li joħorġu mill-liċenzi ta' l-importazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.";

    7. jiżdied il-paragrafu li ġej ma' l-Artikolu 4:

    "5. Il-Kaxxa 20 ta' dawn l-applikazzjonijiet għall-importazzjoni għandu jkun fiha wieħed minn dan li ġej, skond kif japplika:

    - "Liċenza applikata għaliha skond l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2125/95";,

    jew

    - "Liċenza applikata għaliha skond l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2125/95";";

    8. l-Artikolu 5(1) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi ssottomessi mill-importaturi tradizzjonali kif riferit fl-Artikolu 4(1)(a) jistgħu ma jkollhomx x'jaqsmu, f'kull perjodu taż-żmien ta' sitt xhur, ma' kwantità li taqbeż is-60 % tal-kwantità medja ta' kull sena ta' l-importazzjonijiet effettwati skond ir-Regolament (KE) Nru 3107/94 jew dan ir-Regolament matul it-tliet snin kalendarji ta' qabel.";

    9. l-Artikolu 10(3) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "3. Skond il-Protokoll 4 tal-Ftehimijiet dwar l-Ewropa, il-prodotti li joriġinaw fil-Bulgarija, il-Polonja u r-Rumanija għandhom jiġu rrilaxxjati fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità mal-preżentazzjoni ta' ċertifikat EUR.1 maħruġ mill-awtoritajiet ta' dawn il-pajjiżi jew dikjarazzjoni mogħtija mill-importatur jew fattura.";

    10. l-Artikolu 11(2) jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "2. L-applikazzjonijiet għall-liċenzi u l-liċenzi ta' l-importazzjoni għandhom jinkludu l-pajjiż ta' l-oriġini fil-kaxxa 8 u l-kelma "iva"; immarkata b'salib.";

    11. l-Anness I huwa mibdul bl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika b'effett mill-1 ta' Lulju 1997, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 1 minn (5) sa (8) u (10), li għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 1998.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fit-3 ta' Diċembru 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, tal-21. 11. 1996, p. 29.

    [2] ĠU L 303, tas-6. 11. 1997, p. 1.

    [3] ĠU L 328, tat-30. 12. 1995, p. 31.

    [4] ĠU L 216, tat-8. 8. 1997, p. 1.

    [5] ĠU L 212, tat-12. 9. 1995, p. 16.

    [6] ĠU L 283, tal-25. 11. 1995, p. 12.

    [7] ĠU L 4, tat-8. 1. 1997, p. 3.

    [8] ĠU L 134, ta' l-24. 5. 1997, p. 1.

    [9] ĠU L 221, tal-11. 8. 1997, p. 1.

    [10] ĠU L 54, ta' l-24. 2. 1997, p. 1.

    [11] ĠU L 358, tal-31. 12. 1994, p. 3.

    [12] ĠU L 348, tal-31. 12. 1994, p. 2.

    [13] ĠU L 357, tal-31. 12. 1994, p. 2.

    [14] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p.29.';

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    ANNESS I

    L-allokazzjoni riferita fl-Artikolu 2 (piż nett imsoffi mill-ilma)

    | | | | (tunnellati metriċi) |

    Il-Pajjiżi fornituri | Mill-1 ta' Lulju sal 31 ta' Diċembru 1997 | Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1998 | Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 1999 | Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2000. | Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru tas-snin sossegwenti |

    Il-Bulgarija | 770 | 1575 | 1645 | 1715 | 1750 |

    Il-Polonja | 19140 | 39150 | 40890 | 42630 | 43500 |

    Ir-Rumanija | 220 | 450 | 470 | 490 | 500 |

    Iċ-Ċina | 0 | 22750 | 22750 | 22750 | 22750 |

    Oħrajn | 0 | 3290 | 3290 | 3290 | 3290 |

    Ir-Riserva | 0 | 1000 | 1000 | 1000 | 1000 |

    It-Total | 20130 | 68215 | 70045 | 71875 | 72790 |

    "

    --------------------------------------------------

    Top