Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0285

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 285/96 ta' l-14 ta' Frar 1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1162/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni taċ-ċereali u r-ross

    ĠU L 37, 15.2.1996, p. 18–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/08/2003

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/285/oj

    31996R0285



    Official Journal L 037 , 15/02/1996 P. 0018 - 0018


    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 285/96

    ta' l-14 ta' Frar 1996

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1162/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni taċ-ċereali u r-ross

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1863/95 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 16 (1) u 17 (1) ta' dan,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2917/95 [4], jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni taċ-ċereali u r-ross;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1501/96 [5], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 95/95 [6], jistabbilixxi, għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 16 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' xi taqlib jew theddida ta' taqlib fis-suq Komunitarju u b'mod partikolari l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' taxxi ta' l-esportazzjoni;

    Billi, minħabba fin-natura mhux kummerċjali tal-miżuri għall-għajnuna Komunitarja u nazzjonali fuq l-ikel kif previst taħt il-ftehim internazzjonali jew programmi supplimentari oħra, kif ukoll miżuri oħra ta' provvista Komunitarja bla ħlas, l-esportazzjonijiet li jsiru għal dawk l-iskopijiet huma esklużi mill-qasam ta' l-applikazzjoni tat-taxxa fuq l-esportazzjoni applikabbli l-esportazzjonijiet kummerċjali fil-każ ta' taqlib fis-suq taċ-ċereali; billi d-disposizzjoni stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 għandha għalhekk tkun aġġustata billi tiġi estiża l-applikazzjoni tagħha fuq iċ-ċereali u l-prodotti taċ-ċereali;

    Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Immaniġġar taċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

    "Artikolu 5

    Għall-finijiet tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 [7] u ta' l-Artikolu 17 (10) tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76, is-Sezzjoni 22 tal-liċenzji għall-esportazzjoni għandha tindika wieħed minn dawn li ġejjin:

    - Gravamen a la exportación no aplicable

    - Eksportafgift ikke anvendelig

    - Ausfuhrabgabe nicht anwendbar

    - Μη εφαρμοζόμενος φόρος κατά την εξαγωγή

    - It-taxxa ta' l-esportazzjoni mhix applikabbli

    - Taxe à l'exportation non applicable

    - Tassa all'esportazione non applicabile

    - Uitvoerbelasting niet van toepassing

    - Taxa de exportação não aplicável

    - Vientimaksua ei sovelleta

    - Exportavgift icke tillämplig."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan għandu jgħodd b'effett mill-1 ta' Lulju 1995.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Brussel, l-14 ta' Frar 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU Nru L 181, ta’ l-1. 7. 1992, pġ. 21.

    [2] ĠU Nru L 179, tad-29. 7. 1995, pġ. 1.

    [3] ĠU Nru L 117, ta’ l-24. 5. 1995, pġ. 2.

    [4] ĠU Nru L 305, tad-19. 12. 1995, pġ. 53.

    [5] ĠU Nru L 147, tat-30. 6. 1995, pġ. 7.

    [6] ĠU Nru L 18, ta’ l-24. 1. 1996, pġ. 10.

    [7] ĠU Nru L 147, tat-30. 6. 1995, pġ. 7.

    --------------------------------------------------

    Top