Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R1581

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1581/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u tax-xaħmijiet

ĠU L 206, 16.8.1996, p. 11–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1581/oj

31996R1581



Official Journal L 206 , 16/08/1996 P. 0011 - 0012


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1581/96

tat-30 ta’ Lulju 1996

li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u tax-xaħmijiet

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi r-Regolament Nru 136/66/KEE [4] jistabbilixxi fl-Artikolu 2a li rati tat-tariffi doganali komuni għandhom jiġu applikati għall-prodotti, inkluż iż-żejt taż-żebbuġa, suġġett għall-organizzazzjoni tas-suq komuni, u fl-Artikolu 11 li għajnuna għall-konsum taż-żejt taż-żebbuġa għandu jkun mogħti biss fir-rigward taż-żejt prodott fil-Komunità;

Billi, bħala riżultat ta’ l-implimentazzjoni tal-ftehim konklużi taħt il-Laqgħa ta’ l-Urugwaj fin-negozjati dwar il-kummerċ plurilaterali, is-sistema fuq levies agrikoli varji ġiet mibdula b’dazji doganali komuni ffissatti; billi fattur fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa huwa l-ħsad li jinbidel b’mod naturali li jirriżulta fi produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-Komunità; billi l-esperjenza wriet li, sabiex tkun assigurata fornitura fis-suq u jkun ipprevenut ċaqliqiet sinjifikanti fil-prezz, l-għażla li jitħallew l-importazzjoni b’rata mnaqqsa ta’ dazju għandu għalhekk ikun hemm provvediment dwaru;

Billi, in vista tal-fatt li r-rata msemmija hawn fuq tad-dazju doganali komuni jieħu rendikont tal-garanzija ippreżentata aktar kmieni għall-kwantitajiet taż-żejt taż-żebbuġa rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera, l-intitolament għall-għajnuna tal-konsum fir-rigward taż-żejt taż-żebbuġa m’għandiex tkun limitata għaż-żejt prodott fil-Komunità, l-anqas m’għandha differenza fil-livell tar-rifużjonijiet tal-produzzjoni għall-manifattura taż-żejt fil-landa tibqa’ tkun miżmuma,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Ir-Regolament Nru 136/66/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. It-test eżistenti ta’ l-Artikolu 2a għandu jsir il-paragrafu 1 u l-paragrafu segwenti għandu jiġi miżjud:

"2. Minkejja l-paragrafu 1, jekk il-prezz tas-suq għaż-żejt taż-żebbuġa fil-Komunità japprezza ferm aktar mill-prezz ta’ l-intervent matul perjodu ta’ mill-anqas ta’ tlett xhur, sabiex jassigura li s-suq tal-Komunità ikun adegwatament fornut biż-żejt taż-żebbuġa permezz ta’ importazzjoni minn pajjiżi mhux membri, il-Kummissjoni tista’, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38:

- parzjalment jew kompletament tissosspendi l-applikazzjoni ta’ dazji doganali komuni għaż-żejt taż-żebbuġa, u tistabbilixxi arranġamenti dettaljati dwar xi sospensjoni bħal din,

- tiftaħ kwota ta’ l-importazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa fuq rata mnaqqsa ta’ dazji doganali komuni u tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-immaniġġjar ta’ xi kwota bħal dik.

Dawn il-miżuri għandhom japplikaw għall-perjodu minimu strettament meħtieġ, liema perjodu f’kull eventwalità m’għandux jeċċedi l-aħħar tas-sena tas-suq f’dak il-każ."

2. L-Artikolu 11(1) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"1. Meta l-prezz ta’ mira tal-produzzjoni, imnaqqsa l-għajnuna tal-produzzjoni, ikun aktar mill-prezz tas-suq rappreżentativ għaż-żejt taż-żebbuġa, l-għajnuna tal-konsum għandha tkun mogħtija għaż-żejt taż-żebbuġa mpoġġi fuq is-suq tal-Komunità. Din l-għajnuna għandha tkun egwali għad-differenza bejn iż-żewġ ammonti."

3. It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 20a (2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Ir-rifużjoni għandha tkun egwali għall-ammont li hemm referenza dwaru fl-ewwel subparagrafu, flimkiem ma’ ammont egwali għall-għajnuna tal-konsum applikabbli fil-jum li fih ir-rifużjoni kienet applikata."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istat Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Lulju 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Coveney

[1] ĠU C 125, tas-27.4.1996, p. 12.

[2] ĠU C 166, ta’ l-10.6.1996.

[3] ĠU C 204, tal-15.7.1996, p. 57.

[4] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105).

--------------------------------------------------

Top