Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0619

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Settembru 1997 fuq il-bidliet għall-istimi tal-Prodott Gross Nazzjonali (GNP) ta' l-Istati Membri għall-iskop li tkun implimentata d-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom, fuq l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suqTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 252, 16.9.1997, p. 33–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/619/oj

    31997D0619



    Official Journal L 252 , 16/09/1997 P. 0033 - 0039


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-3 ta' Settembru 1997

    fuq il-bidliet għall-istimi tal-Prodott Gross Nazzjonali (GNP) ta' l-Istati Membri għall-iskop li tkun implimentata d-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom, fuq l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (97/619/KE, Euratom)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom, tat-13 ta' Frar 1989 fuq l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq [1],

    Billi huwa meħtieġ li jkunu żgurati l-paragunabbilità, il-fiduċja u l-eżawriment tal-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq;

    Billi l-kisba ta' dawn l-għanijiet jagħmilha importanti li jkunu stabbiliti termini perentorji għat-trasmissjoni ta' kwalunkwe bidliet fl-istimi tal-prodott gross nazzjonali fuq il-punti li kienu ġew notifikati qabel l-implimentazzjoni ta' din id-deċiżjoni, bis-saħħa ta' l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 10(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89 tad-29 ta Mejju 1989 li jimplimenta d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunità [2], sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħti l-opinjoni tagħha fuq dawn il-punti;

    Billi l-lista tax-xogħol li għad baqa' xi jsir mill-Istati Membri, mogħtija fl-Annessi A u B, tirrigwarda r-riservi li s'issa għadhom ma tneħħewx b'mod uffiċjali mill-Kummissjoni, għalkemm ftit mix-xogħol relatat tlesta u r-riżultati ġew mgħoddija lill-Kummissjoni;

    Billi l-miżuri li hemm previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf bl-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-termini perentorji għat-trasmissjoni, lill-Kummissjoni, ta' kwalunkwe bidliet fl-istimi tal-prodott gross nazzjonali (GNP) jew kwalunkwe informazzjoni metodoloġika addizzjonali li turi b'mod ċar li r-riservi konċernati m'għadhomx aktar relevanti, fuq il-punti notifikati qabel l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, bis-saħħa ta' l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 10(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, u ta' l-informazzjoni relatata, ġew iffissati għall-1 ta' Ottubru 1998.

    Il-punti li ġew notifikati jidhru fl-annessi A u B ta' din id-Deċiżjoni.

    It-modifiki magħmula mill-Istati Membri għandhom ikunu trasmessi lill-Kummissjoni bil-kalkoli u l-ispjegazzjonijiet kollha meħtieġa li jappoġġjawhom.

    Iżda għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja it-terminu perentorju għat- trasmissjoni ta' modifiki dwar il-punti notifikati fl-annessi A u B huwa l-1 ta' Ottubru 1999.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Settembru 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Yves-Thibault De Silguy

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 49, tal-21.2.1989, p. 26.

    [2] ĠU L 155, tal-7.6.1989, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS A

    RIŻERVI LI MA JKUNUX L-EŻAWRIMENT NOTIFIKAT FUQ IL-PRODOTT GROSS NAZZJONALI (GNP) [1]

    IL-BELĠJU

    (a) - l-aġġornament ta' l-istimi tal-produzzjoni fis-servizzi tal-kostruzzjoni u s-suq, ir-rapport tal-kosum intermedju għall-kostruzzjoni, u stimi tad-dħul ta' persuni li jaħdmu għal rashom,

    - il-verifika ta' l-istimi tal-konsum intermedju għal produzzjoni sekondarja,

    - ir-reviżjoni ta' l-istimi tal-konsum privat, barra dawk li jkunu ġejjin minn sorsi amministrattivi, u t-trattament ta' liċenzi, patents u servizzi ta' kantin,

    - il-fattur tar-reviżjoni tad-dħul mal-bqija tad-dinja safejn għandhom x'jaqsmu t-taxxi, il-kontribuzzjonijiet soċjali u l-qasma tal-punti tal-bilanċ tal-ħlas rispettivi bejn il-Belġju u l-Lussemburgu;

    (b) - l-inklużjoni tas-sussidji u l-klassifikazzjoni tat-taxxi,

    - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-distinzjoni bejn l-użu finali u l-konsum intermedju.

    ID-DANIMARKA

    (a) - l-aġġornament fl-informazzjoni tal-prezzijiet użata b'rabta mal-metodu tal-kwantità tal-prezz biex tkun ikkalkulata l-produzzjoni tal-kostruzzjoni,

    - il-korrezzjoni ta' xi ineżattezzi li jikkonċernaw it-trattament ta' ponot,

    - l-inklużjoni tar-riżultati tar-reviżjoni ġenerali tal-kontijiet Daniżi li qed isiru bħalissa (ġiet magħmul riżerva mid-Danimarka);

    (b) - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-distinzjoni bejn l-użu finali u l-konsum intermedju.

    IL-ĠERMANJA

    (a) Länder il-Qodma

    - it-titjib dwar ir-rappreżentanza, kemm ikopri u l-perjodiċità ta' l-istħarriġ volontarju ta' kull erba' snin fuq in-nefqa ta' l-istruttura għas-servizzi bl-ingrossa, bl-imnut, tat-trasport (barra dawk tal-linji ferrovjarji) u servizzi oħra tas-suq,

    - ċerti ineżattezzi li jikkonċernaw l-konsum privat tat-trasport bl-ajru servizzi tal-kantin,

    - in-nefqa tal-konsum finali min-nies li jgħixu fid-djar fejn għandu x'jaqsam l-estimu tax-xiri ta' karozzi (ġiet magħmula riżerva mill-Ġermanja);

    Länder il-Ġodda

    - sorsi u proċeduri użati biex jinġabru l-istimi tal-produzzjoni u konsum intermedju għall-agrikoltura

    - sorsi użati biex jinġabru l-produzzjoni u l-konsum intermedju ta' l-enerġija u l-provvista ta' l-ilma, it-tħaffir, il-manifattura u l-kostruzzjoni,

    - sorsi biex jinġabru l-produzzjoni u l-konsum intermedju tal-kummerċ bl-imnut, trasport u komunikazzjoni (barra Reichsbahn, Bundespost u Telefon),

    - rispett lejn id-definizzjonijiet preċiżi ta' l-ESA (l-hekk imsejħa riklassifikazzjonijiet makro-ekonomiċi),

    - eżami mill-ġdid tan-nefqa tal-konsum privat u l-istimi ta' formazzjoni tal-kapital gross;

    (b) - l-inklużjoni tas-sussidji u l-klassifikazzjoni tat-taxxi,

    - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-distinzjoni bejn l-użu finali u l-konsum intermedju.

    IL-GREĊJA

    (a) L-aġġornament ta' l-istimi tal-valur miżjud għal dawn l-attivitajiet li ġejjin:

    - agrikoltura,

    - tħaffir,

    - manifattura,

    - utilitajiet pubbliċi,

    - kostruzzjoni,

    - trasport u komunikazzjoni,

    - kummerċ,

    - servizzi tas-saħħa,

    - servizzi ta' edukazzjoni privata,

    - servizzi oħra;

    (b) - l-inklużjoni tas-sussidji u l-klassifikazzjoni tat-taxxi,

    - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-distinzjoni bejn l-użu finali u l-konsum intermedju.

    SPANJA

    (a) - it-titjib tal-bażi statistika għall-produzzjoni u l-konsum intermedju tas-servizzi tas-suq (barra l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, is-servizzi ta' banek u l-assikgurazzjoni), biex tkun kunsidrata l-bidla fil-metodi ta' estrapolazzjoni ibbażati fuq indikaturi ta' prezzijiet u kwantità,

    - ir-reviżjoni tal-produzzjoni u l-kalkolu tal-konsum intermedju għall-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut,

    - l-inkorporazzjoni ta' l-estimu tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali għal transazzjonijiet tad-dħul mal-bqija tad-dinja,

    - il-verifika dwar jekk l-impatt tal-bidla fil-kwalità ġietx ikkunsidrata jew le fl-estrapolazzjonijiet bażati fuq indikaturi ta' prezzijiet u kwantità;

    (b) - l-inklużjoni tas-sussidji u l-klassifikazzjoni tat-taxxi,

    - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-distinzjoni bejn l-użu finali u l-konsum intermedju.

    FRANZA

    (a) - It-titijib ta' ċerti bażijiet ta' statistika użata fit-tfassil ta' kontijiet nazzjonali, partikolarment l-użu ta' l-istħarriġ ta' l-estimi tal-familja tal-1989 u l-korrezzjoni mtejba għal entrapriżi li huma nieqsa mill-istatistiċi tal-BIC ("bénéfices industriels et commerciaux");

    (b) - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-demarkazzjoni tal-użu finali u l-konsum intermedju.

    L-IRLANDA

    (a) - titjib tal-metodu għall-għażla ta' kampjun ta' taxxa u l-estrapolazzjoni tar-riżultati għal biex ikun ikkalkulat il-profitt tat-tħaddim gross tal-kumpaniji,

    - titjib tal-istimi tas-surplus tat-tħaddim gross ta' kumpaniji individwali, partikolarment billi jiġu rranġati d-definizzjonijiet,

    - problemi varji marbuta ma' l-istimi tas-salarju bħala riżultat ta' l-estrapolazzjoni u l-metodu ta' l-approssimazzjoni;

    (b) - l-inklużjoni tas-sussidji u l-klassifikazzjoni tat-taxxi,

    - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-distinzjoni bejn l-użu finali u l-konsum intermedju.

    L-ITALJA

    (a) - It-titjib ta' ċerti sorsi u metodi wżati fit-tfassil ta' kontijiet nazzjonali, partikolarment il-paragun sistematiku ta' l-istħarriġ tad-djar mat-tagħrif tal-kontijiet nazzjonali,

    - l-ipoteżijiet użati biex jiġbru flimkien ir-riżultati ta' l-istħarriġ tal-kampjuni għall-unitajiet kollha tax-xogħol;

    (b) - l-inklużjoni ta'sussidji u l-klassifikazzjoni tat-taxxi,

    - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-distinzjoni bejn l-użu finali u l-konsum intermedju.

    IL-LUSSEMBURGU

    (a) - ir-reviżjoni tal-valutazzjoni tal-ħażniet u tat-trattament ta' l-attivitajiet tas-suq u l-prodotti ta' l-amministrazzjonijiet pubbliċi;

    (b) - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-distinzjoni bejn l-użu finali u l-konsum intermedju.

    L-OLANDA

    (b) - l-inklużjoni ta' sussidji u l-klassifikazzjoni tat-taxxi,

    - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-distinzjoni bejn l-użu finali u l-konsum intermedju.

    L-AWSTRIJA

    (a) - titjib ta' l-istimi tal-kosum intermedju għall-kera ta' bini ta' kummerċ,

    - in-nefqa tal-konsum finali fejn għandu x'jaqsam ma' l-estimu tax-xiri ta' karozzi,

    - ċerti ineżattezzi marbuta mat-tkomplija ta' l-istimi tal-GFCF;

    (b) - l-inklużjoni ta'sussidji u l-klassifikazzjoni tat-taxxi,

    - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-distinzjoni bejn l-użu finali u l-konsum intermedju.

    IL-PORTUGALL

    (a) - il-validazzjoni tal-formazzjoni u l-bidliet tal-kapital fiss gross f'istimi ta' ħażniet li jkunu ġejjin miċ-ċaqliq tal-metodu tal-merkanzija bir-riżlutati ta' l-Istħarriġ ta' l-Intrapriża,

    - l-użu ta' l-Istħarriġ dwar l-Estimi tad-Djar tal-1981, u speċjalment dak ta' l-1989, biex ikunu verifikat r-riżultati tal-kalkoli taċ-ċaqliq tal-merkanzija,

    - il-korrezzjoni tat-trattament tal-għoti b'ċens biex ikun f'konformità ma' dak li hemm provdut fl-ESA-79,

    - l-użu ta' stħarriġ statistiċiku oġġettivi dwar il-produzzjoni tal-pjanti u l-annimali biex tkun evalwata l-produzzjoni ta' l-agrikoltura (Nomenclatura das Contas Nacionais (NCN) 01),

    - il-validazzjoni ta' l-istimi tal-produzzjoni tas-sajd (NCN 03),

    - il-validazzjoni ta' l-istimi tal-kosum intermedju fl-agrikoltura, il-foresti u s-sajd (NCN 01, 02 u 03),

    - l-użu ta' stħarriġ fuq l-użu tan-nefqa tat-turiżmu fl-1990, 1991 u 1992 biex tkun validata l-istruttura tal-konsum ta' dawk li m'humiex residenti;

    (b) - l-inklużjoni ta'sussidji u l-klassifikazzjoni tat-taxxi,

    - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-distinzjoni bejn l-użu finali u l-konsum intermedju.

    IL-FINLANDJA

    (a) - l-istimi tal-konsum intermedju u tal-valur miżjud għall-kostruzzjoni, il-kummerċ, il-lukandi, ir-restoranti u l-kafetteriji, is-servizzi kummerċjali u s-servizzi personali u privati,

    - l-istimi tal-konsum tad-djar u tal-formazzjoni tal-kapital fiss gross għas-servizzi kummerċjali u għal dawk personali u privati,

    - il-metodi ta' validazzjoni u rikonċiljazzjoni tas-sorsi tat-tagħrif,

    - l-istimi tan-nefqa tad-djar fejn għandhom x'jaqsmu l-prezzijiet ta' vetturi bil-magna, u t-trattament tal-konsum tad-djar dwar it-tiswijiet ta' vetturi bil-magna li jkunu koperti minn kumpaniji ta' l-assikgurazzjoni;

    (b) - l-inklużjoni ta'sussidji u l-klassifikazzjoni tat-taxxi,

    - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-distinzjoni bejn l-użu finali u l-konsum intermedju.

    L-ISVEZJA

    (a) - ir-reviżjoni tal-konsum privat tad-djar u l-istimi tal-formazzjoni tal-kapital fiss gross fejn għandu x'jaqsam l-użu ta' tagħrif statistiku aġġornat li huwa disponibbli diġa,

    - it-tibdil fil-ħażniet fl-industrija tal-bini u l-fergħat tas-servizzi tas-suq (barra l-kummerċ bl-ingrossa u l-imnut),

    - it-trattament tax-xiri ta' apparat kbir tad-djar (per eżempju cookers, refrigerators u magni tal-ħasil),

    - ir-reviżjoni ta' l-esportazzjoni u l-importazzjoni tas-servizzi fejn għandha x'taqsam l-iktar reviżjoni riċenti tal-bilanċ tal-pagamenti u r-rispett lejn id-definizzjonijiet ta' l-ESA tal-1979 li jikkonċernaw it-trattament ta' l-esportazzjoni u l-importazzjoni tas-servizzi ta' l-assigkurazzjoni,

    - ir-reviżjoni tal-produzzjoni u l-istimi tal-valur miżjud fejn għandu x'jaqsam l-użu ta' tagħrif statistiku aġġornat li huwa disponibbli diġa, speċjalment mill-istħarriġ annwali u mill-istatistika tal-VAT,

    - il-verifika tal-produzzjoni grossa ta' l-agrikoltura u l-foresti, tax-xogħlijiet ta' l-ilma, impjanti ta' l-enerġija, produzzjoni tal-gass, l-industrija tal-bini kif ukoll il-fergħat tas-servizzi biex jiżguraw li kwalunkwe produzzjoni sekondarja tkun ġiet ikkunsidrata;

    (b) - l-inklużjoni ta'sussidji u l-klassifikazzjoni tat-taxxi,

    - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-distinzjoni bejn l-użu finali u l-konsum intermedju.

    IR-RENJU UNIT

    (b) - it-trattament tas-servizzi tad-djar,

    - it-transizzjoni mill-Prodott Gross Domestiku (GDP) għall-Prodott Gross Nazzjonali (GNP),

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet governattivi ġenerali u oħrajn privati li ma jiġġenerawx profitt,

    - it-trattament ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji,

    - id-distinzjoni bejn l-użu finali u l-konsum intermedju.

    [1] Riżervi speċifiċi għal kull Stat Membru huma mogħtija taħt a) waqt li dawk li huma komuni għal diversi Stati Membri huma mogħtija taħt b). L-eċċezzjoni għal din hija r-riżerva li tikkonċerna l-eżawriment, li hija mogħtija fl-Anness B.

    --------------------------------------------------

    ANNESS B

    RIŻERVA FUQ L-EŻAWRIMENT TAL-PRODOTT GROSS NAZZJONALI

    1.Belġju | komprensività tal-kejl tal-Prodott Gross Nazzjonali u, partikolarment, il-limitu li għalih l-ekonomija moħbija għandha tkun kunsidrata |

    2.Danimarka |

    3.Ġermanja |

    4.Greċja |

    5.Spanja |

    6.Franza |

    7.Irlanda |

    8.Italja |

    9.Lussemburgu |

    10.L-Olanda |

    11.Awstrija |

    12.Portugall |

    13.Finlandja |

    14.Svezja |

    15.ir-Renju Unit |

    --------------------------------------------------

    Top