Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R1898

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1898/97 tad-29 ta’ Settembru 1997 li jistabbilixxi regoli ta’l-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-arranġamenti stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 u li jħassar Regolamenti (KEE) Nru 2698/93 u (KE) Nru 1590/94

    ĠU L 267, 30.9.1997, p. 58–66 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2005; Imħassar b' 32005R2040

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1898/oj

    31997R1898



    Official Journal L 267 , 30/09/1997 P. 0058 - 0066


    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1898/97

    tad-29 ta’ Settembru 1997

    li jistabbilixxi regoli ta’l-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-arranġamenti stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 u li jħassar Regolamenti (KEE) Nru 2698/93 u (KE) Nru 1590/94

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 tat-22 Diċembru 1995 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti tat-tariffa Komunitarja għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għall-aġġustament, bħala miżura awtonoma u transitorja ta’ ċerti konċessjonijiet agrikoli previsti fil-Ftehim ta’l-Ewropa li jqis il-Ftehim dwar l-Agrikoltura milħuq matul is-Sensiela ta’Negozjati Multilaterali ta’l-Urugwaj dwar il-Kummerċ [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1595/97 [2], u partikolarment l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament,

    Wara li ġie kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq l-organizzazjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [3], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 3290/94 [4], u partikolarment l-Artikolu 22 tiegħu,

    Billi r-Regolament (KE) Nru 3066/95 jaġġusta bħala miżura awtonoma u transitorja il-konċessjonijiet agrikoli fil-Ftehim Ewropew konkluż bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa u r-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija rispettivament fuq in-naħa l-oħra, għall-perjodu 1 ta’ Jannar 1996 sad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Addizjonali; billi dawn l-aġġustamenti kienu ġew estiżi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2490/96 [5] tal-31 ta’ Diċembru 1997; billi minħabba id-dewmien proċedurali l-Protokoll Addizzjonali għal-Ftehim Ewropew li n-negozjati tiegħu ġew konklużi, ma jistax jidħol fis-seħħ qabel l -1 ta’ Lulju 1997; billi r-Regolament (KE) Nru 3066/95 għalhekk ġie emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1595/97 sabiex tiġi permessa kmieni l-implimentazzjoni tar-riżultati tan-negozjati fis-settur agrikolu;

    Billi, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interim intiż biex jiggarantixxi l-oriġini tal-prodott, l-arranġamenti għandhom jitħaddmu billi jintużaw liċenzi ta’ l-importazzjoni; billi regoli dwar il-prezentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenza u l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fl-applikazzjonijiet u fil-liċenzi jkunu meħtieġa li għandhom ikunu differenti minn dawk fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta’ Novembru 1988 li jistabbilixxi regoli komuni u dettaljati għall-aplikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzi ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni u l-iffissar minn qabel ta’ ċertifikati għal prodotti agrikoli [6], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1404/97 [7]; billi liċenzi għandhom jinħarġu wara perjodu ta’ riflessjoni u possibilment għandu jiġi applikat perċentwal komuni ta’ aċċettazzjoni;

    Billi għall-finijiet ta’ operat ta’ l-arranġamenti bla intoppi għandha tintalab garanzija sigurtà ta’ 30 ECU għal kull 100 kilogramma kontra liċenzi ta’l-importazzjoni; billi minħabba r-riskju ta’ abbuż spekulattiv ħażin ta’ l-arranpġamenti fejn għandu x’jaqsam il-laħam tal-majjal l-aċċess għall-importatuti ta’ dawn il-prodotti għandu jkun irregolat b’mod preċiż;

    Billi liċenzi ta’ l-importazzjoni għall ċerti kategoriji ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal diġà ġew assenjati għall-perjodu mill-1 Lulju sat-30 Settembru 1997 b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1461/97 tal-25 ta’ Lulju 1997 li jistabbilixxi l-punt safejn applikazzjonijiet imressqa f’Lulju 1997 għal-liċenzi ta’ l-importazzjoni għal ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal taħt l-arranġament previsti mill-Ftehim konkluż mill-Komunità mar-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika ta’ l-Islovakkja jistgħu jiġu aċċettati [8] u bir-Regolament (KEE) Nru 1462/97 tal-25 ta’ Lulju 1997 li jistabilixxi l-limitu safejn jistgħu jiġu aċettati applikazzjonijiet imressqa f’Lulju 1997 għal-liċenzi ta’l-importazzjoni ta’ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal taħt l-arranġament previst bil-Ftehim konkluż mill-Komunità mal-Bulgarija u r-Rumanija u r- Romanija [9]; billi il-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu mill-1 Ottubru sal-31 Diċembru 1997 għandhom jiġu stabbiliti b’referenza għall-kwantitajiet miftiehma u l-kwoti stabbiliti għall-perjodu mill-1 Lulju sal-31 Diċembru 1997;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2698/93 [10], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 691/97 [11], jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal ta’ l-arranġamenti previsti fil-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Polonja, l-Ungerija, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Federattiva ċ-Ċeka u Slovakka; billi minħabba li dan ġie sostitwit b’dan ir-Regolament dan għandu jitħassar;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1590/94 [12], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 691/97, jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal ta’ l-arranġamenti previsti fil-Ftehim Interim bejn il-Komunità u l-Bulgarija u r-Rumanija; billi minħabba li ġie sostitwit b’dan ir-Regolament dan għandu jitħassar;

    Billi il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Kull importazzjoni ġewwa l-Komunità taħt l-arranġamenti previsti fir-Regolament (KE) Nru 3066/95 ta’prodotti koperti bin-numri tal-grupp 1, 2, 3, 4, H1, H2, 5, 6, 7, 8, 9, 10/11, 12/13, 14, 15, 16 u 17 previsti fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ liċenza ta’ l-importazzjoni.

    Il-kwantitajiet koperti b’dawn l-arranġamenti u r-riduzzjoni tad-dazju komuni fit-Tariffa Komuni Doganali huma elenkati skond il-grupp fl-Anness I.

    Artikolu 2

    Il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 huma, għal kull perjodu speċifikati fl-Anness I, allokati kif ġej:

    - Mill-1 ta’ Lulju sat-30 Settembru: 25 %,

    - Mill-1 ta’Ottubru sal-31 Diċembru: 25 %,

    - Mil-1 ta’Jannar sal-31 Marzu: 25 %,

    - Mill-1 ta’April sat-30 Ġunju: 25 %.

    Artikolu 3

    Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal-liċenzi ta’l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1:

    1. L-applikanti għandhom ikunu persuni naturali jew ġuridiċi li meta titressaq l-applikazzjoni jkunu jistgħu jissodisfaw l-awtorità kompetenti ta’l-Istat Membru tagħhom li huma kienu jikkummerċjaw il-laħam tal-majjal għal talanqas tnax-il xahar. Il-bejjiegħa bl-imnut u sidien tar-restoranti li jbiegħu prodotti lill-konsumatur finali huma esklużi.

    2. Applikazzjonijiet għal-liċenza jistgħu jkopru biss wieħed mill-gruppi indikati fl-Anness I. Dawn jistgħu jkopru prodotti ta’ diversi kodiċI NM li joriġinaw f’wieħed biss mill-pajjiżi li għalihom jirreferi dan ir-Regolament. F’każi bħal dawn, kull kodiċi NM u kull deskrizzjoni tal-prodott għandha tiġi indikata fis-sezzjoni 16 u 15 rispettivament; L-applikazzjoni għandha tkun għal minimu ta’ tunnellata metrika waħda u massimu ta’ 25 % tal-kwantità disponibbli għall-grupp konċernat matul it-tliet xhur in kwistjoni kif speċifikat fl-Artikolu 2;

    3. L-kaxxa 8 ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenza u tal-liċenza għandha tindika l-pajjiz ta’ l-oriġini; il-liċenzi għandhom jimponu obbligu li l-importazzjoni ssir mill-pajjiz indikat;

    4. Il-kaxxa 20 ta’l-applikazzjoni tal-liċenza u l-liċenza għandu jkollha fuqha waħda mill-entrati li ġejjin:

    - Reglamento (CE) n!!! error character !!! Β!!! error character !!! Ί 1898/97

    - Forordning (EF) nr. 1898/97

    - Verordnung (EG) Nr. 1898/97

    - Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1898/97.

    - Regulation (EC) No 1898/97

    - Règlement (CE) n!!! error character !!! Β!!! error character !!! Ί 1898/97

    - Regolamento (CE) n. 1898/97

    - Verordening (EG) nr. 1898/97

    - Regulamento (CE) n!!! error character !!! Β!!! error character !!! Ί 1898/97

    - Asetus (EY) N:o 1898/97

    - Förordning (EG) nr 1898/97.

    5. Il-kaxxa 24 tal-liċenza għandu jkollha fuqha waħda mill-entrati li ġejjen:

    - - Reducción del derecho de aduana en virtud del Reglamento (CE) n!!! error character !!! Β!!! error character !!! Ί 1898/97

    - Nedsættelse af importafgiften jf. forordning (EF) nr. 1898/97

    - Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß Verordnung (EG) Nr. 1898/97

    - Μείωση τον δασμού όπως προβλέπεται στον κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1898/97.

    - Customs duty reduction as provided for in Regulation (EC) 1898/97

    - Réduction du droit de douane comme prévu au règlement (CE) n!!! error character !!! Β!!! error character !!! Ί 1898/97

    - Riduzione del dazio doganale a norma del regolamento (CE) n. 1898/97

    - Douanerecht verlaagd overeenkomstig Verordening (EG) nr. 1898/97

    - Redução do direito aduaneiro conforme previsto no Regulamento (CE) n!!! error character !!! Β!!! error character !!! Ί 1898/97

    - Tullialennus, josta on säädetty asetuksessa (EY) N:o 1898/97

    - Nedsättning av tullavgiften enligt förordning (EG) nr 1898/97.

    Artikolu 4

    1. Applikazzjonijiet għal liċenzi jistgħu jitressqu biss matul l-ewwel 10 jiem ta’ kull perjodu kif speċifikat fl-Artikolu 2.

    2. Applikazzjonijiet ikunu invalidi jekk l-applikant ma jiddikjarax bil-miktub li huwa ma jkunx ressaq u mhux ser iresssaq, matul il-perjodu in kwistjoni, applikazzjonijiet oħra għal prodotti ta’ l-istes grupp fl-Istat Membru tas-sottomissjoni jekk f’xi Stat Membru ieħor. Jekk applikant iressaq aktar minn applikazzjoni waħda għal prodotti ta’ grupp wieħed ebda waħda mill-applikazzjoni ma tkun valida.

    3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fil-ħames ġurnata tax-xogħol wara l-għeluq tal-perjodu li fih jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet, b’dawk imressqa għall kull prodott fil-gruppi in kwistjoni. L-applikanti u l-kwantitajiet għal kull grupp għandhom jiġu elenkati. Kull notifika, inkluzi dawk "nulli", għandha ssir permezz tat-telex jew tal-fax fil-ġurnata tax-xogħol stipulata. Il-formola riprodotta bħala l-Anness II għandha tintuża għal notifikazzjonijiet "nulli" u dawk riprodotti bħala l-Anness II u III jekk ikunu saru applikazzjonijiet.

    4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi bla dewmien jekk l-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 jistgħux jiġu milqugħa.

    Jekk l-ammont totali li għalih ikunu saru applikazzjonijiet ikun akbar minn dak disponibbli il-kwantitajiet mogħtija għandhom jitnaqqsu b’perċentwal komuni.

    Jekk ikun anqas mill-ammont disponibbli l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-kwantità li għandha tiżdied ma’ dik disponibbli għall-perjodu li jkun imiss.

    5. Il-liċenzi għandhom jinħarġu kemm jista’ jkun malajr wara li l-Kummissjoni tkun ħadet id-deċizzjoni tagħha.

    6. Il-liċenzi għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha.

    Artikolu 5

    Għall-fini ta’ l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, liċenzi ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 150 ġurnata mid-data tal-ħruġ.

    Il-liċenzi ma jkunux trasferibbli.

    Artikolu 6

    Garanzija ta’ 30 ECU għal kull 100 kg għandha tiġi depożitata kontra kull applikazzjoni għal liċenza ta’ l-importazzjoni għal kull prodott indikat fl-Artikolu 1.

    Artikolu 7

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 għandhom jgħoddu ħlief fejn ikun previst mod ieħor permezz ta’ dan ir-Regolament.

    Madankollu, minkejja l-Artikolu 8(4) ta’ dak ir-Regolament, il-kwantitajiet importati taħt dan ir-Regolament ma jistgħux jeċċedu dik indikata fil-każi 17 u 18 tal-liċenza ta’ l-importazzjoni. Għal dan il-għan għandu jitniżżel ‘0’ fil-kaxxa 19 tal-liċenza.

    Artikolu 8

    Il-prodotti għandhom jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni libera meta jiġi ppreżentat ċertifikat EUR.1 maħruġ mill-pajjiż li jkun qed jesporta skond il-Protokoll 4 għall-Ftehim Ewropew konkluż ma’l-imsemmi pajjiżi, jew, dikjarazzjoni mill-esportatur skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-imsemmi Protokoll.

    Artikolu 9

    l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-Kummissjoni sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 10

    Il-kwantitajiet disponibbli għall-applikazzjonijiet matul il-perjodu mill-1 sa l-10 ta’ Ottubru 1997 huma jingħataw fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 11

    Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2698/93 u (KE) Nru 1590/94 qegħdin b’hekk jitħassru.

    Artikolu 12

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan għandu japplika b’effett mill-1 ta’ Lulju 1997.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Settembru 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 328, tat-30.12.1995, p. 31.

    [2] ĠU L 216, tat-8.8.1997, p. 1.

    [3] ĠU L 282, tal-1.11.1975, p. 1.

    [4] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105.

    [5] ĠU L 338, tat-28.12.1996, p. 13.

    [6] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

    [7] ĠU L 194, tat-23.7.1997, p. 5.

    [8] ĠU L 199, tas-26.7.1997, p. 22.

    [9] ĠU L 199, tas-26.7.1997, p. 24.

    [10] ĠU L 245, ta’ l-1.10.1993, p. 80.

    [11] ĠU L 102, tad-19.4.1997, p. 12.

    [12] ĠU L 167, ta’ l-1.7.1994, p. 16.

    --------------------------------------------------

    L-Anness I

    A. IL-PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-UNGERIJA

    (tunnellati metriċi) |

    In-Nru ta'l-Ordni | In-Nru tal-Grupp | Il-kodiċi NM | Ir-rata tad-dazju (% tal-MFN) applikabbli( | Il-kwantità annwali |

    Mill- 1.7.1997 | Mill 1.7.1998 | Mill-17.1999 | Mill- 1.7.2000 |

    09.4705 | 1 | 1601009116010099 | 20 | 7700 | 8050 | 8400 | 8750 |

    09.4706 | 2 | 1602491516024919160241101602421016024911160249131602493016024950 | 20 | 770 | 805 | 840 | 875 |

    09.4704 | 3 | 02101111021012110210194002101951 | 20 | 1760 | 1840 | 1920 | 2000 |

    09.4708 | 4 | 02031110020312110203121902031911020319130203191502031955020319590203211002032211020322190203291102032913020329150203295502032959 | 20 | 33990 | 35535 | 37080 | 38625 |

    09.4727 | H1 | 15010019 | ECU 164/t | 2400 | 2400 | 2400 | 2400 |

    09.4722 | H2 | 16010091 | ECU 1759/t | 500 | 500 | 500 | 500 |

    B. IL-PRODOTTI LI JORIĠINAW FIL-POLONJA

    (tunnellati metriċi) |

    In-Nru ta'l-Ordni | In-Nru tal-Grupp | Il-kodiċi NM | Ir-rata tad-dazju applikabbli (% tal-MFN) | Il-kwantità annwali |

    Mill 1.7.1997 | Mill- 1.7.1998 | Mill 1.7.1999 | Mill 1.7.2000 |

    09.4803 | 5 | 02101111021011190210113102101139021012110210121902101910021019200210193002101940021019510210195902101960021019700210198102101989 | 20 | 3300 | 3450 | 3600 | 3750 |

    09.4805 | 6 | 1601009116010099 | 20 | 2530 | 2645 | 2760 | 2875 |

    09.4806 | 7 | 1602411016024210160249111602491316024915160249191602493016024950 | 20 | 10890 | 11385 | 11880 | 12375 |

    09.4820 | 8 | 01039219 | 20 | 1540 | 1610 | 1680 | 1750 |

    09.4809 | 9 | 02031110020312110203121902031911020319130203191502031955020319590203211002032211020322190203291102032913020329150203295502032959 | 20 | 11220 | 11730 | 12240 | 12750 |

    Ċ. IL-PRODOTTI LI JORIĠINAW MIR-REPUBBLIKA ĊEKA

    (tunnellati metriċi) |

    In-Nru ta'l-Ordni | In-Nru tal-Grupp | Il-kodiċi NM | r-rata tad-dazju applikabbli (ta'l-MFN) | Il-kwantità annwali |

    Mill 1..7.1997 | Mill- 1.7.1998 | Mill- 1.7.1999 | Mill- 1.7.2000 |

    09.4621 | 10/11 | 01039219020311100203121102031219020319110203191302031915020319550203195902032110020322110203221902032911020329130203291502032955020329591602411016024210160249 | 20 | 5830 | 6095 | 6360 | 6625 |

    D. IL-PRODOTTI LI JORIĠINAW MIR-REPUBBLIKA SLOVAKKA

    (tunnellati metriċi) |

    In-Nru ta'l-Ordni | In-Nru tal-Grupp | Il-kodiċi | Ir-rata tad-dazju applikabbli (% tal-MFN ) | Il-kwantità annwali |

    Mill 1..7.1997 sat- 30.6.1998 | Mill- 1.7.1998 sat- 30.6.1999 | Mill- 1.7.1999 sat- 30.6.2000 | Mill- 1.7.2000 |

    09.4621 | 12/13 | 01039219020311100203121102031219020319110203191302031915020319550203195902032110020322110203221902032911020329130203291502032955020329591602411016024210160249 | 20 | 2530 | 2645 | 2760 | 2875 |

    E. IL-PRODOTTI LI JORIĠINAW FIL-BULGARIJA

    tunnellati metriċi |

    In-Nru ta'l-Ordni | In-Nru tal-Grupp | Il-kodiċi | Ir-rata tad-dazju applikabbli (% tal-MFN) | Il-kwantità annwali |

    Mill 1..7.1997 | Mill- 1.7.1998 | Mill- 1.7.1998 | Mill- 1.7.2000 |

    09.4654 | 14 | 0203111002032955 | 20 | 330 | 345 | 360 | 375 |

    F. IL-PRODOTTI LI JORIĠINAW FIR-RUMANIJA

    tunnellati metriċi |

    In-Nru ta'l-Ordni | In-Nru tal-Grupp | Il-kodiċi NM | Ir-rata tad-dazju applikabbli (% tal-MFN ) | Il-kwantità annwali |

    Mill 1..7.1997 sat- 30.6.1998 | Mill- 1.7.1998 sat- 30.6.1999 | Mill- 1.7.1999 sat- 30.6.2000 | Mill- 1.7.2000 |

    09.4751 | 15 | 1601009116010099 | 20 | 990 | 1035 | 1080 | 1125 |

    09.4752 | 16 | 1602411016024210160249111602491316024915160249191602493016024950 | 20 | 1870 | 1955 | 2040 | 2125 |

    09.4756 | 17 | 02031110020312110203121902031911020319130203191502031955020319590203211002032211020322190203291102032913020329150203295502032959 | 20 | 13750 | 14375 | 15000 | 15625 |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1898/97

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1898/97

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    (tunnellati metriċi) |

    In-Nru tal-Grupp | Il-kwantità disponibbli |

    1 | 2413,5 |

    2 | 267,7 |

    3 | 841 |

    4 | 10585,3 |

    H1 | 1200 |

    H2 | 250 |

    5 | 1650 |

    6 | 1125,3 |

    7 | 5170 |

    8 | 770 |

    9 | 5610 |

    10/11 | 320 |

    12/13 | 1265 |

    14 | 165 |

    15 | 490 |

    16 | 904,3 |

    17 | 6875 |

    --------------------------------------------------

    Top