This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997R2062
Commission Regulation (EC) No 2062/97 of 21 October 1997 amending Regulation (EEC) No 700/88 laying down detailed rules for the application of the arrangements for the import into the Community of certain flowers originating in Cyprus, Israel, Jordan, Morocco and the West Bank and Gaza Strip
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2062/97 tal-21 ta’ Ottubru 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 700/88 li jistabbilixxi regolamenti dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti fjuri li ġejjin minn Ċipru, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Marokk u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2062/97 tal-21 ta’ Ottubru 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 700/88 li jistabbilixxi regolamenti dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti fjuri li ġejjin minn Ċipru, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Marokk u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża
ĠU L 289, 22.10.1997, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31988R0700 | abolizzjoni | artikolu 6 | 03/11/1997 | |
Modifies | 31988R0700 | Żieda | artikolu 4 | 03/11/1997 | |
Modifies | 31988R0700 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 03/11/1997 | |
Modifies | 31988R0700 | abolizzjoni | artikolu 5 | 03/11/1997 | |
Modifies | 31988R0700 | Żieda | artikolu 1BIS | 03/11/1997 | |
Modifies | 31988R0700 | Żieda | artikolu 1TER | 03/11/1997 | |
Modifies | 31988R0700 | abolizzjoni | artikolu 4 | 03/11/1997 |
Official Journal L 289 , 22/10/1997 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2062/97 tal-21 ta’ Ottubru 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 700/88 li jistabbilixxi regolamenti dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti fjuri li ġejjin minn Ċipru, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Marokk u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4088/87 tal-21 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni għal dazji tad-dwana preferenzjali fuq importazzjoni ta’ ċerti fjuri li ġejjin minn Ċipru, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Morokk u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1300/97 [2], u partikolarment bl-Artikolu 5(1) tiegħu; Billi, skond il-Ftehim fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità u l-Iżrael [3] u bejn il-Komunità u l-Marokk [4] fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ fjuri maqtugħa friski u ta’ blanzuni tal-fjuri ta’ tip adattat għall-bukketti u għal skopijiet ornamentali, il-Komunità u dawn il-pajjiżi qablu li jaġġustaw il-proċeduri li jistabilixxu l-prezzijiet tal-produtturi Komunitarji u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni; billi r-regoli ta’ l-applikazzjoni stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 700/88 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1239/97 [6], għandu għalhekk jiġi aġġustat; Billi il-bidliet prinċipali għandhom jużaw medji peżati minflok dawk aritmetiċi biex jistabbilixxu l-prezzijiet għall-produttur u għall-importazzjoni u biex jistabbilixxu dawn kull 15-il jum sabiex dazji tad-dwana approprjati jkunu jistgħu jiġu applikati fil-ġimagħtejn wara d-data li fiha jiġu stabbiliti; Billi l-limiti tal-ħin għan-notifika tad-data mill-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti u l-azzjoni li ghandha tittieħed meta d-data ma tkunx kompleta jew ma tkunx disponibbli għandha tiġi speċifikata; Billi dan ir-Regolament għandu jidħol bis-seħħ fil-jum wara li jagħlaq ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 989/97 tat-30 ta’ Mejju 1997 li jistabbilixxi l-prezzijiet tal-produttur tal-Komunità għall-qronfol u għall-ward għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti florikulturali li ġejjin minn Ċipru, l-Iżrael, il-Ġordan u l-Morokk [7]; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Pjanti Ħajjin, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 700/88 qiegħed b’hekk jiġi emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1 qed jinbidel b’dan li ġej: "L-Artikolu 1 Għal kull wieħed mill-erba’ prodotti (unifloreali (blanzun) u qronfol multifloreali (spray), ward ta’ fjura kbira u ward ta’ fjura żgħira), kif indikat fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 4088/87. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw kull ġimagħtejn, li jibdew mit-Tnejn, il-prezz għall-produttur f’munita nazzjonali għal kull 100 biċċa, waqt li dan ikun il-medja, peżat bil-kwantità, tar-rati ta’ kuljum irreġistrati fuq kull wieħed mis-swieq rappreżentattivi tal-produtturi indikati fl-Artikolu 2. Għall-ward il-prezzijiet użati għandhom ikunu dawk tal-varjetajiet pilota elenkati fl-Anness. Ir-rati rreġistrati ta’ kuljum għandhom ikunu dawk għal prodotti ta’ kwalità definiti taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 [8], il-kodiċijiet tat-tul kollha flimkien. Il-prezzijiet irreġistrati għandhom jitqiesu li jinkludu l-ispejjeż għall-preżentazzjoni. L-Artikolu 1a Għal kull wieħed mill-erba’ prodotti (unifloreali (blanzun) u qronfol multifloreali (spray), ir-rożi tal-warda kbira u r-rożi tal-warda żgħira) kif indikat fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 4088/97 u għal kull wieħed mill-oriġini jiġifieri Ċipru, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Morokk u x-Xatt tal-Punent ta’ l-Istrixxa ta’ Gaża, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw kull ħmistax, li jibdew mit-Tnejn, il-prezz ta’ l-importazzjoni f’munita nazzjonali għal kull 100 biċċa, waqt li dan ikun il-medja, peżat bil-kwantità, tar-rata ta’ kuljum irreġistrati fl-istadju kollu ta’ l-importazzjoni bl-ingrossa, bid-dazju tad-dwana mhux imnaqqas, fis-swieq rappreżentattivi ta’ l-importazzjoni kif indikat fl-Artikolu 3. L-Artikolu 1b It-Tnejn ta’ wara qabel is-1 p.m., l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika l-prezzijiet peżati tal-produttur u ta’ l-importazzjoni, f’munita nazzjonali għal kull 100 biċċa, u l-kwantitajiet totali relevanti għall-aħħar ġimagħtejn li fihom il-prezzijiet ikunu ġew irreġistrati. Fuq il-bażi ta’ dawn il-prezzjijiet peżati u l-kwantitajiet totali l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi minnufih il-medja Komunitarja tal-prezzijiet peżati tal-produttur u ta’ l-importazzjoni f’ecus/100 biċċa għal kull wieħed mill-erba’ gruppi ta’ fjuri indikati fl-Artikoli 1 u 1a. Il-konverżjoni f’ecus tal-prezzijiet notifikati mill-Istati Membri għandha tkun bir-rata agrikola tal-kambju valida fl-aħħar jum tal-perjodu tal-ġimagħtejn konċernati." 2. L-Artikolu 4 qiegħed jiddaħħal: "L-Artikolu 4 Jekk l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri skond l-Artikolu 1b ma tkunx kompluta jew mhux disponibbli fil-jum speċifikat f’dak l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-medji Komunitarji fuq il-bażi ta’ l-aħħar prezzijiet stabbiliti. Jekk jum skedat għan-notifika jkun btala nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jagħmlu n-notifika fl-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss." 3. L-Artikoli ta’ qabel 4, 5 u 6 qed jitħassru. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Novembru 1997. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Ottubru 1997. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 382, tal-31.12.1987, p. 22. [2] ĠU L 177, tal-5.7.1997, p. 1. [3] Deċiżjoni 96/206/ECSC, KE (ĠU L 71 ta’ l-20.3.1996, p. 1). [4] Regolament (KE) Nru 3057/95 (ĠU L 326, tat-30.12.1995, p. 3). [5] ĠU L 72, tat-18.3.1988, p.16. [6] ĠU L 173, tal-1.7.1997, p. 71. [7] ĠU L 141, tal-31.5.1997, p. 71. [8] ĠU L 55, tat-2.3.1968, p.1. --------------------------------------------------